Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi F'diskors ilbieraħ filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li hu mhux se jkun intimidat u insista li meta jsiru attakki fuq familtu iktar tikber ir-rieda li jibqa' għaddej. Ilbieraħ il-Kunsilliera kollha tal-Partit Nazzjonalista, ħlief il-500 li kienu diġà vvotaw iktar kmieni għamlu l-għażla tagħhom fuq il-mistoqsija li kienet titratta l-futur tal-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Il-Kunsilliera kienu mistoqsijin jekk jixtiqux lil Delia jibqa' jmexxi l-partit sal- elezzjoni ġenerali li jmiss. Kien Delia stess li sejjaħ dan il-Kunsill Ġenerali wara li 'l fuq minn 150 Kunsillier Nazzjonalista ffirmaw petizzjoni biex jitolbu li jissejjaħ Kunsill Ġenerali u jittieħed vot sigriet dwar Delia. Intant, inġabru wkoll ħafna aktar firem minn kunsilliera u tesserati biex juri l-appoġġ tagħhom lil Adrian Delia. Il-votazzjoni fetħet fl-10am u għalqet fis-6pm. 'Mhix deċiżjoni dwari, iżda dwar l-għaqda' - Delia Quddiem sala mimlija Kunsilliera lkoll iċapċpu u jgħajtu 'Delia, Delia' l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal- Oppożizzjoni sostna li llum mhix ġurnata illi matulha se ssir deċiżjoni favur jew kontra Adrian Delia, imma deċiżjoni favur il-PN u favur l-għaqda. L-għaqda fil-fatt kienet parti integrali mid-diskors ta' Delia li għal bosta drabi fakkar illi s-sena d-dieħla l-Partit Nazzjonalista se jagħlaq 140 sena mit-twaqqif tiegħu. Ħabbar li minn għada stess se jibdew diskussjonijiet u laqgħat ma' kulħadd "biex il- PN ma jibqax il-partit tal-ftit, imma tal-ħafna." Il-Kunsilliera lbieraħ ivvutaw biex jiddeċiedu jekk iridux lil Delia jibqa' jmexxi lill-Partit Nazzjonalista wara li numru ta' Kunsilliera ressqu petizzjoni li titlob lil Delia jġorr responsabbilità. Interessanti li fil-folla ma dehrux l-MEPs tal-PN u lanqas ħafna mid-Deputati, għajr Carm Mifsud Bonnici, Robert Cutajar, Clyde Puli u Robert Arrigo u Edwin illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 Aħbarijiet 4 Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali SENIOR MANAGER (EU FUNDS) PROGRAMME MANAGER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Senior Manager (EU Funds) u Programme Manager (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Senior Manager (EU Funds) għandhom ikunu fil- pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma tliet snin esperjenza ta' xogħol relevanti. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Programme Manager (EU Funds) għandhom jkunu fil-pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma' sena esperjenza ta' xogħol rilevanti jewikunu fil-pussess ta' Baċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF f'oqsma rilevanti flimkien ma' tliet snin esperjenza ta' xogħol rilevanti. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 2 t'Awwissu 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fid-19 ta' Lulju 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mnizzla minn https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompliance/For msandTemplates.aspx . Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit-30 ta' Novembru 2018. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx Il-kunsillier żagħżugħ Karkariż Justin Schembri saħaq li huwa inaċċettabbli li l-Partit Nazzjonalista jkun imfixkel minn dawk il-ftit li mhux jaċċettaw il-vot demokratiku tat-tesserati. Schembri qal dan waqt diskors fil-ftuħ ta' Kunsill Ġenerali Straordinarju li fih il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista qed jivvutaw dwar il-futur ta' Adrian Delia. Il-qofol tad-diskors ta' Schembri kien ir-rispett lejn id- demokrazija. "Ma nistax inkun qed niddefendi s-saltna tad- dritt u ma niddefendix l-għażla tat-tesserati," saħaq Schembri. Żied jgħid li lbieraħ il- kunsilliera kienu msejħa mhux biex jiddefendu lil Adrian Delia iżda lill-arma li fi kliemu, "quddiemha kulħadd irid ibaxxi rasu." Schembri ma tantx dar mal- lewża. "Il-Partit Nazzjonalista jinsab mifrud bejn żewġ fazzjonijiet." Insista li l-Partit li dejjem ħadem biex jiddefendi d-demokrazija, iżda llum mhux qed iħabbat l-ideat u mhux qed jaqsam l-opinjonijiet. "Minflok qed nattakkaw lill- personalitajiet," qal Schembri għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti. Filwaqt li saħaq li kulħadd fil- Partit Nazzjonalista jemmen u 'M'iniex se nkun intimidat u r-rieda tikber meta jattakkaw lill-familja' 'Inaċċettabbli li l-PN ikun imfixkel minn dawk il-ftit li mhux jaċċettaw il-vot tat-tesserati'