Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
Sports 25 YANNICK Yankam - talent żagħżugħ fil-futbol lokali li wara staġun mill-aqwa ma' Qormi, fil-ġimgħat li għaddew ingħaqad ma' Birkirkara FC fejn żgur li se jkun pedina importanti għall- Istripes għall-istaġun li ġej. Huwa tana iktar dettalji rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil- karriera tiegħu u l-passi kollha tiegħu fil-futbol lokali sa issa. "Bħala nursery bdejt mal- Pietà fejn għamilt 10 snin hemm qabel ma mort għal kollox ma' Qormi fl-istaġun 2014/15 wara li ma sibtx posti fit-tim tal-minors tal-Pietà. Sena wara, fil-21 ta' Novembru 2015 ta' 17-il sena għamilt id-debutt tiegħi fil-Premier bħala sostitut kontra Pembroke u għamilt il-full debut kontra l-Mosta ġimgħa wara. Kien unur kbir għalija għax Qormi huwa raħal twelidi u dejjem xtaqt li nilgħab magħhom. Minn dakinhar 'il quddiem, bqajt regolari fl-istarting 11 tat- tim. Sfortunatament, dik is-sena konna ġejna relegati wara riżultati diżappuntanti. Apparti li kont nilgħab mat-tim tal-kbar dik is-sena wkoll kont għadni nilgħab mat-tim tal-minors, u fl-istess sena rnexxielna nieħdu l-promozzjoni għal Section A minn Section B bħala Champions. Is-sena ta' wara, fl-Ewwel Diviżjoni, irnexxielna niġu r-raba' fil-kampjonat avolja l-aspettattivi tagħna kienu li nsalvaw biss dik is-sena u konna logħba 'l bogħod milli nerġgħu nitilgħu Premier imma fil-play-off kontra l-Mosta spiċċajna tlifna 3-1 wara li konna 1-0 minn fuq fil-half-time. Fl-istaġun ta' wara (2017/18) fit-tieni sena tiegħi fl-Ewwel Diviżjoni, irnexxielna nibdew l-istaġun b'seba' rebħiet u tmien logħbiet mingħajr telfa u dik kienet il-bażi tal- istaġun li fl-aħħar tiegħu ħadna l-promozzjoni lura għall-Premier kif ukoll irbaħna l-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni. F'dik is-sena, ġejt innominat kemm mill- MFPA kif ukoll mill-MFA għall-unur tal-aqwa plejers fl-ewwel diviżjoni kif ukoll ġejt mgħajjat għall-ewwel darba mal-iskwadra ta' Malta U/21 u din is-sena rnexxieli nibqa' fl-iskwadra tal-U/21 u kont mgħajjat għall-aħħar tliet logħbiet tal-European Qualifiers. Sagrifiċċji kien hemm ħafna ovvjament fosthom sessjonijiet ta' taħriġ żejda waħdi, ħruġ inqas, ċans limitat għax apparti l-futbol qiegħed ukoll kors full-time l-Università u nagħmel il-mużika. Huwa ta' sodisfazzjoni kbir meta nħares lura u nara xi rnexxieli nagħmel kemm personalment u anke mat-tim ta' Qormi s'issa fil-karriera qasira tiegħi u kemm għad fadalli x'nagħmel. Għalija, l-għan ta' kull staġun hu li nkompli ntejjeb fuq dak li nkun għamilt matul l-istaġun ta' qabel u nipprova nipperfezzjona l-logħba tiegħi kemm jista' jkun. Ħolma ta' kull plejer ambizzjuż hi li xi darba jirbaħ il-kampjonat u jilgħab mat-tim nazzjonali, u jekk jiġi ċ-ċans ukoll ikollu ċans jilgħab f 'kampjonati barra mill- pajjiż. Nittama li meta nispiċċa l-karriera tiegħi nkun nista' ngħid li għamilt dawk l-affarijiet ukoll. Rigward l-esperjenza ġdida tiegħi ma' Birkirkara, qed inħares 'il quddiem ħafna. Nemmen li hemm proġett interessanti u ħafna plejers ta' kwalità. Dan huwa pass importanti għalija għall-fatt li se nkun qed nilgħab ma' klabb kbir f 'Malta. Ħerqan għal din l-isfida u ninsab eċitat biex nara sa fejn kapaċi jasal dan it-tim. Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum 'Dan huwa pass importanti għalija, qed inħares 'il quddiem u ninsab eċitat' minn Cristian Antony Muscat Yannick Yankam waqt l-i rmar tal-kuntratt ma' Birkirkara FC Għalija, l-għan ta' kull staġun hu li nkompli ntejjeb fuq dak li nkun għamilt matul l-istaġun ta' qabel u nipprova nipperfezzjona l-logħba tiegħi kemm jista' jkun