Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
12 Intervista illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 ĦAMES snin wara li Helena Dalli laħqet l-ogħla quċċata fil-karriera politika tagħha hekk kif kien introdott l-Unjoni Ċivili għal koppji omosesswali wkoll, l-istess Dalli llum qed tħares lejn karriera fl-UE bħala Kummissarju Malti fil-Kummissjoni Ewropea. Dalli se tibqa' s-simbolu ta' passi kbar, li lanqas konna noħolmu li nagħmlu bħala pajjiż sa ftit snin ilu biss. Mill-unjoni ċivili u d-dritt li koppja LGBTIQ tapplika biex tadotta, għal-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru u t-twaqqif ta' proċeduri legali kontra Joanne Cassar, mibdijin minn Gvern Nazzjonalista. Mir-ratifikazzjoni tat- Trattat ta' Istanbul għaż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Imma mhux kulħadd kien kuntent biha. Kien hemm bosta li kienu jarawha bħala parti mill-problema tal-Gvern u bħala Ministru li bdiet tintroduċi liġijiet redikoli, fosthom dik li daħlet fil-kwistjoni tal-fastidju sesswali. Uħud, saħansitra rawha bħala l-persuna li f 'isimha, skonthom, iddaħħlu liġijiet li dgħajfu t-tessut soċjali u morali tal-pajjiż. Imma dawk kollha li gawdew mill-bidliet li seħħew meta hi kienet Ministru x'jaħsbu? Jaħsbu li t-tluq ta' Dalli, issa l-aħħar mill-"antiki" fil- Kabinett, hija telfa għal pajjiżna jew le? U dawk li qatt ma qablu magħha, x'jidhrilhom? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' wħud minn dawk il-persuni li kienu b'xi mod jew ieħor milqutin mill-bidliet immexxija minn Dalli u tkellmet ukoll ma' persuni li opponewha u kkritikawha. Alex Caruana: persuna trans u attivist għal diversi kawżi "Fl-opinjoni tiegħi naħseb li hija telfa għax nafu li dejjem sibna appoġġ mingħandha bħala komunità LGBT+. Fejn ma kinitx taf dejjem kienet lesta li titgħallem u bis-saħħa tagħha għandna l-aħjar liġijiet fid-dinja. Nemmen li l-Ministeri l-oħra jaraw lilha bħala eżempju. Apparti għall-komunità LGBTIQ, tajjeb li niftakru illi ħadmet ukoll għad-drittijiet tan-nisa bl- introduzzjoni tal-morning after pill. Il-persuna l-ġdida (Zammit Lewis) ma nafux x'se jsarraf, nafu biss li se jkollu jimla spazju kbir. Li huwa raġel ukoll iħallili ftit dubju ta' kemm se jifhem ċerta problemi li jgħaddu minnhom in-nisa, problemi li għandhom jiġu solvuti kemm jista' jkun malajr. Però konvint li la qiegħed lilu (il-PM), sinjal li jaf x'għandu jagħmel." Colette Farrugia Bennett – attivista LGBTIQ "Il-kumment tiegħi huwa li Helena Dalli kienet ta' appoġġ kbir għall- komunità LGBTIQ minħabba l-irwol tagħha bħala Ministru għall- Ugwaljanza u Libertajiet Ċivili. Però kellha wkoll l-appoġġ tal-bqija tal- kabinett u tal-PM. Għalkemm in-nuqqas tagħha se jinħass, jiena fiduċjuża li l-Ministru Zammit Lewis se jkompli miexi fuq Din kienet l-aħħar ġimgħa ta' Helena Dalli bħala Ministru tal-Ugwaljanza. Kariga li għamlitha popolari u maħbuba u daqstant ieħor ikkritikata. L-ILLUM tistaqsi x'jaħsbu dawk li faħħruha u dawk li kkritikawha... Il-kuluri kollha ta' L-ILLUM tistaqsihom x'jaħsbu... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 12 Intervista Il-kuluri kollha ta' L-ILLUM tistaqsihom x'jaħsbu... Dalli mexxiet il-liġi tal-Unjoni Ċivili u ż-żwieġ għal persuni tal-istess sess