Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

DIN il-gazzetta tista' tiżvela kif xogħol fuq il-hangar il-ġdid tal-SR Technics kellu jieqaf minħabba skoperta ta' fdalijiet storiċi li qed jindikaw tempju Neolitiku. Dan it-tempju Neolitiku huwa magħruf bħala tad- Debdieba u kien kiteb dwaru għall-ewwel darba Thomas Ashby fl-1914. Il-hangar tal-SR Tehnics jinsab biswit il-hangar tal- Lufthansa Technic li nbena fl-2007. L-indikazzjonijiet li qed juru illi l-fdalijiet jieqfu ħesrem mal-bini tal- Hangar tal-Lufthansa, fejn hemmhekk, jifred iż-żewġ binjiet separati, hemm pedament mimli u mgħotti bil-konkos li qed iqajjem tħassib fost numru ta' storiċi. Mhuwiex ċar għalhekk jekk il-fdalijiet li għadhom kif instabu jkomplux taħt il- hangar tal-Lufthansa Tehnic u allura jekk ġewx midfuna u meqruda waqt l-iżvilupp tal- hangar fl-2007. Din il-gazzetta bagħtet sett ta' domandi lil Joseph Magro Conti li hu Sovritendent tal- Patrimonju Kulturali. Lil Conti staqsejnieh dwar l-aħħar żviluppi fl- eżaminazzjonijiet ta' din l-iskoperta u jekk jeskludix li waqt il-bini tal-Hangar tal-Lufthansa ġewx mirduma jew meqruda fdalijiet storiċi. Minkejja d-diversi attentati ta' komunikazzjoni, email u bosta telefonati matul perjodu ta' ġimagħtejn, sal-ħin tal- pubblikazzjoni, Conti baqa' ma rrispondiex id-domandi tal-ILLUM. Intant f 'kummenti ma' din il-gazzetta l-Kap Eżekuttiv uxxenti tal-Malta Enterprise, Mario Galea, ikkonferma li x-xogħol fuq is-sit tal- SR Tehchnics jinsab sospiż b'mod temporanju sabiex jiġi żgurat li l-iżvilupp ta' dan il-hangar ma jipperikolax il- fdalijiet storiċi li qegħdin jiġu eżaminati. Minkejja dan, huwa qal li s-sit se jibqa' fejn hu iżda issa l-pjanijiet tal-hangar se jiġi emendati sabiex dan kollu jiġi żgurat. "Għandna dmir li nissalvagwardjaw il- patrimonju Malti u ċertament li se nagħmlu dan. Nistgħu nagħmlu emendi fil-pjanijiet sabiex dawn is-sejbiet jiġu ssalvagwardjati u fl-istess waqt jinbena l-hangar," saħaq Galea. Ashby u Zammit kienu qalu li l-fdalijiet huma simili bħal dawk fl- Ipoġew ta' Ħal Saflieni L-ewwel ħjiel ta' dan it- tempju kienu ħarġu minn skavar li għamel it-tabib Ingliż Thomas Ashby waqt żjara ta' ġimgħa fuq il-gżejjer Maltin lura għal Ottubru tal-1914. Dakinhar Sir Temi Zammit kien indikalu żona inkwistjoni u wara diversi eżerċizzji arkeoloġiċi, Ashby kien irnexxielu jirrapporta dwar dak li kien sab f 'artiklu ppubblikat fil-ġurnal MAN (A Monthly Record of Anthropological Science). Fil-kitba tiegħu, Ashby kien indika li dik il-biċċa art żgħira mikxufa ma kinitx tikkorrispondi mad-daqs ta' tempji Megalitiċi tipiċi u għalhekk indika li partijiet minn dan it-tempju għad iridu jiġu skavati. Fl-istess waqt hu kien qal li mhux magħruf kemm minn dan it-tempju kien spiċċa meqrud waqt il-kostruzzjoni tat-triq. Minkejja dan huwa kien spjega li, "l-akbar fattur li jindika għat-tempju Neolitiku huwa l-ħajt li nstab fiċ-ċentru taż-żona, kompost minn żewġ ġebliet mhux kbar wisq fid- daqs," kiteb Ashby. Wieħed irid jinnota wkoll is-sejbiet arkeoloġiċi li saru waqt l-istess ġimgħa u li ġew imniżżla minn Sir Temi Zammit. Fost l-oħrajn huma kienu sabu ammont sostanzjali ta' vażuni kbar u żgħar tal-perjodu Neolitiku u li kienu kważi identiċi għal dawk li kienu nstabu fit-tempju ta' Ħal Saflieni. Instabu wkoll, diversi affarijiet tal-fuħħar u fdalijiet ta' tip ta' bricks b'lewn ħamrani. Hu mifhum li xi ftit minn dawn il-fdalijiet kienu ġew ippreservati f 'xi mużew ġewwa l-Belt Valletta. Għaldaqstant, snin wara, fis-70ijiet hu mifhum li din il-parti kienet intradmet ukoll fil-bini tal-runway il-ġdida fl-Ajurport Internazzjonali ta' Malta. Lura għall-2007, il- gazzetta oħt MaltaToday kienet ippubblikat storja bit-titlu, "Forgotten ancient temple leads to 'inspection' at Lufhansa Technik site." Dakinhar il-gazzetta kienet irrapportat li fid- dawl tal-iżvilupp propost mill-Lufthansa Technik, is-Sovratendenza għall- Patrimonju Kulturali kienet qiegħda tisħaq għal aktar studji. Min-naħa l-oħra, il-MEPA kienet baqgħet tinsisti li l-iżvilupp jinsab 450 metru 'l bogħod mit-tempju. Minkejja t-tħassib u r-rapporti fil-midja, il-permess għall- bini tal-hangar tal-Lufthansa kien ingħata l-barka mill- MEPA fi żmien erbat ijiem. illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 8 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Aħbarijiet Tempju taħt l-art iwaqqaf ix-xogħol fuq hangar Jieqaf ix-xogħol fuq il-hangar tal-SR Technics hekk kif instabu fdalijiet ta' tempju tad-Debdieba. Biża' kbir li partijiet minn dan it-tempju ntradmu f'xogħol li sar -2007

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019