Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum Vassallo. Dan ma waqqafx lil dawk preżenti milli jċapċpu kontinwament waqt id- diskorsi ta' Delia kif ukoll tal-Kunsillier Karkariż Justin Schembri u juru diżapprovazzjoni waqt id-diskors tal-membru tal- Eżekuttiv Ivan Bartolo. "M'iniex se nkun intimidat. Jiena lest li naħfer lil kulħadd imma r-rieda tiegħi tissoda aktar meta tkun attakkata l-familja tiegħi," saħaq f 'referenza għal diversi artikli u filmati fl-aħħar xhur. Huwa qal li l-PN għandu umiltà biżżejjed li qed jiddiskuti u li se jiddeċiedi. Huwa ddeskriva l-kampanja tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bħala 'l-isbaħ' erba' xhur ta' ħajtu. "U meta ltqajt man-nies kien hemm ħafna wġigħ," temm jgħid. Ivan Bartolo, membru tal-Eżekuttiv tal- Partit Nazzjonalista, appella biex ħadd ma jsejjaħlu traditur. "Aħna differenti, aħna m'għandniex rejiet u salvaturi," sostna Bartolo li qal illi huwa l-Partit Laburista li għandu r-rejiet u s-salvaturi. "Kont inkun traditur li kieku żammejt ħalqi magħluq u ma għidt xejn. Jiġri x'jiġri llum aħna għandna d-dover li min se jkun il-Kap wara l-proċess tal-lum, jew nagħtuh appoġġ jew niefqu nopponuh," sostna Bartolo. Tul id-diskors tiegħu, xi kultant imwaqqaf bl-għajjat u l-kummenti ta' dawk preżenti, Ivan Bartolo saħaq li hemm ċans li l-Partit Laburista, fl-elezzjoni li jmiss, jirbaħ żewġ terzi fil-Parlament. Kien hawn li reġa' tenna li jiġri x'jiġri llum, il-PN għandu jiffoka fuq dak li jgħaqqad. "Dak li jgħaqqadna huwa l-partit u d-demokrazija," saħaq Ivan Bartolo. jgħożż id-demokrazija, allura tenna li l-vot tal-bieraħ ma kellux għalfejn ma jirrispettax il-vot demokratiku li bih intgħażel Adrian Delia. Kien hawn li Schembri saħaq li kulħadd, mhux il-Kap Nazzjonalista biss, irid jerfa' responsabbilità għall-aħħar riżultat elettorali li kiseb il- Partit Nazzjonalista. "Għalfejn ħallejna lill-PN imur għall-elezzjoni b'diviżjoni interna? Irridu li tliet snin oħra mmorru għal elezzjoni ġenerali b'nofs partit?" saħaq Schembri. "Min verament jemmen fid- demokrazija tal-partit ta' Ġorġ Borg Olivier, ta' Eddie Fenech Adami, ta' Lawrence Gonzi u ta' Simon Busuttil għandu jivvota iva," saħaq il-kunsillier. "Ma nistgħu qatt insalvaw id-demokrazija tal-PN jekk qabel ma nirrispettawx li l-PN għandu kap wieħed biss." Fil-fatt, lejn tmiem id-diskors tiegħu, Schembri rringrazzja politiċi bħal Guido de Marco, Mario de Marco, Louis Galea u oħrajn li minkejja li kienu fost il-favoriti li jmexxu l-Partit Nazzjonalista, dejjem irrispettaw u ħadmu ma' kull min kien kap. Kien għalhekk li temm jisħaq li l-vot tal-bieraħ għandu jkun risposta favur id-demokrazija u kontra l-egoiżmu u dawk li hu sejħilhom 'egos kbar.' 'Kont inkun traditur li kieku żammejt ħalqi magħluq u ma għidt xejn' "Min verament jemmen fid- demokratija tal- partit ta' Ġorġ Borg Olivier, ta' Eddie Fenech Adami, ta' Lawrence Gonzi u ta' Simon Busuttil għandu jivvota iva