Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Issa li int kowċ rinomat tal-atletika – x'differenza tgħaddi bejn li tkun atleta u kowċ? Hemm xi rwol li tippreferi iktar minn ieħor? Bħala atleta int tiffoka ħafna fuqek innifsek filwaqt li tagħmel dak kollu possibbli sabiex ittejjeb ir-riżultati tiegħek. Tipprova jkollok kontroll fuq iċ-ċirkostanzi li tiltaqa' magħhom sabiex dejjem tkun fl-aħjar tiegħek. Waqt li kont nikkompeti kont inħobb ninnota ħafna affarijiet b'mod partikolari t-taħriġ u t-teknika użata. Din hi xi ħaġa li għadni nieħu gost nagħmilha sal-lum il-ġurnata u li nemmen li hi ċ-ċavetta għas-suċċess. Bħala kowċ dmirek hu li tinfluwenza lill-atleti tiegħek fil-pożittiv. Trid tifhem ukoll il-karattri tagħhom u xogħlok ikun li dejjem ittejjeb fihom mhux biss it-teknika iżda anke l-attitudni tagħhom. Il-livell ta' tensjoni tkun xi ftit ogħla bħala kowċ minħabba li jkollok x'taqsam mhux biss ma' atleta wieħed iżda m'oħrajn ukoll. Nistqarr li jogħġobni ħafna l-lat tekniku tal-isport u ma jkollix sabar qabel ma' nġib il-bidla neċessarja f 'xi wħud. Ħadt gost ukoll li fdawli r-responsabbiltà tal-atleti Maltin fil- logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-2011 fejn ksibna l-aqwa riżultati possibbli. Dan kien ukoll ir-riżultat ta' preparazzjoni sfiqa li kellna li flimkien ma' kowċis oħra wettaqna l-għanijiet tagħna. Il-media tagħtikom biżżejjed pubbliċità jew dan isir waqt kompetizzjonijiet importanti bħalm'huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biss? Nemmen li l-mezzi tax-xandir għandhom jagħtu importanza lir-riżultati miksuba. Iktar milli nippromovu biss ir-rebħ tal-midalji, għandna nisħqu wkoll fuq l-kisbiet tekniċi li jsiru. B'xorti ħażina ma rnexxilniex inġibu biżżejjed titjib f 'dawn l-aħħar 20 sena sabiex inkunu lħaqna l-progress ta' pajjiżi oħra. Iktar naħseb li nemmnu fix-xorti aktar milli fi żvilupp ippjanat. Il-midja għandha tiġi użata bħala strument ta' ppjanar sabiex tintervjeni f 'mumenti ta' progress. Hu hekk biss li nistgħu nlaħħqu u ngħaddu pajjiżi li ftit minnhom huma iżgħar minna u li qed jagħmlu passi ta' ġgant. Mod ieħor biex intejbu l-livell tagħna hu li jkollna atleti jitħarrġu barra minn xtutna. Għandek xi ħolma li tixtieq tikseb fl-atletika? Il-ħolma tiegħi hi li jkollna sistema integrata fl-iskejjel tagħna li tkopri mhux biss l-att edukattiv iżda dak sportiv. Li jkun hemm ukoll kollaborazzjoni bejn l-iskejjel u l-klabbs sportivi mxerrda madwar il-gżejjer Maltin tgħin ukoll. Bdejna din is-sistema f 'Għawdex u nista' ngħid li kienet suċċess kbir. B'xorti ħażina ma kienx hemm kontinwità u li kieku ħadna ħsieb seta' serva ta' proġett pilota sabiex iktar sports jinxterdu madwar Malta wkoll. Kowċ jibqa' għaddej permezz ta' atleti li jirnexxu u li jkollhom iċ-ċans jieħdu sehem f 'logħob importanti. Kburi ngħid li kont inħarreġ lil Diane Desira (Borg) u wassaltha għal livell għoli ferm. X'sagrifiċċji jitlob l-isport li int tipprattika? Nemmen li ħafna atleti huma ferm immotivati. Xogħol il-kowċis hu li jgħinuhom jikkontrollaw il- motivazzjoni tagħhom iktar milli jimmotivawhom. Huwa veru li jkun hemm ċertu sagrifiċċju, iżda għandu jkun hemm ukoll determinazzjoni, perseveranza f 'mumenti fejn l-atleta ma jkunx għaddej minn mument tajjeb. Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta' kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. Il-kummenti tiegħek. Kif għedtlek aktar qabel, atleta hu kompetitur uniku fl-atletika. Ladarba int tirreġistra ċertu ħin jew distanza, int trid tara li tikseb rekord aħjar. M'hemmx dubju li ngħixu f 'dinja kompetittiva u bilfors irid ikun hemm rebbieħ. Minkejja kollox kif sħaqt aktar qabel, irridu nitgħallmu napprezzaw aktar il-kisbiet tekniċi. Dan minħabba l-fatt li jiżdiedu l-opportunitajiet u mhux bilfors il-midalji. Bla dubju li meta int tikkompeti ma' atleti oħra tal-istess livell tiegħek, jidħlu ħafna aktar fatturi bħal kemm tkun b'saħħtek mentalment, taħriġ mill-aqwa u ċ-ċirkostanzi tal-post fejn tkun fih. Jekk int tkun taf lill-avversarji tiegħek u temmen fil-kapaċitajiet tiegħek kapaċi tirnexxi. M'hemmx dubju li mal-linja tat-tluq m'hemmx ħbieb iżda hemm avversarji li xogħlok hu li tkun aħjar minnhom. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika. L-atletika hu sport verament sabiħ li fih jista' jieħu sehem kulħadd. Tista' tibda tipprattikah għall-gost mingħajr ma tonfoq ħafna flus għalkemm imbagħad int taf sa fejn trid twasslu. Meta int jirnexxilek ittejjeb il-ħin u d-distanza tiegħek, int tkun ir- rebbieħ tiegħek innifsek. Jekk ikollok iktar motivazzjoni taf tirnexxi aktar. Irrispetta lill-avversarji tiegħek. B'hekk int tkun qed teżerċita wieħed mill- valuri Olimpiċi. tiegħek b'hekk tkun qed Olimpiċi' Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019