Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

ILLUM Raħal Ġdid qiegħed jiċċelebra l-festa ta' Kristu Re. Hija waħda mill-ftit festi f 'Malta u Għawdex li ma tiċċelebrax qaddis jew inkella l-Madonna, iżda lil Kristu nnifsu u dan, għall-Pawlisti, huwa unur kbir. Fl-aħħar snin din il-festa kibret ħafna u tista' tgħid li llum saret waħda mill-aktar festi mfittxija. Il-gazzetta ILLUM tinżel Raħal Ġdid biex tara b'għajnejha dak li l-Pawlisti ħejjew ġdid għal din is-sena. Il-festa għall-Pawlisti tibda b'aħbar li niżlitilhom għasel B'mod uffiċjali, il-festa ta' Kristu Re f 'Raħal Ġdid bdiet nhar it-Tnejn li għadda, bil-ħruġ solenni tal-vara maestuża min-niċċa. Iżda din is-sena, il-Pawlisti bdew jiċċelebraw minn qabel, hekk kif fil-bidu taż-żjara pastorali tiegħu lil din il-komunità parrokjali, l-Arċisqof ħabbar li se jkun qed jibda l-proċess biex din il- knisja, l-akbar waħda f 'Malta u Għawdex, tingħata t-titlu ta' Bażilika Minuri. Kienet aħbar li niżlet tajjeb immens mal-kongregazzjoni li ppakkjat din il-knisja hekk kif infexxet f 'ċapċipa u għajjat. Il-proċess jirrikjedi li jkun imħejji rapport, liema rapport imbagħad jintbagħat il- Vatikan fejn ikun ipproċessat u finalment jinħareġ id-digriet li jgħolli l-knisja għad-dinjità ta' Bażilika. Knisja għaliex tingħata dan it-titlu? It-titlu ta' Bażilika, ġeneralment jingħata lil knisja minħabba raġunijiet arkitettoniċi, storiċi u ta' daqs. Bil-Latin, il-kelma Bażilika tfisser 'dar irjali,' jew inkella 'd-sar tas-sultan' u allura wieħed jista' jifhem għaliex din il-Knisja, fil-qalba ta' dan ir-raħal, se tkun qed tingħata dan it-titlu. Mhijiex biss knisja kbira fid-daqs, iżda hija wkoll iddedikata lil Kristu Re u għalhekk dan it-titlu jixraqilha u joqgħod perfett. Iżda l-Pawlisti ilhom jippreparaw għal dan it-titlu... Fost l-insinji li jissimbolizzaw li Knisja ġġorr it-titlu ta' Bażilika nsibu l-Umbrellun Bażilikali (umbrella kbira bi strixxi sofor u ħomor) u anke t-tintinnabulum (qanpiena li tinġarr fil-purċissjonijiet flimkien mal-umbrellun). Iżda apparti minn hekk, ħafna mill-knejjes li għandhom dan it-titlu, ikollhom it-tribuna li tgħatti l-artal maġġur tal- knisja. Fl-erba' bażiliċi maġġuri wieħed isib din it-tribuna u f 'Malta tinstab fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal- Karmnu fil-Belt, fis-Santwarju Bażilika ta' Marija Bambina fl-Isla, fil-Bażilika ta' San Ġorġ fir-Rabat Għawdex u anke fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna ta' Pinu. F'Raħal Ġdid, fl-aħħar xhur, beda l-proċess biex fuq l-artal maġġur issir din it-tribuna wkoll, iżda dan ma kienx proġett li ħolmu l-Pawlisti tal-lum. Fil-fatt, 65 sena ilu, meta nbena l-artal, kien hemm il-pjan li ssir tribuna, tant li d-disinn li fuqu qed tinħadem it-tribuna bħalissa huwa dak oriġinali ta' Romeo Ceccotti. Festa li kibret ħafna bl-għajnuna ta' ħafna voluntiera Huwa sigriet magħruf li l-festa ta' Raħal Ġdid, fl-aħħar snin kibret b'ritmu mgħaġġel ħafna. Iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja jsiru bl-aktar mod solenni u t-toroq huma ppakkjati bl- armar u l-briju ma jonqosx. Biex ittella' festa kbira bħal din, bla dubju ta' xejn trid ħafna voluntiera u entitajiet li jaħdmu u jikkollaboraw flimkien. F'Raħal Ġdid dan jidher ċar ħafna. L-organizzatur ewlieni tal-festa u anke tal-armar fit-toroq hija l-Kummissjoni Festa, li taħtha taqa' l-organizzazzjoni kollha tal- festa esterna u anke l-armar. Il-Kummissjoni, taħdem id f 'id maż-żewġ baned li din il-festa hi mżejna bihom, jiġifieri s-Soċjetà Filarmonika ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 14 illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 Festi Il-Pawlisti jiċċelebraw festa Kristu Re u l-aħbar tal-Bażilika Din il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM għażlet li tiċċelebra l-festa ta' Kristu Re mal- Pawlisti. Għal din il-komunità, il-festa ta' din is-sena hija waħda speċjali hekk kif l-Arċisqof ħabbar li se jitlob lill-Papa biex il-knisja ta' Kristu Re ssir bażilika. L-ILLUM iddur it-toroq ta' Raħal Ġdid dil-ġimgħa mlibbsa bl-arja tal-festa X'nafu dwar il-vara ta' Kristu Re? L-istatwa ta' Kristu Re tnaqqxet fl-injam fl-1998 mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi. Il-vara hija mżejna b'induratura mill-ifjen ta' Horace Farrugia, magħruf bħala Horace tal- Imdina. Kristu Re huwa liebes l-abjad u l-aħmar, il- kuluri li fi kliem l-artist jidhru ħierġa mill-qalb tal-Ħniena Divina. L-induratura hija mimlija simboli tal- Ewkaristija, fosthom l-ostji u l-għeneb u anke l-qaqoċċ, simbolu tal-Knisja magħquda. Il-kuruna li titpoġġa fuq ras Kristu Re fiha xejn inqas minn 60 anġlu. Il-lapside prinċipali tal-knisja ta' Kristu Re Il-knisja meta bdiet tiċċelebra l-festa ta' Kristu Re? Magħrufa wkoll bħala s-Solennità ta' Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu, din il- festa twaqqfet mill-Papa Piju XI fl-1925. Oriġinarjament din il-festa kienet tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru iżda fi żmien il-Papa Pawlu VI, din bdiet tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd taż- Żmien ta' Matul is-sena, jiġifieri Ħadd qabel jibda l-Avvent. Dan ifisser li din is-Solennità tagħlaq is-Sena Liturġika tal-Knisja u għalhekk taħbat dejjem bejn l-20 u s-26 ta' Novembru. Wieħed mis-settijiet ta' pavaljuni tal-Għaqda Kristu Sultan

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019