Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' new moon għal Aquarius ser ikun ifisser li se tagħraf timxi b'aktar għaqal u dan sabiex int tkun aktar iffokat mis-soltu sabiex ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' konsegwenza meta għandek resqin lejk tant prospetti pożittivi. Agħraf dan sabiex ikun mument ta' stabbiltà. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: kannella u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 2 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' new moon għal Pisces ser ikun ifisser waqt ta' riflessjoni għal tibdil li ser jibda jseħħ madwarek u minħabba dan int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm lilek innifsek kif ukoll sitwazzjonijiet li ser jiżviluppaw. Dan huwa żmien ftit delikat għalik imma agħraf ikkonfrontah kemm tista' pożittivament għax ikun jaqbel lilek. Namaste Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Capricorn Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' new moon għal Aries ser ikun mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk minn issa trid tibda tagħraf tikkontrolla aktar l-atteġġjament tiegħek u anke l-madwar tiegħek sabiex dak li ġej taffaċċjah b'aktar kalma u trankwillità u hekk tibda tħares 'il quddiem b'aktar determinazzjoni. Namaste Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: kannella u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 2 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' new moon għal Taurus ser ikun ifisser mument ta' paċenzja u dan sabiex tagħraf tkattar il-maturità u l-għaqal f 'dak li hemm riesaq lejk kemm fil-ħidma kif ukoll fil-madwar tiegħek. Agħraf ikkombina din il-paċenzja u żgur jekk tagħmel dan se tagħraf kemm se tibda tħossok aħjar u aktar iffokat. Agħraf. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Scorpio Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' new moon għal Gemini ser ikun ifisser perjodu ta' aktar aggressività fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali kif ukoll ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik minħabba li issa trid turi aktar id-determinazzjoni u l-kapaċità f 'dak li int trid tesprimi u tixtieq twassal. Ħares 'il quddiem b'ottimiżmu. Namaste Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: oranġjo u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' new moon għal Cancer ser ikun ifisser mument ta' aktar kontroll fuqek in- nifsek. Dan sabiex minn issa 'l quddiem ħafna mid-deċiżjonijiet li se tieħu kemm tista' jkunu bil-mertu tiegħek. Għalkemm parir dejjem iservik ta'gwida finalment trid tibda taħseb għal rasek. Irrifletti dwar dan. Namaste Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Taurus Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' new moon għal Leo, ser ikun ifisser żmien li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b'hekk int tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja personali u anke ta' madwarek. Dan huwa perjodu li jista' jkun fih terġa' tirbaħ dak li int tlift jew ħadulek mill-karattru li tant int magħruf għalih. Agħraf dan. Namaste Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 2 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Pisces Leo huma magħrufin bħala persuni umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' new moon għal Virgo ser ikun ifis- ser mument li fih tagħraf timxi b'aktar ħeġġa, fejn jekk is-soltu kont iddum sabiex tieħu xi deċiżjoni ta' direzzjoni issa dan se tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu xejra aktar pożittiva. Żomm dan il-pass kemm tista' u rrifletti minn issa. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: blu u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Sagittarius Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' new moon għal Libra, ser ikun perjodu li int trid tagħraf kemm trid tkun aktar stabbli fil-ħajja ta' madwarek. Għalkemm int se tkun medhi b'ħafna proġetti kemm dawk preżenti kif ukoll dawk futuri, xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment issa li daqt se tkun fiż-żodijaku tiegħek. Agħraf. Namaste Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Aries Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novem- bru Iż-żodijaku ta' new moon għal Scorpio ser ikun mument fejn int trid tagħraf tkun aktar preċiż f 'dak li int tixtieq tibda twettaq. Iżda int trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b'hekk tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares 'il quddiem għal dak li riesaq lejk. Parir ikun tajjeb li tisimgħu imma agħraf int. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 2 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Gemini Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' new moon għal Sagittarius ser ikun perjodu ta' riflessjoni fl-imħabba li għadek qed tkattar fiha. Din taf toħloq xi problemi sakemm int tkun deċiż dwar fejn tixtieq tasal. Agħraf biss li l-passat huwa ktieb magħluq. Issa trid tħares 'il quddiem jekk trid il-kuntentizza li tant tixtieq. Namaste Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Cancer Sagittarius huma magħrufin għall-abbilità organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' new moon għal Capricorn ser ikun ifisser mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu sabiex dak li hemm madwarek tiżvolġih kif verament tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li ġejja madwarek se tagħmilha possibbli li tirċievi dak kollu li jista' jagħmlek aħjar. Agħraf sew dan. Namaste Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 3 L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Leo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-oroskopju ta' New Moon ta' Leo bejn it-28 ta' Lulju u t-3 t'Awwissu PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00am u d-9:00pm fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com 4 snin mal-gazzetta ILLUM F'dawn l-erba' snin din il-paġna tatkom ġimgħa b'ġimgħa oroskopju kif ukoll informazzjoni dwar diversi aspetti miż-żodijaku. Hekk ser nibqgħu għaddejjin. Ser inżidu wkoll kompetizzjonijiet u anke xi rakkonti (kif ħafna talbuna). Nittama li l-appoġġ li tajtuni f'dawn l-erba' snin jibqa' jinħass fi l-futur. Bħala apprezzament qed noffri skont fuq il-kotba li ppubblikajt s'issa. Għal aktar informazzjoni ibagħtu messaġġ fuq 99013600 jew fuq il-paġna ta' facebook PaulJon13. Nixtieq ukoll iżżuru s-sit tiegħi, issa wkoll aġġornat: www.pauljon13.com. Minn qalbi nirringrazzjakom tal-appoġġ tagħkom matul dawn l-erba' snin. Namaste Jibda l-Qamar Ġdid tal-Leo

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019