Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 MARTINA Fenech - talent żagħżugħ fil-futbol tan-nisa u li tistqarr li l-futbol għenha bis-sħiħ biex tegħleb mumenti diffiċli f 'ħajjitha. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? L-imħabba lejn il-futbol nibtet fija minn meta kont għaddejja minn żmien diffiċli familjari f 'ħajti u kkunsidrajt li nibda nagħmel xi sport biex iservi ta' żvog. Minn dejjem kien ta' gost għalija li nsegwi l-futbol, kemm Malti kif ukoll barrani u minn hemm bdejt nipprattika dan l-isport mat-tim ta' Naxxar Lions Youth Nursery u nħossni vera kuntenta li għażilt din it-triq. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat- tim tiegħek? Personalment, kelli staġun tajjeb ħafna. Kemm fiżikament kif ukoll teknikament għamilt qabża kbira minn kif bdejt iżda ovvjament għad irrid naħdem ħafna. L-istaġun li għadda, jien kont nagħmel parti mill-iskwdra tan-nisa tal- Mosta F.C, kemm ta' taħt id-19-il sena kif ukoll tal-kbar. Kellna staġun mhux ħażin, fejn bħala skwadra qatt ma waqafna naħdmu biex intejbu l-abbiltajiet tagħna iżda ġietni l-opportunità u kkunsidrajt id-deċiżjoni li mmur ma' tim ta' livell ogħla biex b'hekk inkompli nimxi 'l quddiem fil-karriera tiegħi. Għalhekk, issa nifforma parti mit- tim ta' Birkirkara F.C. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall- irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Jien nisma' ħafna kummenti li dan l-isport huwa addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li jirrikjedi iżda nemmen li l- futbol tan-nisa qiegħed jikber. Dawn il-kummenti ma jaqtgħulix qalbi għax naf li hemm ħafna tfajliet, inkluża jien, li qed iqisu l-futbol bħala parti integrali minn ħajjithom u jgħinhom f 'diversi oqsma tal-ħajja. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan- nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat, jammirani ħafna għaliex huwa jemmen li l-futbol huwa sport għaż-żewġ sessi, kemm għan- nisa kif ukoll għall-irġiel. Huwa jaħdem ħafna biex il-futbol tan-nisa jkompli jitjieb. Nammirah ukoll, għaliex hu, flimkien ma' diriġenti oħra, kellhom viżjoni għall-futbol tan-nisa f 'Malta u b'hekk għaqqdu l-ewwel skwadra li minn hemm 'il quddiem ma waqfux jaħdmu biex ikomplu jgħollu l-livell tal-futbol f 'Malta. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad- deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Minħabba li għadni żgħira, ma tantx għadni lgħabt logħob. Iżda, it-tournament, mat-tim nazzjonali ta' taħt is-16-il sena, ġewwa t-Tajlandja, ħa jibqa' dejjem immarkat b'ittri tad-deheb u ħa niftakru għal għomri kollu. Dan għaliex, mhux biss bħala tim lgħabna tajjeb ħafna u tajna l-almu tagħna fuq livell professjonali, iżda kien ukoll l-ewwel tournament internazzjonali tiegħi fejn irrappreżentajt lil pajjiżi. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Personalment, inħoss li l-MFA qed tagħmel li tista' biex tkabbar il-ġid tal- futbol tan-nisa ġewwa pajjiżna. Dan jidher ċar minn kemm qiegħed jiżdied il-persentaġġ tan-nisa li qegħdin jitħajru li jibdew dan l-isport. Tikkunsidra l-possibbiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Ovvjament, bħal ħafna mill- plejers li jilagħbu l-futbol, jekk tiġini opportunità biex intejjeb il-karriera tiegħi nikkunsidra l-possibbiltà li fil- futur immur nilgħab ma' xi tim barra minn Malta. Dan għaliex il-futbol huwa ħajti u nemmen li mingħajru jien ma jien xejn. Iżda, għalissa ħa niffoka aktar fuq l-ewwel staġun tiegħi mat-tim ta' Birkirkara F.C, kif ukoll nipprepara ruħi għall-Qualifiers tal-World Cup, ta' taħt is-16-il sena mat-tim nazzjonali Malti li se jsiru f 'Settembru li ġej. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-iskola u mal-futbol? L-iskola hija importanti daqs il- futbol u għalhekk irrid nagħmel bilanċ bejniethom. Naħseb, li t-tqassim tal- ħin huwa l-aktar ħaġa importanti biex b'hekk inlaħħaq tajjeb mal-iskola kif ukoll mal-karriera tiegħi tal-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Kif għidt qabel, jekk tiġini opportunità nikkunsidraha. Naf li rrid naħdem ħafna biex il-ħolma tiegħi ssir realtà iżda nemmen li jekk inkompli naħdem u qatt ma naqta' qalbi m'għandhiex tkun diffiċli wisq. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill-futbol tan- nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Jien inħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna qed iżżid rigward futbol tan- nisa, iżda hemm iktar xogħol xi jsir għaliex meta wieħed iqabbel x'tesponi l-media rigward il-futbol tal-irġiel u tan-nisa, tidher ċara d-differenza kbira bejniethom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis- serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Personalment, nista' ngħid li l-futbol għeni biex inkompli niġġieled għalkemm kont għaddejja minn żmien ikrah. Għalhekk, inħeġġeġ lit-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu l-futbol bis-serjetà biex jagħmlu dan għax iservi ta' żvog. Inħeġġeġ ukoll lill-ġenituri biex jemmnu u jafdaw f 'uliedhom li għandhom talent u li l-futbol jaf ikun essenzjali ħafna għalihom. 'Il-futbol għeni biex inkompli niġġieled għalkemm kont għaddejja minn żmien ikrah' minn Cristian Antony Muscat Martina Fenech fl-azzjoni Martina Fenech tilgħab man-nazzjonal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019