Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi ILLUM it-8 ta' Settembru. Il- Knisja tiċċelebra s-solennità tat-Twelid tal-Verġni Marija. F'Malta, din il-festa tieħu tifsira aktar profonda, tant li hija magħrufa aktar bħala l-Vitorja. Bix-xieraq, għax bħal Santa Marija, it-8 ta' Settembru hija festa oħra Marjana magħġuna mal-istorja tal-Poplu Malti u Għawdxi. F'dan il-Jum Nazzjonali, infakkru wkoll fir-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1556 u t-Tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija filwaqt li l-Knisja u l-Insara jirringrazzjaw lill- Madonna għall-interċessjoni tagħha. Kull rokna tal-gżejjer Maltin tiċċelebra din il-festa, iżda b'mod partikolari fl-Isla fejn fil-Bażilika, imwaqqfa bħala Monument tar-Rebħa tal-Assedju, tiġi ċċelebrata bl-akbar devozzjoni l-festa tal-Bambina. Kif għamlet kull nhar ta' Ħadd f 'din is-sensiela dwar il-festi, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn il- karatteristiċi li jagħmlu din il-festa waħda partikolari u anke titkellem mas-Sengleani dwar dak li ħejjew għall-festa ta' din is-sena. Niċċa unika għall-vara inkurunata Mal-inkurunazzjoni aktar minn qatt qabel, din ix- xbieha, saret iċ-ċentru ta' din il-parroċċa antika. Bħax-xbihat oħra inkurunati, fil-maġġoranza tagħhom kwadri, il-vara tal-Bambina saret ikona u fiha wieħed jilmaħ il-preżenza tal-Madonna. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li tinżamm b'mod aktar dinjituż. Fil-fatt, in-niċċa tal- Bambina hija waħda unika. Fi kliem sempliċi, in-niċċa tal-Bambina tinsab flok il- kwadru titulari, fil-għoli wara l-artal maġġur u t-Tribuna Bażilikali, tant li kull min jidħol il-knisja mill-bieb maġġuri, l-ewwel ma jilmaħ hija propju din ix-xbieha eżatt faċċata. Ta' min jgħid li f 'Malta ftit huma l-vari proċessjonali li huma inkurunati solennament b'digriet maħruġ mill-Vatikan. Forsi l-aktar statwa inkurunata magħrufa, anke jekk tinħareġ purċissjoni f 'okkażjonijiet speċjali biss, hija dik ta' San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina. Din ix- xbieha antika wkoll tinżamm f 'niċċa fuq l-artal fis- Santwarju Ġużeppin li jinsab fil-Knisja ta' Ġieżu. Il-funzjoni tal-warda... It-tfal iġeddu l-wegħda tal-Inkurunazzjoni Anke jekk għaddew kważi mitt sena, it-Tifkira tal- Inkurunazzjoni għadha tiġi ċċelebrata b'solennità kbira kull sena nhar l-4 ta' Settembru. Filgħaxija ssir quddiesa solenni tat-Tifkira tal- Inkurunazzjoni iżda filgħodu ssir ċelebrazzjoni unika u sabiħa li għaliha, il-Bażilika tal-Bambina tkun mifqugħa bit-tfal. Din il-funzjoni hija magħrufa bħala "Tal-Warda." Fil-fatt, wara quddiesa, żewġt itfal mill-parroċċa jippreżentaw warda tad- deheb lix-xbieha tal- Bambina. Iċ-ċelebrant jitla' taraġ li jintrama ħdejn l-istatwa u jpoġġi din il-warda ħdejn is-sieq tal-Bambina fost iċ- ċapċip tat-tfal kollha preżenti u l-kant sabiħ tal-innu: "Issa ntemmet ix-Xewqa ta' Qalbna." Din il-warda saret fl-1971 fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill- Inkurunazzjoni. Is-Sengleani riedu li jpattu għall-fatt li fil- 25 anniversarju ma setgħux jiċċelebraw minħabba l-gwerra u għalhekk l-Arċipriet Giovanni Sladden ordna din il-warda tad-deheb għall-vara tal-Bambina. Din tpoġġiet għall-ewwel darba f 'riġlejn il-Madonna mill-Kardinal Giacomo Lercaro, Arċisqof ta' Bolonja, 14 illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 Festi Salvata mill-baħar u inkurunata L-Isla tiċċelebra l-Bambina Bla dubju ta' xejn l-aktar festa devota tal-Bambina hija dik iċċelebrata l-Belt tal-Isla. ˙Monument tal- Assedju li ddur it-toroq Sengleani mlibbsa għall- Vitorja Wieħed mis-settijiet ta' pavaljuni li saru fl-aħħar snin (Mark Micallef Perconte) Salvata mill-baħar ... l-eqdem vara proċessjonali f 'Malta Ma tistax titkellem dwar il-festa ta' Marija Bambina fl-Isla u ma titfax mill-ewwel l-attenzjoni fuq il-vara tal-Madonna li forsi aktar minn festi oħra hija l-qalba u l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet. L-istorja ta' din ix-xbieha li s-Sengleani tant jgħożżu tmur lura kważi 400 sena u dan jagħmilha l-eqdem vara proċessjonali f 'Malta u Għawdex. Skont it-tradizzjoni u anke sors li nstab f 'manuskritt fl-arkivji tal-parroċċa, din l-istatwa kienet instabet fil-baħar flimkien ma' bċejjeċ oħra ta' bastiment, lura fis-seklu 17. Din l-istatwa, li skont it- tradizzjoni popolari kienet pulena ta' bastiment li kien ra n-nawfraġju, kienet ittellgħet fuq bastiment wara li ntlemħet fil-baħar viċin gżejjer li llum jiffurmaw parti mill-Kroazja. Jingħad li abbord dan il- bastiment kien hemm żewġ Sengleani li talbu lill-kaptan tal- bastiment biex l-istatwa tingħata lill-parroċċa tagħhom. L-istatwa kienet ingħatat lill-Kappillan Cosimo Talavera fl- 1618. Fl-1810, l-iskultur magħruf Mariano Gerada kien għamlilha bażi ġdida li tinkludi sħaba u anke għadd ta' anġli. Bejn l-1984 u l-1996 l-istatwa kienet tlibbset bi pjanċi tad- deheb u l-fidda, xogħol li kien fdat f 'idejn Giovanni Bartolo. Ix-xbieha tal-Madonna, bilwieqfa fuq id-dinja, tistrieħ fuq pedistall tal-fidda u warajha raġġiera kbira li tfakkar f 'dak imniżżel fl-Apokalissi ta' San Ġwann Appostlu: "Mara liebsa x-xemx." Inkurunata b'digriet mill-Vatikan L-istorja interessanti tal-vara ta' Marija Bambina mhix l-uniku raġuni għaliex din ix-xbieha hija ċ-ċentru ta' din il-festa. F'okkażjonijet diversi, din l-istatwa kienet fiċ-ċentru ta' pellegrinaġġi kbar nazzjonali. Fost dawn, fl-1781 kien sar pellegrinaġġ penitenzjali nazzjonali fuq ordni tal-Isqof Jacopo Canaves minħabba nixfa kbira li kienet laqtet lill-pajjiż. Meta l-pellegrinaġġ kien fi triqtu lura lejn l-Isla bdiet tqattar ix-xita u ftit wara nfetħu bwieb is-sema. Pellegrinaġġ ieħor sar fl-1813 meta Malta kienet inħakmet mill-marda qerrieda tal-pesta. Il-Kapitlu tal-Isla kien wiegħed li jekk l-Isla ma tinħakimx mill- Pesta kien se jorganizza tliet purċissjonijiet votivi kull sena, fosthom dik bl-istatwa tal-Bambina fit-8 ta' Settembru. L-Isla ma nħakmitx mill-pesta. Id-devozzjoni kompliet tikber u kien dan li wassal lill-Kapitlu Senglean biex jitlob lill-Papa Benedittu XV biex jagħtihom il-privileġġ li jinkurunaw lil din ix-xbieha. Id-digriet kien inħareġ f 'Mejju tal-1920, bl-inkurunazzjoni sseħħ fl-4 ta' Settembru tal-1921. Il-Vara Inkurunata armata bl-artal quddiemha waqt waħda mill-funzjonijiet Salvata mill-baħar u inkurunata Salvata mill-baħar u inkurunata L-Isla tiċċelebra l-Bambina Salvata mill-baħar u inkurunata L-Isla tiċċelebra l-Bambina Salvata mill-baħar u inkurunata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019