Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 ilmenti ta' pagi differenti għall-istess xogħol fl-istess kumpanija u allura reġa' insista li ma jarax għalfejn kumpanija għandha tikxef l-isturttura tal- pagi tagħha. Farrugia jfakkar ukoll li wieħed irid jara kif se taħdem sistema bħal din u hawn ifakkar illi l-pagi fil-privat jinbidlu l-ħin kollu. "Allura x'nagħmlu? Noqogħdu mmorru d-dipartiment inbiddlu n-numri kull darba?" staqsa Farrugia. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ukoll mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Hotels and Restaurants Association Andrew Agius Muscat, li żamm xi ftit lura milli jesprimi ruħu f 'dan l-istadju. "Irridu nkunu nafu d-dettalji tagħha qabel nitkellem. Trid tara diversi aspetti bħall-privatezza pereżempju jew inkella kwistjoni ta' kompetizzjoni." Intant mal-ILLUM il- Kamra tal-Kummerċ sostniet li filwaqt illi l-proposta jaf tidher sabiħa fuq il-karta din taf toħloq sfidi għall-kumpaniji kif ukoll għall- impjegati nfushom. "Għalhekk il-Kamra tal- Kummerċ tħalli materji bħal dawn f 'idejn il-membri tagħha sabiex isibu bilanċ aċċettabbli mal-partijiet kollha, fir-rispett tal-liġi u 'l bogħod minn kull tip ta' diskriminazzjoni potenzjali." Finalment din il-gazzetta tkellmet mad-Deputat President tal-GRTU Philip Fenech li bħall- impjegaturi l-oħrajn wera illi l-GRTU ma tantx hija xi eċitata bil-prospett ta' Pay Transparency f 'pajjiżna." "Il-pagi huma materja privata ħafna. Id- dħul ta' persuna ġeneralment mhuwiex imxerred u ppubblikat. Kulħadd huwa intitolat għall- privatezza fuq il-kwistjoni." Fenech qal illi għalkemm il-GRTU taf bi ftit biss kumpaniji li jħaddmu l-Pay Transparency, dan ma jfissirx jew ma jimplikax illi dan qed jaħbi xi att ħażin jew illegali. "Fil-fatt, ħafna kumpaniji huma parti minn inizjattivi, bħal pereżempju l-Eqaulity Mark, illi permezz tagħha hemm skrutinju tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol," qal Fenech. Kompla jistaqsi jekk hux sew li ma jkunx hemm differenza fil-paga bejn min imur ix-xogħol bil-ħeġġa u min imur ta' bilfors. Staqsa jekk hux sew li ma jkunx hemm differenza bejn min huwa iktar ikkwalifikat jew ħa korsijiet u min le, bejn min għandu l-passjoni u jieħu l-inizjattiva u min le. għall-istess xogħol fl-istess kumpanija tkun l-istess Din il-gazzetta tat ħarsa lejn rapport tal-Kummissjoni Ewropea 'Pay Transparency in the EU' li jitratta din il- prattika f 'numru ta' pajjiżi, fosthom fl-Awstrija u l-Iżlanda. Huma tliet pajjiżi biss li introduċew id-dritt li ħaddiem jistaqsi għal informazzjoni fir-rigward ta' livelli ta' paga skont il-ġeneru għall-istess xogħol, tal-istess valur. Ir-rapport tal- istess Kummissjoni jgħid illi l-'pay transperncy' hija essenzjali għall-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' ħlas ugwali għall-istess xogħol u tista' tikxef ukoll ċertu strutturi ta' paga li jiffavorixxu aktar l-irġiel. Minkejja dan, tajjeb wieħed jinnota illi fl-Awstrija, pereżempju, dan id-dritt jgħodd għal kumpaniji b'tal-inqas 150 ħaddiem, filwaqt li fil-Belġju u fi Franza dan id-dritt jgħodd għal kumpaniji b'mill-inqas 50 ħaddiem. Dan filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni jgħidu illi: 'Stati Membri għandhom iwettqu miżuri illi jassiguraw li impejgaturi ta' kumpaniji b'mill-inqas 50 ħaddiem jinfurmaw b'mod regolari lill-ħaddiema u lir- rappreżentanti tagħhom bil-ħlas medju ta' kull kategorija ta' ħaddiem jew pożizzjoni, skont il-ġeneru.' Din allura tpoġġi mistoqsija interessanti f 'dak li għandu x'jaqsam implimentazzjoni fuq bażi lokali, fejn ħafna kumpaniji speċjalment dawk marbuta mal-bejgħ bl-imnut, ristoranti u ħafna oħrajn huma żgħar u jħaddmu inqas minn 50 persuna. Ir-rapport jgħid illi hemm diversi ostakli (oħrajn) biex tkun imwettqa din il-miżura. Dawn huma: il-protezzjoni tad-data, klawżoli fil-kuntratt tax-xogħol li jgħidu illi ħaddiem ma jistax jikxef kemm jaqla' bħala paga, amministrazzjoni fqira ta' riżorsi umani, nuqqas ta' għarfien u l-fatt li din ma tkunx prijorità għall-unjins. Finalment waħda mill-akbar problemi hija s-sensittività kulturali fejn jirrigwarda pagi u dħul ta' persuna. U Malta tissemma? Iva, Malta tissemma darba fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport jgħid li f 'pajjiżi fejn l-istrutturi ta' fethim kollettiv għall-ħaddiema huma b'saħħħithom m'hemmx prijorità li tikkonċerna pagi ugwali fost il-unjins. Hawnhekk ir-rapport isemmi lil Malta mad-Danimarka, il-Portugall u l-Islovenja. Ta' min jirrimarka li dan huwa l-każ għaliex unjin tinnegozja ftehimiet kollettivi għall-gruppi ta' individwi f 'post tax-xogħol u mhux individwalment u allura meta jsir hekk, ma ssirx distinzjoni bejn ħaddiem mara jew raġel, Malti jew barrani… X'rakkkomandazzjonijiet adottat il-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pay Transparency? Il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjonijiet dwar dan is-suġġett u qed tgħid li kull pajjiż tal-UE jeħtieġ jinkludi mill-inqas rakkomandazzjoni waħda minn erbgħa. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma; id-dritt li ħaddiema jkollhom informazzjoni dwar il-livelli ta' paga għal kartegoriji ta' xogħol tal-istess xogħol, għall-istess valur. Li kumpaniji b'tal-inqas 50 ħaddiem jinfurmaw lill-ħaddiema tagħhom b'informazzjoni dwar livelli ta' paga skont il-kategorija ta' xogħol. Li f 'kumpaniji ta' 250 ħaddiem jew aktar isir awditjar li jinkludi, kemm nisa u rġiel jaħdmu f 'pożizzjoni u l-pagi tagħhom u/jew inkella li l-Gvern jara li meta qed isir ftehim kollettiv tkun diskussa l-kwistjoni ta' paga ugwali. Naturalment il-Kummissjoni qed tesiġi li dan kollu jsir skont il-liġijiet li jkopru l-protezzjoni tad-data. U x'inhi l-problema fil-liġi biex din il-miżura taħdem? Minkejja li l-liġi tal-UE (Artiklu 157 tat-TFEU) tgħid li d-diskriminazzjoni bejn il-ġeneru fejn jirrrigwarda l-paga hija pprojbita, ħafna drabi huwa l-ħaddiem li jrid jiddikkjara u jikseb il-prova li qed jinkisru d-drittijiet. Minn diversi każi legali fl-UE rriżulta li ħaddiem jista' jitfa' r-responsabbilità tal-evidenza fuq l-impjegatur sakemm ikun il-ħaddiem stess li juri illi qed jaqla' inqas paga minn persuna ta' sess differenti li tagħmel l-istess xogħol, tal-istess valur. U fl-Unjoni Ewropea x'inhu jiġri? Philip Fenech, GRTU David Xuereb, Kamra tal- Kummerċ Andrew Agius Muscat, MHRA