Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum Minn Liam Carter DIN il-gazzetta tinsab informata li sal-aħħar ta' dan ix-xahar, il- Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk se jkun qiegħed idaħħal fis-seħħ diversi bidliet bl-għan li jiġi indirizzat ir- 'rebus' ta' nhar ta' Ħadd. L-ILLUM tinsab informata li bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-lokalità, is-Sindku Steven Grech qiegħed jipproponi li l-ewwel nett jiġu stabbiliti ħinijiet differenti għas-sajf u x-xitwa u li tul Xatt is-Sajjieda jkun projbit il- parkeġġ ta' vetturi anke jekk dan ikun miftuħ għat-traffiku. Apparti minn dan, mhux se jitħallew jidħlu aktar trakkijiet u vannijiet biswit ix-xatt ta' Marsaxlokk. Bidliet oħra li se jkunu qegħdin jidħlu fis-seħħ huma li l-iskali u ċertu żoni speċifiċi li jintużaw mis-sajjieda jridu jitħallew vakanti. Ta' min jinnota wkoll li se jkunu qed jiċċaqalqu ammont ta' bejjiegħa biex jibdew mill-pjazza sat-torri Vendome. 'Oppożizzjoni mill-bejjiegħa li ma ridux jarmaw ħdejn xulxin' Din il-gazzetta tinsab informata wkoll li tul il-proċess ta' diskussjoni ħafna bejjiegħa kienu voċiferi kontra dawn il-pjanijiet minħabba li ma ridux jarmaw ħdejn xulxin skont il-kategorija u ppreferew li jibqgħu mħallta. Minkejja din ir-reżistenza, il- maġġoranza qed jaqblu mal-mod kif il-monti issa se jkun qed jiġi organizzat anke jekk ippreferew ikollhom il-vann magħhom. Apparti minn hekk, għaddejja diskussjoni dwar jekk il-bejjiegħa għandhomx jikkontribwixxu finanzjarjament lejn it-tindif u t-tisbiħ tal-lokalità. Hu mifhum li din taf tidħol fis-seħħ permezz ta' by-law mill-Kunsill ta' Marsaxlokk. Għaldaqstant, jidher ukoll li l-Kunsill qed jisħaq fuq il-bżonn ta' infurzar serju u għalhekk se jkunu qed jidħlu fis-seħħ ukoll multi ħorox għal dawk li ma jsegwux ir-regolamenti l-ġodda. Fl-aħħar nett l-ILLUM tinsab informata li wara li jseħħ l-arranġament, il-Kunsill se jħares sabiex jorganizza r-ristoranti tal- lokalità. Dawn il-pjanijiet ġew imqanqla minn diversi fatturi fosthom l-estetika u l-periklu għax-xerrejja, turisti u klijenti tul Xatt is-Sajjieda. Notevolment, tul dawn id-diskussjonijiet, il-bejjiegħa kienu rrappreżentanti minn Għaqda Bejjiegħa tal-Monti, il-General Workers Union u oħrajn li ddeċidew li jibqgħu indipendenti. Ta' min jinnota wkoll li f 'Jannar illi għadda, l-eks Sindku ta' Marsaxlokk Horace Gauci kien ħabbar li l-Kunsill se jkun qiegħed jitlob lir-residenti jivvutaw f 'referendum lokali dwar il-ħinijiet tal-monti ta' nhar ta' Ħadd li oriġinarjament kien iżarma fis-sitta ta' filgħaxija. Finalment ix-Xlukkajri vvutaw sabiex il-monti tal-Ħadd tal- istess lokalità jibda jżarma fit-tlieta ta' waranofsinhar. Fid-dawl ta' dan il-vot, l-ILLUM kienet niżlet fir-raħal pittoresk ta' Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma' diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni. Wieħed mill-bejjiegħa li tkellem mal-ILLUM, qal li għalkemm huwa normalment iżarma qabel is-2pm u għalhekk id-deċiżjoni tal-Ħadd ma tantx se taffettwah, xorta kellu riżervi kbar. "Jien sat-3pm inkun żarmajt. Noqgħod Marsaxlokk stess, sabiħ li hawnhekk ikun spazju miftuħ," saħaq dan il-bejjiegħ. Minkejja dan, hu qal li, "il-problema hi li jekk lilna se jġegħluna nżarmaw fit-3pm, imbagħad tar-ristoranti se jimlew kull m'hawn bl-imwejjed u siġġijiet, se niġu ċikku briku," kien irrimarka Josef. Bejjiegħ ieħor kellu kummenti simili, "bħala ħin ma tantx taffettwani għaliex l-affarijiet tiegħi nista' nerfagħhom u nipprova nbigħhom darb'oħra. Però dawk li jbigħu l-ħut ovvjament li se taffettwahom peress li dak li jkollhom armat iridu jbigħuh," spjega dan il- bejjiegħ. Hu kien saħaq li, "sikwit ikollna argumenti ma' tar-ristoranti. Ġieli jagħlquk bl-imwejjed." Il-kaos ta' Marsaxlokk indirizzat sal-aħħar ta' Settembru Bidliet kbar fil-Monti ta' Marsaxlokk Is-Sindku ta' Marsaxlokk jitfa' ħarstu fuq il- monti popolari ta' Marsaxlokk u jipproponi li dan kollu jinbidel sa tmiem dan ix- xahar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019