Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
23 Mike Banning (Butler), aġent tas-Servizz Sigriet Amerikan, huwa l-gwardjan ewlieni tal-President tal-Istati Uniti. Diġà salva, darbtejn qabel, lil din il-persuna distinta f 'żewġ okkażjonijiet ta' azzjoni furjuża -Olympus Has Fallen (2013) u London Has Fallen (2016). F'dan it-tielet episodju li hu mfawwar b'furja kkargata, iżjed mit-tnejn ta' qabel, meta jsir attentat ta' qtil fuq il-President Alan Trumbull (Freeman), it-tort jaqa' fuq Banning, l-aktar bniedem fdat minnu. Naturalment, hu jaħrab biex ma jinqabadx, u issa jrid isib kull mezz kif jiskarta lil dawk li xlewh u ttradewh lill-aġenzija tiegħu stess u anki lill-FBI. Fuq kollox, irid ikun jaf sewwa x'inhi din it-theddida fuq il-kap tan-nazzjon. Barra li jrid jieħu ħsieb iwarrab lil martu, Leah (Perabo) u lit-tarbija min-nofs, ikollu jitlob l-għajnuna ta' xi alleati, kontra qalbhom, kif ukoll lill-anzjan missieru, Clay (Nolte), veteran tal-gwerra tal-Vjetnam, biex itih ħjiel tal-verità. Angel Has Fallen huwa thriller ta' tensjoni psikoloġika qawwija fejn il-protagonist, għall-ewwel darba f 'ħajtu, jibda jiddubita mis-sehem tiegħu jekk għadux kapaċi jesigwixxi xogħlu bħal meta kien iżgħar. Mimli sparar u ġiri, dan ix-xogħol jiftaħ b'attakk spettakolari rriżestibbli ta' ħafna drones bi spluzzjonijiet ma' kullimkien. Minn hawn il-quddiem, il- brejk ma jinżammx, kultant b'inċidenti tant imħarrka li jidhru esaġerati. Għall-ewwel darba, Piper Perabo qed tidher bħala l-mara ta' Mike minflok Radha Mitchell li ħadmet fit-tnejn ta' qabel. Nick Nolte wkoll qed jagħmel l-ewwel dehra tiegħu bħala missieru li jgħinu ħafna meta ibnu jkun maħrub. illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema Angel Has Fallen Atturi Ewlenin: Zoe Margaret Colletti; Michael Garza; Gabriel Rush; Dean Norris; Austin Abrams; Gil Bellows. Direttur: Andre' Ovredal. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 108 min. Ċert. 15 Scary Stories To Tell In The Dark Albert Schwartz kiteb serje ta' kotba għat-tfal bl-isem ta' Scary Stories to Tell in the Dark. Il-film tal-istess isem ibbażat minn fuqhom hu wieħed tal- biża' mhux addattat għat-tfal ta' età baxxa. Fil-belt żgħira ta' Mill Valley, Pennsylvania, id-dar statali tal-familja Bellows, għal snin twal battala u bl-għajdut li fiha jidhru l-iħirsa, dejjem ġibdet l-attenzjoni tal-kittieba dilettanta ta' stejjer tal-biża', iż-żagħżugħa Stella Nicholls (Colletti). Meta fil-lejl ta' Halloween tal-1968, wara ċajta goffa hi u sħabha jaħarbu jiġru, ikunu salvati minn Ramon (Garża) u wara jidħlu jżuru din id-dar imsaħħra. Hemm ġew isibu kamra sigrieta u ktieb bi stejjer tal-waħx ta' Sarah Bellows li aktarx iġġennet u li ma tidher f 'ebda ritratt f 'dan il-post. Meta jiftħu dan il-ktieb, l-istejjer jinkitbu waħedhom bl-aħmar, forsi bid-demm. Minn hawn 'il quddiem jibdew iseħħu affarijiet strambi u jidhru esseri eċċentriċi li jsusu wara Stella u ħbiebha. Minkejja l-andament u l-isem tiegħu, Scary Stories to Tell in the Dark hu xogħol pjaċevoli bi żvolġiment fluwidu, allegorija politika ta' dak iż-żmien. Wieħed jieħu pjaċir isegwi din il-produzzjoni li aktar teċita milli tkexkex. Film b'atmosfera ħafna drabi umoristka u bi żvilupp ta' manjiera friska! Charming Fil-ħrejjef sbieħ klassiċi għat-tfal, bħal Cinderella, Snow White and the Seven Dwarfs, Sleeping Beauty, Rapunzel, eċċ, niltaqgħu dejjem ma' dak il-prinċep attraenti li n-nisa jiġġennu warajh, aktarx riekeb iż-żiemel li jispiċċa dejjem biex jiżżewweġ lill-protagonisti tfajliet tal- istorja, magħruf bħala Prince Charming. Dan issa għandu film iddedikat apposta għalih, Charming. Minn meta beda jitfarfar, Prince Philippe Charming (vuċi ta' Valderrama) kien mogħni b'affixxinu speċjali li ġġennen lin-nisa li bħall-kalamita jinġibdu warajh. Dan il-misħut seħer ġo wieħed li twieled minn familja rjali għenu sewwa biex jieħu l-fama fil-ħajja. Wara li ċaħħad tliet għarajjes nobbli miż-żwieġ u anki mijiet ta' maħbubin oħrajn mir-rabta matrimonjali, Charming jitlaq fuq vjaġġ biex ineħħi dan is-seħer minn ġo fih. Hu jrid isib dik it-tfajla li tassew tħobbu u ma taqax għas-seħer tiegħu. Din kienet it-tradizzjoni li minnha għadda qabel missieru u missier missieru, vjaġġ biex verament jiskopri lilu nnifsu. Bl-għajnuna ta' stranġiera ruffjana msejha Lenny (Lovato), bħala l-gwida tiegħu, Charming jitlaq biex jittriomfa f 'din il-missjoni msejħa The Gauntlet, isib il-veru mħabba tiegħu u jgħaddi l-kumplament ta' ħajtu fil-paċi. Mingħajr ma jaf, din Lenny isimha propju hu Lenore Quinonez, imwielda fuq il-baħar, hija ħalliela rinomata u l-unika waħda li s-seħer li għandu fuqu ma jagħmilx biha. Bil-ħsieb inizzjali li tisirqu u b'wegħdi fierħa oħrajn, tibda tinnota fih affarijiet oħrajn li jmorru 'l bogħod mit-titlu ta' prinċep. Charming, film animat Kanadiż/Amerikan hu kummiedja mħarrka u kkulurita dwar imħabba sinċiera, li jkollok fidi soda u li tgħix ferħan għal dejjem (teżisti biss fil- ħrejjef!) mhix ħaġa impossibbli. Il-bewsa li tirxoxta, tant popolari fil-ħrejjef, tinsab ukoll hawn iżda b'mod oppost. Vuċijiet Ewlenin: Demi Lovato; Wilmer Valder- rama; Sia; Ashley Tis- dale; G.E.M. Direttur: Ross Venokur. Maħruġ minn KRS Re- leasing. Tul: 85 min. Ċert: U Atturi Ewlenin: Gerald Butler; Morgan Freeman; Jada Pinkett Smith; Lance Riddick; Tim Blake Nel- son; Piper Perabo; Danny Huston; Nick Nolte. Direttur: Ric Roman Waugh. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 121 min. Ċert. 15