Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

MALGAZZETTA ILLUM, il-Ministru għall-Ugwaljanza u Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis, ħabbar illi fiż-żmien li ġej se jkun qed iħabbar b'mod uffiċjali, l-intenzjoni tal- Gvern illi jintroduċi dik li tissejjaħ 'Pay Transparency.' Din tfisser li jkun hemm trasparenza f 'kemm jitħallsu l-ħaddiema, bil- Gvern jew id-Dipartiment tar-Relazzjoni industrijali u l-Impjieg ikollhom aċċess għall-informazzjoni ta' kemm ħaddiema f 'post tax- xogħol jaqilgħu paga skont il-kariga. Dan ifisser illi tinħadem sistema, viċin għal dak li jiġri fost ħaddiema taċ-ċivil li jitħallsu dejjem skont l-iskala u mhux skont kemm jiddeċiedi impjegatur. Pereżempju, jekk mara tapplika għall-kariga ta' Junior Manager f 'kumpanija tas-servizzi finanzjarji fejn l-irġiel jitħallsu €2,500 fix- xahar din jeħtieġ titħallas l-istess, daqs il-Junior Managers irġiel. Zammit Lewis sostna li huwa inkwetanti illi f 'diversi pajjiżi oħrajn tal-UE, id- differenza bejn kemm taqla' mara u kemm jaqla' raġel qed tonqos filwaqt li dik f 'Malta qed tiżdied. "Li qed ngħidu hawn huwa li l-istruttura tal-kumpanija bil-ħlas għal kull parti minn dik l-istruttura tkun pubblika. Meta qed ngħidu pubblika ma jfissirx xi ħadd kurjuż jaqbad u jmur jiċċekkja, ifisser li jkunu f 'reġistru f 'dipartiment fejn l-informazzjoni tkun disponibbli." Ammetta li se jkun hemm reżistenza għal din ir- riforma għax se tneħħi l-flessibilità li impjegatur iħallas lill-ħaddiem skont kif irid hu b'mod differenti għall-istess xogħol u għax il-Gvern se jitfa' obbligu addizzjonali fuq l-impjegaturi. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi għaqdiet li jirrappreżentaw impjegaturi u forsi mingħajr wisq sorpriża ħadd minnhom ma wera xi eċitament kbir għal din il- miżura. 'Diġà hemm leġiżlazzjoni… m'hemmx bżonnha' Fil-fatt ma' din il-gazzetta l-President tal-Malta Employers' Association (MEA) Joseph Farrugia sostna illi sakemm kumpanija tkun qed topera b'mod legali u tħaddem lin-nies skont il-liġi ma jara ebda raġuni għalfejn għandha tikxef l-istruttura tal-pagi tagħha. Din il-gazzetta tistaqsi lil Farrugia jekk jaħsibx li fil- fatt din is-sistema tgħin biex titnaqqas id-differenza fil- pagi bejn l-irġiel u n-nisa. Hu jisħaq imma illi diġà hemm leġiżlazzjoni li tkopri illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 Pagi pubbliċi biex il-paga għall-istess F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il- Ministru Edward Zammit Lewis jindika illi se jkun qed jimbutta r-riforma msejħa 'Pay Transparency' li permezz tagħha kumpanija privata hija obbligata tippubblika l-pagi li tħallas. Naturalment, l-impjegaturi ma tantx huma eċitati ... MALGAZZETTA ILLUM, il-Ministru għall-Ugwaljanza u Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis, ħabbar illi fiż-żmien li ġej se jkun qed iħabbar b'mod uffiċjali, l-intenzjoni tal- Gvern illi jintroduċi dik li tissejjaħ 'Pay Transparency.' Din tfisser li jkun hemm trasparenza f 'kemm jitħallsu l-ħaddiema, bil- Gvern jew id-Dipartiment tar-Relazzjoni industrijali u l-Impjieg ikollhom aċċess għall-informazzjoni ta' kemm ħaddiema f 'post tax- xogħol jaqilgħu paga skont Pagi pubbliċi biex il-paga għall-istess F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il- Ministru Edward Zammit Lewis jindika illi se jkun qed jimbutta r-riforma msejħa 'Pay Transparency' li permezz tagħha kumpanija privata hija obbligata tippubblika l-pagi li tħallas. Naturalment, l-impjegaturi ma tantx huma eċitati ... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham il-'Pay Transparency' hija mod kif diversi pajjiżi l-UE qed jippruvaw jagħlqu d-differenza bejn il-pagi tan-nisa u dawk tal-irġiel Il-Ministru Edward Zammit Lewis, se jkun qed jimbotta l-Pay Transparency Joseph Farrugia, MEA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019