Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

L i niddikjaraw li l-qagħda tal-klima tnissel sens ta' emerġenza hu pass pożittiv. Li nagħrfu dan ifisser li qed titnissel kuxjenza illi ma baqax wisq żmien biex nieħdu l-passi li hemm bżonn. Ir-Renju Unit, ir-Repubblika tal-Irlanda, Franza, il- Kanada, l-Awstrija u l-Arġentina flimkien ma' bosta bliet u awtoritajiet lokali madwar id-dinja, iddikjaraw li għandna Emerġenza Klimatika. Dawn jinkludu lil New York u San Francisco fl-Istati Uniti, Sydney u Melbourne fl- Awstralja, Pariġi u Mulhouse fi Franza, Seville, Zaragoza, ir-reġjun tal-Katalunja u l-Gżejjer Canary fi Spanja, Milan, Napli u Lucca fl-Italja, Basel-Stadt fl-Iżvizzera, Bonn, Cologne u Düsseldorf fil-Ġermanja, Auckland u Wellington fi New Zealand, Amsterdam fl-Olanda, Varsavja u Krakow fil-Polonja, u Bacolod fil-Filippini. Id-dikjarazzjoni dwar l-emerġenza klimatika, li kienet waħda mit-talbiet tal- grupp ta' attivisti ambjentali Extinction Rebellion, kienet bla dubju pass importanti, imma hu ferm iktar importanti dak li jrid isegwi din id-dikjarazzjoni. Jekk il-kliem tad- dikjarazzjoni ma jkunux tradotti f 'azzjoni, id- dikjarazzjoni l-anqas biss tiswa l-karta li hi stampata fuqha! Il-punt bażiku li jista' joħroġ mid-dikjarazzjoni tal-emerġenza klimatika hu l-għarfien li l-azzjoni dwar it- tibdil fil-klima għandha tkun prijorità politika. Kull Gvern għandu jagħti kas ta' dan fil- ħidma kollha tiegħu. L-aħħar rapport tal-IPCC (Intergovernmental Panel on Climate Change) ippubblikat fl-2018 jagħmel enfasi li minkejja l-wegħdiet mill- komunità internazzjonali fis-Summit ta' Pariġi dwar it- tibdil fil-klima, it-temperatura globali tidher li ser taqbeż bid-doppju l-massimu li nagħtajna parir li m'għandux jinqabeż: mexjin lejn żieda ta' 3 gradi Celsius iktar mit- temperatura pre-industrijali. Din iż-żieda astronomika antiċipata hi l-kawża tal-emerġenza. L-impatt kumulattiv tal-azzjoni dwar il- klima madwar id-dinja s'issa jindika li l-miri minimi mhux ser jintlaħqu. Bħala riżultat tat-tibdil fil-klima partijiet mid- dinja, gradwalment, mhux ser jibqgħu abitabbli: żieda fit-temperatura, intensifikazzjoni tal- maltempati, nixfa banda u għargħar band'oħra. Dan kollu ser iħarbat il-ħajja kif nafuha sal-lum. Iktar kmieni din il-ġimgħa, l-European Environment Agency (EEA) ippubblikat rapport qasir intitolat "Climate Change Threatens the Future of Farming in Europe" fejn kien enfasizzat li t-temperatura fin-Nofsinhar tal-Ewropa ser togħla tant li sal-2050, mir-raba' jista' jkun li l-prodotti li nieħdu jonqsu bin-nofs. Fl-istess ħin iż-żieda fit-temperatura fit-Tramuntana tal-Ewropa ser tagħmel dik iż-żona iktar addattata għall-agrikultura. B'mod partikulari, enfasizza Euractive, il-vitikultura fir- reġjuni madwar il-Mediterran li huma storikament marbutin mal-inbid inaqqsu, tonqos sostanzjalment bħala riżultat tas-sħana eċċessiva li qed tiżviluppa. Din hi l-emerġenza reali. Minkejja kollox baqa' ftit taż-żmien biex dan inkunu nistgħu nindirizzawh. Jeħtieġilna imma illi nieħdu iktar azzjoni bis-serjetà biex nindirizzaw il-kawżi tat-tibdil fil-klima. Qed ngħixu stil ta' ħajja insostenibbli li jagħti l-impressjoni li għada mhux ser jasal. M'għandniex bżonn wisq iżjed rapporti. Nafu x'qed jikkawża t-tibdil fil-klima imma ma hemmx biżżejjed rieda politika għall-azzjoni. Li nipposponu l-problema f 'ħoġor il-futur mhi ser issolvi xejn għax anke għada jista' jkun tard wisq. Huwa għal dan l-iskop li jeħtieġ li nirrikonoxxu l-fatt li qegħdin fi kriżi klimatika: hemm ħtieġa li niffukaw l-azzjoni tagħna u nikkommettu ruħna li l-azzjoni dwar it-tibdil fil- klima hi prijorità. Li neliminaw iż-żieda fil- produzzjoni tal-karbonju (carbon neutrality) fl-iqsar żmien possibbli għandha tkun il-mira ta' kull Gvern. Dan jintlaħaq billi tittieħed azzjoni f 'kull qasam, b'mod partikolari fejn jistgħu jinkisbu riżultati b'mod immedjat. Huwa għal dan l-iskop li Alternattiva Demokratika issa ilna żmien niffukaw fuq il-qasam tat-Trasport bħala s-settur ovvju li jista' jagħti kontribut sostanzjali għall- isforz ta' Malta biex ikun indirizzat it-tibdil fil-klima. Minħabba d-distanzi żgħar bejn l-ibliet u l-irħula tagħna, hu iktar faċli minn f 'pajjiżi oħra li jkollna mobilità sostenibbli mingħajr l-użu ta' karozzi privati li jħammġu bl- użu tal-petrol u d-diżil. Ilkoll nirrabjaw li qed jintużaw wisq il-karozzi u li l-użu ta' mezzi alternattivi ta' trasport mhux inkoraġġiti biżżejjed. Il-Pjan Nazzjonali tat- Trasport jenfasizza dan kollu meta jiġbdilna l-attenzjoni tagħna li iktar minn nofs il- vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati jdumu inqas minn kwarta u huma għal distanzi li ma jaqbżux il-ħames kilometri. Flok ir-retorika dwar il-klima għandna bżonn azzjoni konkreta. B'hekk biss nindirizzaw l-emerġenza. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 Opinjoni 20 L-emerġenza klimatika Bħala riżultat tat-tibdil fil-klima partijiet mid-dinja, gradwalment, mhux ser jibqgħu abitabbli • Ritratt: Grist.org CARMEL CACOPARDO Qed ngħixu stil ta' ħajja insostenibbli li jagħti l-impressjoni li għada mhux ser jasal

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019