Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 8 ta' Settembru 2019 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is- Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali jixtieq jinforma lill-applikanti prospettivi li mit-2 t' Ottubru 2019, il-lista t'applikanti eliġibbli kif stipulat f'artikolu 2.3 fil-linji gwida tas-sotto miżura 4.4 (Investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi) ser tkun aġġornata ghall-lottijiet sussegwenti. Mit-2 t'Ottubru 2019, Entitajiet Pubbliċi ser jibqgħu eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sotto miżura, sakemm ma jiġix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Applikanti prospettivi li mhux se jkunu eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sotto miżura wara t-2 t'Ottubru huma għalhekk imħeġġa jressqu l-applikazzjoni tagħhom fil-Lott 10 sal-1 t''Ottubru 2019. Aktar informazzjoni tinsab fuq www.eufunds.gov.mt 8 ta' Settembru 2019 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is- Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali jixtieq jinforma lill-applikanti prospettivi li mit-2 t' Ottubru 2019, il-lista t'applikanti eliġibbli kif stipulat f'artikolu 2.3 fil-linji gwida tas-sotto miżura 4.4 (Investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi) ser tkun aġġornata ghall-lottijiet sussegwenti. Mit-2 t'Ottubru 2019, Entitajiet Pubbliċi ser jibqgħu eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sotto miżura, sakemm ma jiġix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Applikanti prospettivi li mhux se jkunu eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sotto miżura wara t-2 t'Ottubru huma għalhekk imħeġġa jressqu l-applikazzjoni tagħhom fil-Lott 10 sal-1 t''Ottubru 2019. Aktar informazzjoni tinsab fuq www.eufunds.gov.mt kompetizzjoni. Ovvjament, ikun tifel, biex kemm jista' jkun ma jżidux il-piż. 'Mgħallem wieħed jaħdem id- dgħajjes kollha' Iżda l-qaddiefa huma biss parti mit-tim. Kif dħalna fil-maħżen sibna persuna li kienet qed taħdem fuq frejgatina ġdida. "Sfortunatament l-imgħallmin tad- dgħajjes qed jonqsu. Aħna ffortunati li għandna mgħallem wieħed, membru fil-Kumitat stess, li jaħdem fuq id- dgħajjes kollha," spjegalna l-President, għax ta' min wieħed ifakkar ukoll li fir- Regatta jintużaw dgħajjes differenti. U x'inhuma dawn id-dgħajjes differenti? Id-dgħajjes ta' qisien differenti huma: il-kajjikk, il-frejgatina, tal-midalji u dik tradizzjonali Maltija, jiġifieri tal-pass. Ir-Regatta u ż-żgħażagħ. Hemm futur? Ħarisna lejn il-futur tar-Regatta. Interess miż-żgħażagħ hemm? "Inkun giddieb jekk ngħid li l-interess fir- Regatta mhux qed jonqos," saħaq Buttigieg, iżda insista li biex ir-Regatta tqum mill-ġdid iridu jkunu l-klabbs infushom. "Jiena jiddispjaċini li kull sena, qed immorru għall-under 18 u jieħdu sehem żewġ klabbs jew tlieta," insista Buttigieg. "Jgħidulek ma għandhomx tfal. Jiena nemmen li jekk taħdem u tagħmel il-pjanijiet tiegħek, se ssib żgħażagħ." Fil-fatt, mistoqsi xi proġetti għandhom bħala klabb, Buttigieg saħaq li l-proġett tagħhom huwa li jattiraw iż-żgħażagħ. "Din is-sena ma ħriġnix rebbiħin, iżda ma jfissirx li għax ma tirbaħx ma tkunx qed taħdem. Aħna l-importanti li nieħdu sehem mill-bidu sal-aħħar. Dan għall- futur tal-klabb," insista Buttigieg. Jappellaw għal aktar attivitajiet waqt ir-Regatta biex jinżlu aktar nies Tkellimna wkoll dwar il-fatt li r-Regatta mhijiex biss sport iżda dawn il-voluntiera qed iżommu ħajja tradizzjoni kulturali nazzjonali. Iħossu li huma apprezzati biżżejjed? "Min-nies tal-Kottonera u tal-madwar aħna apprezzati. Iżda għalkemm hija antika, mhijiex xi ħaġa bħall-futbol li tissemma kullimkien. Meta tasal ir-Regatta, l-interess qiegħed fil- Kottonera u fil-madwar biss," saħaq il-President. Xhieda ta' dan huma t-timijiet li jieħdu sehem. "Hija ħasra li wara mijiet ta' snin ftit li xejn ħarġet mill- inħawi tal-port," kompla Buttigieg. Fil-fatt, il-lokalitajiet li jieħdu sehem fir-Regatta huma Marsamxett (Belt Valletta), il-Bormla, Birgu, l-Isla, il- Kalkara, il-Marsa u Birżebbuġa. L-istess dwar l-ispettaturi tar- Regatta. Buttigieg saħaq li n-nies jonqsu qegħdin mhux jiżdiedu, għall- kuntrarju ta' meta saret il-Pageant of the Seas li ġibdet lejn il-Port il-Kbir eluf ta' nies. "Ġew eluf ta' nies minn kullimkien, min għax dilettant tan-nar u min għax dilettant ta' xi ħaġa oħra. Jekk ir-Regatta nżiduha b'dawn it-tip ta' affarijiet, lil xi ħadd se nolqtu," temm jappella l-President. punt fir-Regatta? L-ILLUM iżżur id-dilettanti Ritratti: James Bianchi Kif taħdem ir-Regatta? X'punti jġorru d-dgħajjes? Sakemm m'intix intiż, jekk se ssegwi r-Regatta x'aktarx li mhux se tifhem kif se taħdem. Fi kliem sempliċi, kull tiġrija u kull dgħajsa ġġorr magħha punti differenti. Ir-Regatta tiftaħ b'tal-midalji li ġġorr magħha 20 punt, tkompli bil-frejgatina li ġġorr 12-il punt, tal-pass (li f 'dan il-każ jaqdfu żewġ qaddiefa) li tfisser 20 punt, il-kajjikki li jġorru 12-il punt u fl-aħħar mill-ġdid tal-pass, din id-darba b'erba' qaddiefa, li ġġorr magħha 24 punt. Ovvjament min jiġbor l-akbar ammont ta' punti jirbaħ il- famuża 'Shield' li l-klabb rebbieħ iżommha għal sena. Fir-Regatta hemm żewġ kategoriji, jiġifieri l-Kategorija Open u l-Kategorija B. Bħalma sar is-sena li għaddiet, anke din is-sena se tkun qed issir tiġrija oħra bil-frejgatina fejn il- qaddiefa jkunu nisa. Voluntiera u dilettanti waqt it-taħriġ msebbħin b'siġar u pjanti li l-aġenzija qed tagħmel fl-inħawi bħala parti mill- proġett. Is-seba' flyovers tal-Marsa Junction Project, li se jeliminaw it-traffic lights ta' ħdejn l-Addolorata, u aktar minn 12-il kilometru ta' korsiji ġodda, li se jgħaddu b'mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, se joħolqu konnessjonijiet diretti kemm lejn it-Tramuntana kif ukoll lejn in-Nofsinhar bejn Triq Aldo Moro, Vjal Sir Paul Boffa, Vjal Santa Luċija, Triq Giuseppe Garibaldi u Triq il-Marsa (lejn Ħal Qormi). B'hekk se jiġi eliminat il-ħin ta' stennija li kien ikun hemm tul din ir-rotta prinċipali lejn in-naħa t'isfel ta' Malta minħabba t-traffic lights, u jonqsu l-emissjonijiet ikkaġunati mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil- madwar. Bil-proġett se jiġu introdotti wkoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi ta' trasport, fosthom bankini u korsiji għar-roti, pontijiet għall- mixi, waqfiet u korsiji għall-karozzi tal-linja, żona ta' park and ride u żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019