Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
11 Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet 11 Aħbarijiet Ibliet tal-Kottonera ta' San Pawl, ir-Rabat, fil-preżenza tal- istatwa titulari li ttieħdet hemm għall- okkażjoni. Is-Sengleani u l-Bormliżi, iċċelebraw il-festi titulari tagħhom fil-Kolleġġjata ta' Birkirkara, fejn kien hemm l-istatwi titulari. Matul is-sena 1943, is-sitwazzjoni kienet bdiet titjieb, il-bumbardamenti naqsu sew u bil-mod il-mod, il-ħajja bdiet taqbad linja għall-aħjar. F'Awwissu 1943, il-Vittorjosani ċċelebraw il-festa fil-Kolleġġjata ta' San Lawrenz, minkejja li kellha ħafna ħsarat, u f 'Diċembru tal-istess sena, il-Bormliżi ċċelebraw il- festa fil-Kolleġġjata ta' Sant'Elena. Mhux l-istess iżda jista' jingħad għal dak li seħħ għas-Sengleani f 'Settembru 1943. 8 ta' Settembru 1943 Wara diskussjonijiet fil-Kapitlu, ġie deċiż li l-festa ta' dik is-sena ssir fl-Isla anke bil-preżenza tal-istatwa tal-Bambina. Dak li ġara f 'dak il-jum memorabbli tat-8 ta' Settembru 1943 huwa storja magħrufa. L-aħbar li l-Italja Faxxista ċediet u l-gwerra tbiegħdet minn xtutna, waslet sewwa sew waqt li l-purċissjoni bil-Bambina kienet għaddejja mix-xatt. L-aħbar li l-Arċipriet Brincat ħabbar fi tmiem il-purċissjoni, minn fuq il-pulptu tal-knisja tal-Porto Salvo tal-Isla (li fortunatament ħelsitha mill-qirda tal-gwerra u aktar tard bdiet taqdi l-funzjoni ta' parroċċa) ma setgħetx tkun isbaħ, aktar ta' ferħ u ta' serħan il-moħħ. Fl-Ewropa, il-gwerra ġebbdet għal aktar minn sena u nofs oħra, imma minn wara t-8 ta' Settembru 1943, il- ħajja f 'Malta ħadet żvolta ġdida, u għad illi l-feriti koroh tal-gwerra ħadu snin biex għalqu, almenu l-poplu kollu beda jgħix ħajja aktar trankwilla. 1944: l-istatwi jinġiebu lura f 'darhom Is-sena 1944 rat il-bidu tal-ħidma mill- ġdid wara l-gwerra, biex il-ħajja tibda ġejja għan-normal. Il-Ħamis, 6 ta' Lulju, fil-Kolleġġjata ta' Birkirkara, fis-6.30 a.m. saret quddiesa bħala tislima lil Ġesù Redentur mill- Kanonku Prepostu Dun Manwel Vella. Wara, l-istatwa ta' Ġesù Redentur ġiet trasportata privatament għall-Knisja Parrokkjali ta' Kristu Re, Raħal Ġdid, fejn baqgħet esposta sal-Ħadd, 9 ta' Lulju. Dakinhar tal-Ħadd, 9 ta' Lulju, fit- 8.30am, fil-parroċċa ta' Raħal Ġdid, saret quddiesa solenni mill-Kanonku Dun Manuel Brincat, Arċipriet tal-Isla. Il-mużika kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Frankie Diacono, Maestro di Cappella tal-Bażilika. Wara l-qari tal- Evanġelju, sar paneġierku mill-Kanonku Dun Ġorġ Sciriha. Fl-4.30 p.m., saret eżortazzjoni għall-pellegrinaġġ minn Dun Frangisk Xuereb, Kappillan ta' Raħal Ġdid, u wara beda miexi l-korteo li għadda minn Triq Bormla għal Triq Għajn Dwieli u Triq San Pawl f 'Bormla. Il-Kapitlu Senglean, flimkien mal-Fratellanza tal-Kurċifiss, laqa' l-pellegrinaġġ ħdejn il-Pitkali (dik il- wesgħa li hemm hekk kif wieħed joħroġ mill-Isla sejjer lejn Bormla), allura fejn tibda l-parroċċa tal-Isla. Is-Sengleani ħassew ferħ kbir tassew meta raw lir-Redentur dieħel minn taħt il-mina u għaddej minn quddiem ir-rovini tal-Bażilika, tul Triq il-Vitorja sal-Knisja tal-Porto Salvo. L-istatwa ddaħħlet fil-knisja fost il-kant tat-Te Deum. Tkantat l-Antifona u l-Arċipriet għamel prietka qasira, appell imħeġġeġ għall- paċi fid-dinja. Wara ngħatat il-Barka Sagramentali. Il-Ġirbin ukoll ħassew in-nuqqas tal-istatwa titulari. Il-kapitlu u nies tal- Birgu xtaqu li, issa li kienu saru tiswijiet temporanji fil-knisja biex tkun tista' tintuża mill-ġdid, din tinġieb lura fil- Kolleġġjata mill-aktar fis. Għaldaqstant, saret talba lill-kapitlu ta' Bormla biex l-istatwa ta' San Lawrenz tittieħed fil- Kolleġġjata Bormliża u minn hemm titlaq f 'pellegrinaġġ lejn il-Birgu. Din it-talba ġiet aċċettata bil-qalb. Il-ġurnata kienet il-Ħadd, 30 ta' Lulju, fil-5pm. Sar appell biex in-nies jattendu u n-nies ġew bil-folol minn kull rokna tal-gżira. Il-pellegrinaġġ mexa lejn Triq Santa Tereża u minn hemm kompla l-mixja tiegħu lejn il-Birgu. L-istatwa ddaħħlet mill-Mina tal-Armirall u minn hemm għaddiet għat-telgħa tal-Imġarraf biex ġiet fi Triq il-Mina l-Kbira. Twasslet il-pjazza u l-pellegrinaġġ bl-istatwa baqa' sejjer lejn il-knisja. L-applawsi kienu bla heda, u leħen il-qniepen ġej mill-kampnari tal-knejjes ta' Bormla, tal-Isla, tal-Lunzjata u tal- Birgu kompla kattar l-hena. L-Arċipriet Dun Pawl Galea, fid-diskors li għamel, xebbah id-daħla ġol-Birgu ta' dan il-qaddis levita mad-daħla ta' Kristu f 'Ġerusalemm. Fil-festa tal-Vitorja ta' dik is-sena, inġiebet fl-Isla wkoll minn Birkirkara, ix-xbieha ta' Marija Bambina fejn kienet reġgħet ittieħdet, wara l-purċissjoni storika tas-sena ta' qabel. Wara l-festa solenni ta' dik is-sena, il-Bambina tpoġġiet f 'niċċa ppreparata għaliha, fuq l-ewwel artal fuq ix-xellug tal-maġġur, fl-istess knisja tal-Porto Salvo. Fil-bidu tal-gwerra, il-Kapitlu ta' Bormla, kien għamel wegħda li jekk is-Santwarju tal-Immakulata jibqa' sħiħ, l-istatwa tal-Kunċizzjoni tinġieb lura f 'pellegrinaġġ ta' radd il-ħajr minn Birkirkara sa Bormla. Fl-1944, il-Kapitlu deherlu li issa kien iż-żmien opportun biex il-wegħda titwettaq, il-pellegrinaġġ isir u l-festa ta' Diċembru ta' dik is-sena tiġi ċċelebrata f 'Bormla. Id-data magħżula għall- pellegrinaġġ kienet id-19 ta' Novembru. Dakinhar, f 'nofsinhar saret quddiesa u fis-1.00pm dehret fil-bieb maġġur tal-Kolleġġjata Elenjana l-istatwa tal- Kunċizzjoni. Warajha ħareġ il-kwadru inkurunat. Minn kull fejn għadda l-pellegrinaġġ - Birkirkara, Fleur de Lys, Santa Venera, il-Ħamrun, il-Marsa, Raħal Ġdid, Għajn Dwieli - kien hemm baħar wieħed ta' nies. Il-baned ma naqsux li jsemmgħu leħinhom f 'dan il-jum ta' festa. Għall-ħabta tat-8.00pm, il-pellegrinaġġ wasal Bormla u fi Pjazza Paolino Vassallo, il-kwadru qabeż il-vara biex l-ewwel jidħol hu u warajh l-istatwa fost id-daqq tal-Antifona Hodie Egressa Est ta' Mro. Carlo Diacono. Wara tkanta Te Deum li għalih kien hemm preżenti l-Kapitlu ta' Birkirkara li wkoll mexa fil- pellegrinaġġ. B'dawn il-ġrajjiet ta' qlubija u ta' fidi, nistgħu ngħidu li nkitbu, b'ittri tad-deheb insoffi fil-forġa tan-nar tal-gwerra, paġni mill-isbaħ fl-istorja tal- Ibliet Vittoriosa, Invicta u Cospicua, biex b'hekk, f 'din is-sena 2019 qed infakkru dak li seħħ fl-1944, 75 sena ilu, u li għadu minqux fi qlub ulied l-Ibliet tal- Kottonera li, għalkemm għaddew minn trapass ta' tbatija, ma qatgħux qalbhom. L-istatwa ta' San Lawrenz qrib il-Mina tal-Armirall fid- daħla tal-Birgu Il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta' San Lawrenz għaddej minn ħdejn il-knisja ta' Santa Tereża f 'Bormla, fi triqtu lejn il-Birgu. Il-pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Kunċizzjoni, segwita mill-kwadru titulari nkurunat, għaddej minn Triq Fleur de Lys, Birkirkara L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni hekk kif inħarġet mill-bieb ewlieni tal-Kolleġġjata ta' Sant'Elena f 'Birkirkara