Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet ... tkompli minn paġna 1 Fid-diskors tiegħu, l-attivist Wayne Flask sostna illi "l-istat għandu jħares u jippreserva l-ambjent u jindirizza l-problemi tat-tniggis. M'iniex qed nikkwota minn stejjer fittizji iżda mill-kostituzzjoni ta' Malta." "Id-dmir tagħhom," kompla jgħid Flask, "mhumiex jagħmluh għaliex qed jieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal-flus, mhux tal-poplu." Kompla jinsisti li ħadd mill- Partit Nazzjonalista jew Partit Laburista mhu se jxellef difrejh man-nies li jwasslu għal din il-qerda, "ħadd minnhom mhu se jirrevedi l-policies li qed ikomplu jħassru l-ambjent." Mijiet jidħlu l-Belt jipprotestaw kontra l-istat tal- ambjent f 'pajjiżna u l-iżvilupp ta' kostruzzjoni li għaddej prattikament kullimkien. Flask ilmenta wkoll dwar it- twessigħ tat-toroq u d-diversi proġetti infrastrutturali li kaġun tagħhom qed tintuża art agrikola. "Filwaqt li madwarna qed jaqgħu d-djar, lil Sandro tawh is-setgħa li jirregolarizza lilu nnifsu. Ħadd ma jrid jiqaflu lil Sandro." Flask, għall-approvazzjoni ta' dawk preżenti, sostna illi d-dnubiet ta' wieħed ma jaħfrux tal-ieħor. "It- tnejn li intom ħatja. Dawk li mingħalihom se jużaw din il-protesta bħala trampolin politiku se jsibu ħajt iebes," temm jisħaq Wayne Flask. 'Siġra waħda, f 'Malta għandha valur prezzjuż... ' - Mark Sultana Mark Sultana, f 'isem il- Bird Life qal li bħala għaqda kellhom obbligu li jsemmgħu leħinhom il-Belt. Spjega kif Malta huwa wieħed mill-aktar postijiet mibnijin fl-Ewropa u għalhekk siġra waħda għandha valur aktar prezzjuż f 'pajjiżna. "Dan huwa l-kuntest tagħna, kif nistgħu l-aktar ħaġa importanti f 'pajjiżna, l-Awtorità tal-Ippjanar, tiffunzjona ħażin?" staqsa Sultana. Temm jgħid li l-partiti politiċi huma bla sinsla u mhumiex kapaċi jieħdu deċiżjoni fl-aqwa interess tal-poplu. 'L-Awtorità tal-Ippjanar suppost tipproteġi l-patrimonju...' - Ingram Bondin Ingram Bondin mir- Ramblers Association, qal illi f 'dan il-pajjiż l-iżviluppatur jagħmel li jrid. Hu qal illi suppost l-Awtorità tal- Ippjanar f 'pajjiż iċċivilizzat, qiegħda hemm biex tipproteġi l-patrimonju tagħna. Sonya Tanti, f 'isem grupp ta' residenti li qegħdin jopponu l-iżvilupp tal-grupp db f 'Pembroke, qalet li dan il- proġett massiċċ huwa theddida għal-lokalità, apparti li qed jeqred il-kwalitajiet uniċi ta' Pembroke. 'Qed ngħixu fl-2019 iżda qisna pajjiż tat-tielet dinja...' - Anthea Brincat Anthea Brincat, waħda mill-persuni affettwati mit- tiġrif ta' bini f 'Gwardamangia rrakkontat l-episodju xokkanti ta' meta waqgħet il-binja tagħhom. Fakkret li milquta wkoll f 'din il-binja kien hemm pensjonanti, single parents u tfal. "Il-perit, l-iżviluppatur u l-kuntrattur għandhom aktar poter minn sid id-dar u tħallew jagħmlu x-xogħol. Jagħmlu xogħlijiet u lanqas tkun infurmata, tlabna l-informazzjoni u ma tawna xejn. Saħansitra spiċċajna misruqa," qalet Brincat għall- għajjat ta' 'shame', 'shame'. Tkellmet ukoll dwar kif xogħol ta' skavar jinsab għaddej, minkejja li suppost qed ikun hemm site technical officer. "Fuq is-sit tal-BRO hemm tlieta rreġistrati u qed jippruvaw ilaħħqu ma' dan ix-xogħol kollu. Din hija kriżi nazzjonali u l-awtoritajiet iridu jqisuha bħala problema nazzjonali." Brincat imbagħad sostniet li "qed ngħixu fis-sena 2019 iżda qisna pajjiż tat-tielet dinja." Fl-aħħar nett, hi appellat sabiex dawk li għandhom l-poter jieħdu d-deċiżjonijiet minn aspett uman għaliex dawn l-istess deċiżjonijiet għandhom toqol kbir. 'Tajjeb li niżirgħu s-siġar f 'Ta' Qali ... aħna rriduhom f 'żoni urbani' - Steve Zammit Lupi Min-naħa tiegħu Steve Zammit Lupi, Kunsillier indipendenti fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, saħaq li l-partiġjaniżmu politiku sar tossiku u li għalhekk ħareġ bħala kandidat indipendenti. "Tajjeb li niżirgħu siġar f 'Ta' Qali u Kemmuna iżda aħna rriduhom fiż-żoni urbani," qal waqt li saħaq illi l-Kunsill Lokali m'għandhomx ikunu estensjoni tal-partiti politiċi iżda tarka għar-residenti. Gruppi li rreġistraw il- parteċipazzjoni tagħhom, ivarjaw minn NGOs ambjentali u residenti minn lokalitajiet bħaż-Żejtun, Pembroke, Wied il-Għajn, Ħ'Attard, il-Pietà u Ħaż-Żebbuġ, sa għaqdiet kulturali, tad-drittijiet umani u tal-istudenti. Dawn jinkludu l-Moviment Grafitti, li fil-fatt organizzat il-protesta, Din l-Art Ħelwa, MGRM, Flimkien għal Ambjent Aħjar u bosta oħrajn. Għal din l-attività l-organizzaturi għamluha ċara sabiex politikanti taż-żewġ naħat ma jattendux f 'din id- dimostrazzjoni. 'Qed jieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal- flus, mhux tal-poplu' - Wayne Flask

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019