Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 S'issa jien għadni le, però huwa fil- pjan tiegħi li nikkuntattjahom biex nara teżistix xi forma ta' għajnuna għal min hu atleta professjonali bħali. F'dawn is- sentejn li ilni nikkompeti għamilt li stajt mill-paga tiegħi ta' għalliema. Mhuwiex faċli u lanqas irħis biex issostni sport bħal dan. Fil-każ tiegħi, l-ikbar spiża huma l-ikel u t-tħejjija fiżika. Imbagħad hemm spejjeż oħra bħall-kostum, ix-xagħar u l-affarijiet kollha meħtieġa biex inti tidher l-aħjar possibbli meta titla' tirrappreżenta lil pajjiżek. Riċentament sibt appoġġ kbir mill- Ajruport Internazzjonnali ta' Malta. Permezz ta' din l-għajnuna jien nista' nibqa' nieħu sehem f 'kompetizzjonijet internazzjonali ta' prestiġju kbir u ta' dan jien grata immens. X'tikkummenta fuq l-WFF imexxija mill-President tant ħabrieki Vince Balzan Vince huwa bniedem ħabrieki illi jagħti qalbu għall-isport. Iqiegħed l-atleti qabel kollox u dejjem sibtu meta kelli bżonnu għal xi parir u għajnuna. Ta' min isemmi lill-mara tiegħu Yvonne li ma titlifx kompetizzjoni waħda! Hi tkun quddiem il-palk tinkoraġġixxi lill- atleti kollha Maltin li jirrappreżentaw lil Malta. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Hekk hu! Kif semmejt ftit qabel, kull kompetizjonni tiswa l-eluf ta' ewro bejn titjiriet, akkomodazzjoni kif ukoll il- kostumi u l-ikel. L-ispejjeż huma kbar. Li kieku dan l-aħħar ma kellix l-appoġġ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ma kontx se nkun f 'pożizzjoni illi nikkompeti f 'dawn il-kompetizjonijiet tant prestiġjużi. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Matul is-sena kollha nipprova noqgħod attenta x'niekol, u nipprova nżomm l-għażliet ta' ikel organiku. Però, minn 12-il ġimgħa qabel il-kompetizzjoni nibda dieta stretta, fejn naqta' l-melħ kompletament, u niekol regolari mas- sitt jew tmien darbiet kuljum. L-ikel jikkonsisti f 'varjetà ta' ħut, laħam u tiġieġ kif ukoll ħaxix u ross. Aktar ma toqrob il-kompetizzjoni aktar tonqos il-varjetà ta' ikel u l-aħħar erba' ġimgħat ikunu kemxejn kefrin. Ovvjament mhux faċli tagħmel dan filwaqt li trid tlaħħaq mat-tagħlim lit-tfal ċkejknin u mal-fitness classes u allura nammetti li ġieli kont inżerżaq xi pakkett ħelu! Aħna umani u kollha jkollna ġranet tajbin u oħrajn mhux daqstant tajbin. Minkejja dan jien dejjem nagħmel l-almu tiegħi biex inkun pożittiva. X'sagrifiċċji u impenn partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Is-sagrifiċċju hija d-dieta, illi ma tkunx tista' tmur tiekol ma' sħabek, jew tmur tieġ, jew jekk tmur ma tista' tieħu xejn, imbagħad xħin idoqq l-alarm biex tiekol tmur tinħeba fil-karozza biex tiekol malajr dak illi tkun ippreparajt. L-impenji min-naħa l-oħra huma t-taħriġ, fejn ikolli ħafna sessjonijiet fil-ġimgħa, uħud kmieni filgħodu u oħrajn tard bil-lejl. Minbarra dawn is-sigħat ta' taħriġ, kont nibqa' l-istudio tiegħi sabiex nipprattika 'stage training' u 'posing'. Kif tipprepara ruħek qabel kompetizzjonijiet tal-bodybuilding importanti? Fiżikament kif semmejt qabel bid- dieta kif ukoll bit-taħriġ regolari, mentalment nipprova nsib ftit ħin għalija għall-kwiet u nimmedita biex nikkalma u ma nħallix l-paniku jirbaħ. Il-bodybuilding kif jgħin lill- atleta li jkun qed jipprattikah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Jien inħoss li dawn il- kompetizzjonijiet għenuni nemmen illi ladarba għandek saħħtek, kollox huwa possibbli. Inħossni li f 'ċerti affarijiet sirt iddixxiplinata iżjed u psikoloġikament tatni tefgħa 'l quddiem għax issa sirt nemmen iktar minn qatt qabel illi l-espressjoni 'min jiżra' jaħsad' hija veru minnha. Nemmen illi ma tistax tiġik dejjem tajba fil-ħajja, imma trid tuża kull esperjenza bħala tagħlima u bidla għall-pożittiv sabiex inti ssir l-aħjar verżjoni tiegħek innifsek. Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Il-kompetizzjomijiet tagħkom kif jintrebħu? Hija ħaġa ta' skantament illi ħafna mill-kompetituri, jien inkluża, jistħu! Il-palk u l-kompetizjoni jagħtuna l-entużjażmu biex nitilgħu u nieħdu sehem. Waqt li tkun fuq il-palk ikun hemm mhux anqas minn disa' membri tal-ġurija illi jkunu fl-ewwel filliera taħt il-palk illi jagħtu l-punti għal min jaħsbu li jkunu l-aqwa nies fuq il-palk. Dawn il-punti mbagħad jinġabru mill- kap tal-ġurija li mbagħad jikkalkula min ikun ħareġ rebbieħ. Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Fuq xiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Fil-klassi tiegħi, il-ġurija jkunu qed iħarsu lejn tliet aspetti - l-ewwel hija l-proporzjoni u l-forma, illi l-ġisem ikun żviluppat proporzjonalment, it- tieni hija d-dehra tal-persuna, u l-aħħar hija l-preżenza fuq il-palk. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Minnu dan? Mhux eżatt - dik hija mentalità antika. Eżatt qabel il-kompetizzjoni ma niklux karboidrati sa ftit sigħat qabel il- kompetizzjoni. Huwa veru illi nnaqqsu l-ammont ta' ilma illi nixorbu lejn l-aħħar però llum il-ġurnata hemm regoli stretti fejn jekk xi ħadd iħossu ħażin minħabba nuqqas ta' ilma dan jiġi mkeċċi mill- Federazzjoni. Hemm bizzejjed konkorrenza minn peresuni żgħażagħ għal dan l-isport? Naħseb li hemm bżonn aktar, u huwa t-tir tiegħi illi ninkoraġġixxi aktar persuni jieħdu sehem f 'dan l-isport. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarrġu f 'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Gyms illum il-ġurnata hawn kemm trid. Li għandna bżonn però huwa aktar sapport finanzjarju biex inkabbru l-isport, biex ikollna speċjalistsi illi jiggwidawna u nkunu nistgħu nirrappreżentaw lil pajjiżna. L-aħħar li kkompetejt tlajt waħdi, mentri pajjiżi oħra kellhom kontinġenti kbar - ta' bejn 20 u 30 atleta. Meta jkollok dawk in-numri ħafna drabi jkollok kowċ, nutrizzjonista, psikologu, manager u nies oħra mal-grupp. Dik tagħmel differenza kbira. It-taħriġ tagħkom il-bodybuilders nisa fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ t meta kkumpartat ma' dak tal-irġiel? It-taħriġ ikun simili, u anke d-dieti, id-differenza tkun aktar bejn il- kategoriji u l-individwi, kulħadd ikollu ir-reġiment tiegħu. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala 'bodybuilder' li tieħu sehem fil- kategorija tal-'Bikini Fitness'? Minn mindu rbaħt il-Kampjonati Ewropej erġajna rajna daqsxjen ta' ċaqliqa però jista' jkollna ħafna aktar pubbliċità. Jien nixtieq inkompli nagħmel ħilti sabiex inkompli nagħmel unur lil Malta f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il- bodybuilding. Jien inħeġġeġ lil kull min qed jaħsibha biex jipprova. Jekk ikun hemm xi ħadd illi jixtieq xi pariri jew jiddiskuti dettalji fuq xi kompetizzjoni partikolari u din x'tinvolvi jistgħu jikkuntattjawni direttament fuq il-paġna ta' facebook 'Leanne Bartolo' jew fuq Instagram fuq '@leannebartolo'. Jien ngħidilkom li qatt m'hu tard biex tippruvaw, huwa x'inhu l-isport li tixtiequ tagħmlu. Min-naħa tiegħi nirringrazzja lill-familjari, il-ħbieb u dawk kollha li juruni inkoraġġiment u nixtieq ngħid lil dawk li forsi m'għandhomx min jinkoraġġihom li jien lesta li ngħin minn qalbi. lili u mhux jien għażilt lilu pajjiżna internazzjonali Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019