Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 BRADLEY Schembri - plejer żagħżugħ ta' talent liema bħalu li matul dan l-istaġun reġa' ngħaqad ma' Ħamrun Spartans wara li fl-istaġun li għadda kien misluf lil Żejtun Corinthians. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn ta' età żgħira kont immur mal-kuġin il-grawnd li kien kit manager tal-Ħamrun u dejjem ħadni miegħu nsegwi xi partiti u minn dejjem kelli ġibda għall- futbol. Minn ta' età żgħira kelli d-devozzjoni lejn il-futbol u maż-żmien l-imħabba tiegħi lejn il-futbol dejjem baqgħat tikber bl- esperjenzi li ksibt matul iż-żmien. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-aħħar staġun bħala Żejtun Corinthians? Jien ma bdejtx l-istaġun magħhom. Kont mal-Ħamrun però bdew l-istaġun mhux daqshekk tajjeb imma nemmen li l-affarijiet mhux ħa jispiċċaw bħalma bdew. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naqbel għax il-Premier jiġi iktar kkombattut u iktar interessanti. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Differenza hemm żgur però bħalma nafu lil ħadd ma tista' tieħu b'ovvju fil-kampjonat għax kull tim jagħtik logħba. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le, ma naqbilx. Ma naqbilx għaliex tifel li jkun ilu minn ta' età żgħira bħali jagħmel sagrifiċċju u dan mhux waħdu bl-għajnuna tal-ġenituri wkoll jispiċċa jilgħab fl-ewwel jew it-tieni diviżjoni għax kulħadd jispiċċa jġib il-barranin. Il-ħaġa li forsi fiha l-pożittiv hija li jiġu barranin ta' livell u tkun qed tikkompeti magħhom biex tiġġieled għal postok u b'hekk tgħolli l-livell personali tiegħek. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Plejers barranin jiġu ħafna. Tibda pre-season ma nafx kemm il- barrani jiġi però mbagħad iżommu l-aħjar. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Bħala grawnds ma ngergirx. Huma tajbin u dejjem ikunu ppreparati għal-logħob. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-aħħar staġun? Ifhimni xogħolhom jafuh u jafuh sew - żbalji jagħmel kulħadd bħalma jagħmlu huma però nemmen li għandu jkun hemm iktar attenzjoni. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Għall-plejer Malti iebsa biex ikun 100% kif suppost minħabba x-xogħol u hekk. Dieta u taħriġ filgħodu jekk tkun taħdem daqsxejn impossibli biex iżżommha però tipprova tagħmel l-aħjar li tista'. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Kienet l-ewwel darba li ġejt mgħajjat mat-tim nazzjonali tal-U21 din is-sena u kienet ħolma li saret realtà għalija. Kull plejer li veru jħobb il-futbol, hija xewqa u ħolma tiegħu li jilgħab għall-iskwadra ewlenija ta' pajjiżu bħalma hija tiegħi wkoll! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Kelli ħafna affarijiet li kienu ħa jaqtgħuli qalbi fil-ħajja però jien minn ta' età żgħira dejjem naħseb fuqha u rrid nagħmilha akkost ta' kollox u xejn mhu ħa jwaqqafni. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq ngħidilhom biex ma jaqtgħu qalbom qatt. Jien meta kont żgħir qatt ma kont ma' Tim A għax qabel kienu A u B u jien dejjem kont ma' Tim B. Però, irsistejt u ħdimt għall-ħaġa li tant inħobb u llum il-ġurnata ta' età żgħira lgħabt fil-Premier kif ukoll iddebuttajt mat-tim nazzjonali tal-U21. Ngħidilhom biex ma jaqtgħu qalbhom qatt u jekk veru jħobbu l-futbol u jixtiequ jagħmluha, jibqgħu jaħdmu u jirsistu sabiex jilħqu l-għan tagħhom. illum Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 'Aħdmu u rsistu sabiex tilħqu l-għan tagħkom' minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019