Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
27 Sports Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum 'Ibqgħu ukati fuq l-ambizzjonijiet u dejjem żommu saqajkom mal-art' ANNA Aloisiso - eks plejer tan- netball u llum plejer mill-aqwa tal- futbol fejn timmilita ma' Raiders Luxol. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Taħriġ, taħriġ u aktar taħriġ! Din hi ħajjet l-isportiv speċjalment meta jkun qed jieħu sport partikolari bis- serjetà. M'għandekx sitwazzjoni fejn tippjana t-taħriġ madwar ħajtek iżda bil-kontra. Ikun it-taħriġ li jikkmandalek ħajtek. Minkejja kollox ma nbiddel xejn minn dan kollu. Minn dejjem kont nieħu sehem fl-isport u minn dejjem kelli r-rieda li xtaqt nagħmel xi ħaġa. Mit-tennis sal-għawm, għall- atletika, fencing u basketball. Mingħajr tlaqliq ngħid li ppruvajt xi ftit minn dawn l-isports. Minkejja kollox, l-ewwel għażla tiegħi kellha tkun il-futbol għalkemm dak iż-żmien ma kienx hemm tim magħmul mit-tfajliet u għalhekk kelli nipposponi kollox. Meta kelli 13-il sena ngħaqadt mal-ewwel tim tiegħi tan-netball. Kont għadni kemm nibda l-iskola sekondarja. Issa ilni seba' snin u nammetti li qatt ma nħares lura. Għall-bidu kien qisu passatemp għalija speċjalment meta bħala studenti konna noqogħdu wara l-iskola nipprattikawh. Ġejt imsejħa mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena u kont ipparteċipajt fil-kampjonat Ewropew li kien sar f 'Malta. B'hekk tista' tgħid li bdiet in-namra għal dan l-isport u l-għan tiegħi kien li nkompli nimraħ dejjem aktar filwaqt li nikkompeti f 'livell aħjar. Barra t-taħriġ tat-tim, bdejt niddedika aktar sigħat għal taħriġ personali u individwali. Wara sigħat twal ta' taħriġ sa fl-aħħar bdejt nara r-riżultati tant li sena wara ġejt imsejħa mill-kowċ nazzjonali sabiex nikkompeti fil-kampjonati tad-dinja ta' taħt il-21 sena fi Glasgow. Din hija l-isbaħ esperjenza li kelli s'issa kemm ili nipprattika l-isport. Kien għad kelli biss 15-il sena u l-iktar ostaklu li sibt kien li kelli noqgħod lura milli nqatta' xi ljieli barra kif ukoll minn xi ħruġ li kienu jorganizzaw sħabi. Peress li kont għadni ma nsuqx biex immur minn post għal ieħor xejn ma kienet faċli. Fl-istess ħin nistqarr li kont drajt din it-tip ta' ħajja sportiva u ridt inkompli nimraħ dejjem aktar. Ġejt mogħtija l-opportunità li ningħaqad ma' tim mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Kont naf li kienet ser tkun sfida iżda lanqas biss ridt ngħid le għal din l-opportunità. Ingħaqadt ma' Silverbacks meta kelli 16-il sena. It-tfajliet kienu b'saħħithom u fuq kollox veloċi u għalhekk kelli naħdem qatigħ biex nilħaq il-livell tagħhom filwaqt li jkolli ċ-ċans nibda mal-ewwel sebgħa. Dak iż-żmien ma kinitx missjoni faċli minħabba li ridt inlaħħaq mal- istudju u t-taħriġ iżda wara kollox dejjem emmint li jekk toħloq bilanċ, kapaċi tlaħħaq ma' kollox. Sadanittant it-tim tagħna rebaħ il-kampjonat ħames darbiet u qed ikompli jaħdem sabiex itejjeb il-livell tiegħu. In-Netball kien sport fundamentali għalija għax tani viżjoni ta' kif għandi nirsisti u naħdem sabiex nasal għal dak li nixtieq. L-isfida li jmiss għalija hi li nkompli nikber fiżikament u mentalment f 'din il-logħba filwaqt li nkun iddixxiplinata sabiex niżviluppa aktar fil-konsistenza. Fil-fatt qatt ma tista' tgħid li taf il- logħba sew minħabba li din dejjem tinbidel u trid tkun int li tadatta għal dawn il-bidliet jekk trid taspira li tibqa' dejjem hemm fuq. L-esperjenza tiegħi fil-futbol bdiet meta kelli 18-il sena wara li kont għadni ġejja minn injury u kont qed nistudja għall-eżamijiet tiegħi fil- livell avvanzat. Ħafna nies jaħsbu li f 'dan iż-żmien ikun aħjar li naqta' minn xi ftit affarijiet. Jien bil-kontra! Żidt sport ieħor u rduppjajt il-ħin tiegħi tat-taħriġ. Naħseb li kienet deċiżjoni ferm għaqlija. Ma kinitx xi ħaġa faċli li tibda tilgħab il-futbol għax issa ma kinitx biss kwistjoni ta' fitness iżda li trid titgħallem sett ta' abbiltajiet ġodda. Luxol Raiders tawni din l-opportunità. Lgħabt l-ewwel 30 minuta u hemm ħassejt ċertu responsabbiltà minħabba li l-kowċ tani l-fiduċja. Kull sessjoni ta' taħriġ, kull logħba li lgħabt dejjem tgħallimt xi ħaġa ġdida. Tmien snin ta' netball u ħames snin ta' futbol! Ma nistax ngħid li kelli mumenti monotoni f 'ħajti. Dawn it-timijiet saru t-tieni familja tiegħi, rawni fl-aħjar tiegħi iżda anke f 'mumenti xi ftit diffiċli. Jien inħobb l-isport, l-eċitament li joffri u din hi r-raġuni li nibqa' nieħdu bis-serjetà. B'din ir-responsabbiltà naf li ser inkompli nistinka sabiex inżomm aktar motivazzjoni u fuq kollox nagħmel dak li verament inħobb." minn Cristian Antony Muscat Anna Aloisio