Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 Minn Yendrick Cioffi F'WAĦDA mit-tlielaq tar-regatta, tifel ta' erba' snin huwa strumentali u jista' jrebbaħ jew itellef it-tellieqa. Kurżità dwar ir-Regatta li ftit jafu dwarha n-nies, forsi għax ftit huma dawk li jinteressaw ruħhom f 'din it- tradizzjoni nazzjonali. Jekk l-interess fir-Regatta mhuwiex xi wieħed kbir, mhux l-istess jista' jingħad għal dawk il-ftit lokalitajiet li jieħdu sehem fiha. L-ILLUM żaret il-Klabb tar-Regatta ta' Bormla u sabet maħżen mimli żgħażagħ għaddejjin bil-ħidma, min jitħarreġ, min iniżżel u jtella' d-dgħajjes u min saħansitra qed jaħdem fuq frejgatina ġdida. Is-sena li għaddiet, dan il-Klabb rebaħ ir-Regatta tal-Vitorja għad-19- il darba wara li rnexxielhom jirbħu l-għaxar tiġrijiet, jiġifieri t-tlielaq kollha fiż-żewġ kategoriji, rekord li qatt qabel ma nkiseb mill-ebda klabb. Din il-gazzetta tkellmet ma' Evan Buttigieg, il-President tal-Klabb tar- Regatta ta' Bormla li spjega l-ħidma bla waqfien tal-klabb Bormliż speċjalment biex jattiraw żgħażagħ ġodda lejn dan l-isport tradizzjonali. "Aħna ma nifqux. Minn Regatta għall-oħra nibdew naħsbu kif se niġbru l-flus. Aktar ma toqrob ir- Regatta aktar jintensifika t-taħriġ u anke l-preparazzjoni tad-dgħajjes," saħaq magħna l-President. Ta' min isemmi u japprezza l-fatt li l-Klabbs tar-Regatta huma mimlija voluntiera li jaħdmu tul is-sena kollha biex jiġbru l-flus biex ikunu jistgħu jżommu ħajja din it-tradizzjoni li tmur lura mijiet ta' snin. Kemm ikunu ilhom jitħarrġu? Isibu koperazzjoni fil-Port? Tkellimna aktar fid-dettall dwar it- taħriġ li l-qaddiefa kollha, anke dawk l-aktar professjonali, ikunu kostretti li jagħmlu. Fil-fatt, spjega Buttigieg, għar-Regatta tal-lum, il-qaddiefa ilhom għal dawn l-aħħar xahar u nofs jitħarrġu kważi kuljum fil-baħar, iżda t-taħriġ ikun ilu għaddej, għax il- qaddiefa jkollhom jitħarrġu u jżommu f 'saħħithom matul is-sena kollha. Fil-baħar, it-taħriġ isir fil-Port il- Kbir, il-post fejn issir ir-Regatta, anke biex il-klabb ikun jista' jikkalkula l-ħinijiet. Iżda l-Port il-Kbir huwa impenjattiv ħafna. Isibu koperazzjoni? Filwaqt li saħaq li din is-sena ħadmu aktar mill- qrib ma' Transport Malta, il-President insista li fadal ħafna xi jsir. "Mhux se tgħaddilna minn moħħna li noħorġu b'dgħajsa tal-pass u nwaqqfu cruise liner ... imma ma tinżillix li nara frejgatina, b'tifel ta' erba' snin fiha u tidħol lanċa privata għaddejja sparata minn quddiemhom," saħaq magħna l-President. "L-ewwel pass irridu nagħmluh aħna billi nġibu rispett lejn ħaddieħor iżda aħna għandna nkunu rrispettati wkoll." Buttigieg spjega kif ġieli jagħmlu ġimgħa sħiħa jistennew baħar tajjeb biex ikunu jistgħu jitħarrġu u jieħdu nota tal-ħinijiet. "Tmur fuq l-istart, titlaq u tara lanċa għaddejja żiffa. Joħloqlok rima u tista' tieqaf," spjega l-President. Xi jkun qed jagħmel tifel ta' erba' snin fuq fregatina? Kien hawnhekk li qlibna d-diskors u staqsejna lil Buttigieg xi jkun qiegħed jagħmel tifel ta' erba' snin fuq il- frejgatina. Ma jkunx hemm b'kapriċċ, spjegalna l-President. Għall-kuntrarju dak it-tifel huwa strumentali f 'waħda mit-tlielaq. Buttigieg spjega kif f 'din it-tellieqa, iż-żewġ qaddiefa jkunu qed jaqdfu b'daharhom lura u huwa dan it-tifel li jidderiġihom u jassigura li jkunu mexjin dritti. L-istess tifel, fil-bidu tat-tellieqa, ikun qed iżomm iċ-ċima u għalhekk irid ikun pront li jitlaqa' malli jingħata s-sinjal biex titlaq il- Kont taf li tifel ta' erba' snin iħoll u jorbot 12-il Illum ir-Regatta. Imma din kif taħdem eżatt? Il- klabbs għandhom żgħażagħ? Isibu koperazzjoni l-portijiet waqt it-taħriġ? X'jista' jsir biex jiżdied l-interess? L-ILLUM iżżur lill-klabb ta' Bormla Il-President tal-Klabb tar-Regatta ta' Bormla Evan Buttigieg FILWAQT li lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar jiżżanżnu l-ewwel żewġ flyovers mis-sebgħa li se jinbnew fil-Marsa Junction Project, Infrastructure Malta daqt se tibda tibni l-gverta tat-tielet u r-raba' flyovers bil-mira li dawn jitlestew sa tmiem Jannar tas-sena d-dieħla. Iż-żewġ flyovers li diġà nbnew u mistennija jinfetħu għall-użu mill-pubbliku fil- ġimgħat li ġejjin, huma dawk li eventwalment se jwasslu minn Triq Giuseppe Garibaldi lejn Triq Aldo Moro. Għall- ewwel xhur, sakemm jinfetħu wkoll iż-żewġ flyovers li jmiss u li se jgħaddu minn taħthom, dawn se jintużaw fid-direzzjoni opposta minn Triq Aldo Moro lejn Ħal Luqa u l-ajruport. Din hija r-rotta li mbagħad se tgħaqqad flimkien it-tielet u r-raba' flyovers. Filwaqt li ħafna mill- istrutturi u l-kolonni li fuqhom se jserrħu dawn iż-żewġ flyovers jinsabu f 'posthom, meta diġà tlesta 35% mill-proġett ta' €70 miljun, fil-jiem li ġejjin għandhom jaslu mit-Turkija seba' travi oħra tal-azzar minn dawk li se jiffurmaw il-liwjiet tagħhom. B'hekk ikun jista' jibda x-xogħol fuq il-gverta ta' dawn il-flyovers li, bħal tat-tnejn l-oħra, se jkollha parti minnha dritta magħmula minn travi tal- konkos li qed jinħadmu f 'impjant li ntrama apposta biswit is-sit tal-proġett u parti għat-tond bit-travi tal-azzar. Kien f 'Diċembru li għadda meta Infrastructure Malta bdiet it-tielet fażi tal- Marsa Junction Project, li prinċipalment jikkonsisti fil-bini tal-flyovers. Għall- istruttura ewlenija u l-gverta b'erba' korsiji tal-ewwel flyover tpoġġew 56 travu tal-konkos, kull wieħed twil 26 metru u jiżen aktar minn 36 tunnellata. Imbagħad ingħaqdu u ttellgħu fuq il-kolonni t-travi tal-azzar li jiffurmaw il-gverta li ġejja għat-tond tat-tieni flyover. Sebgħa minn dawn it-travi huma l-itwal ta' dan il- proġett, u jvarjaw bejn 106 u 135 metru waqt li kull wieħed minnhom jiżen 85 tunnellata. Wara bdew jinbnew iż-żewġ rampi li jgħaqqdu t-truf taż-żewġ flyovers ma' Triq Aldo Moro u Triq Giuseppe Garibaldi. Fl-istess ħin mexa wkoll il-bini tal-istrutturi tal-ħames flyovers l-oħrajn billi tlestew aktar minn nofs it-42 kolonna li hemm bżonn għall-proġett kollu, biex issa jmiss li tibda tieħu l-forma l-gverta taż- żewġ flyovers li jmiss. Taħt il-flyovers, Infrastructure Malta qed tgħaddi aktar minn 15- il kilometru f 'cables u katusi għad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-elettriku, ilma, drenaġġ, internet u telekomunikazzjoni minn taħt l-art. Qed titħejja wkoll sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita li tinkludi l-bini ta' ġibjun ġdid. L-ilma tax-xita mill-ġibjun se jintuża għat- tisqija tas-siġar u żoni ġodda Daqt tinbeda l-gverta tat- tielet u r-raba' flyovers