Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 'Biex ikollok suċċess f'kull tip ta' sport irid ikun hemm is-sagriċċju u d-determinazzjoni' minn Cristian Antony Muscat CHRISTIAN Grech - captain ta' Pietà Hotspurs b'esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali u b'talent liema bħalu. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet sa minn meta kien għad kelli sitt snin meta wieħed mill-ħbieb li kelli fl-iskola primarja kien qalli biex nibda mmur miegħu għat-taħriġ tal-futbol fin-nursery tal-Pietà Hotspurs. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Fl-aħħar staġun kważi kull tim kien ta' għadma iebsa għall-avversarju tiegħu. Sakemm ma jkunx hemm differenza kbira, iva naqbel li jkun hemm 14-il tim. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Differenza ħa jkun hemm iva, speċjalment meta jkun hemm timijiet li jifilħu jġibu plejers Maltin jew barranin ta' livell aħjar minn timijiet oħra. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jekk il-barranin li jiġu jkunu ta' livell tajjeb ħafna, jien naqbel! Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Mhux ħa ngħidlek li l-maġġoranza imma hemm ftit li l-livell tagħhom ma jkunx aħjar minn dak tal-Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Ifhem, nista' ma nkunx kuntent għax fuq dawk li hemm irridu nilagħbu. Il-grawnd Nazzjonali huwa l-aħjar u l-iktar wieħed li jattira nies lejh. Is-Centenary Stadium għandu art tajba imma kif ikun ftit riħ għandek logħba kkundizzjonata mill-bidu sal-aħħar. Rigward il- Hibs Stadium, l-art hija tajba wkoll. Jifdal il-Victor tedesco Stadium, li fl-opinjoni tiegħi, mhuwiex grawnd li għandu jintlagħab il-Premier Malti ġo fih. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Naħseb li dejjem kellna kontroll tajjeb f 'kull logħba li lgħabna. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Għalkemm ma nilagħbux f 'kampjonat ta' livell għoli ħafna, is-sagrifiċċju xorta jkun qiegħed hemm. Biss biss li tmur għal tmien sigħat xogħol imbagħad wara tmur għat-taħriġ naħseb diġà biżżejjed. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Nipprova nsib bilanċ għat-tnejn li huma li s'sissa dejjem irnexxieli. Tixtieq li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Naħseb li kull plejer ikollu l-ħolma li xi darba jiġi msejjaħ man- nazzjonal ta' pajjiżu. Jien dejjem nipprova nagħti l-massimu tiegħi f 'kull logħba mbagħad nimxi minn hemm. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Għalissa sakemm għadni plejer nixtieq li nibqa' plejer regolari u fiż-żmien li ġej, wara l-karriera ta' plejer forsi nimxi lejn il-karriera tal- kowċing. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Biex ikollok suċċess f 'kull tip ta' sport irid ikun hemm is-sagrifiċċju u d-determinazzjoni. Emmen fit-talent li jkollok u tħalli lil ħadd iwaqqfek. Dak is-sagrifiċċju li tkun għamilt xi darba jew oħra ħa jwasslek fit-triq li xi darba tkun ħlomt biha! Biex ikollok suċċess f'kull tip ta' sport irid ikun hemm is-sagriċċju u d-determinazzjoni. Emmen t-talent li jkollok u tħalli lil ħadd iwaqqfek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019