Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 PORTAFOLL wiesa' iżda l-aktar imfaħħar u rikonoxxut minħabba l-ħidma tiegħu fis-settur tat- teknoloġiji ġodda b'mod speċjali l-blockchain. Din il-ġimgħa l-ILLUM intervistat lis-Segretarju Parlamentari għas- Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, Silvio Schembri, li tista' tgħid sar sinonimu ma' din id-dinja vibranti, eċitanti u mimlija potenzjal. Mal-ILLUM Schembri jiżvela l-aħħar ħidmiet f 'dan is-settur, l-isfidi tal-portafoll tiegħu u l-kwistjonijiet varji li jduru madwar dawn l-istess teknoloġiji. Nibda din l-intervista billi nistaqsih mistoqsija diretta fuq il-portafoll tiegħu. X'qanqal lill-Gvern sabiex jinfiltra n-niċċa tal-blockchain? Huwa jkun pront jispjega kif dan il-portafoll tfassal lura għall-2017. "Il-portafoll jinkludi s-servizzi finazjarji, l-innovazzjoni u l-ekonomija diġitali. Qabel dawn kienu parti minn Ministeri differenti fosthom tal-Edukazzjoni, Finanzi u Ekonomija. Iżda f 'din il-leġiżlatura għaqqadniehom flimkien taħt ir- responsabbiltà tal-Prim Ministru sabiex naraw aktar interazzjoni bejn is-setturi differenti u noħolqu niċeċ ġodda." Huwa jkompli jgħid li bħala waħda mill-ewwel inizjattivi, is-Segretarjat tefa' ħarstu fuq is-settur tal- blockchain. "Bdejna billi identifikajna s-settur tal-blockchain u rnexxielna nwaqqfu leġiżlazzjoni. Konna l-ewwel pajjiż fid-dinja li ħloqna qafas regolatorju. Ma kinitx faċli għaliex ma kinitx teżisti, iżda konna innovattivi u rnexxielna niġbdu l-ammirazzjoni ta' ammont kbir ta' operaturi minn madwar id-dinja li interessaw ruħhom u ġew Malta," sostna Schembri. Mistoqsi dwar x'inhi l-akbar sfida f 'dan il-portafoll, huwa jisħaq li l-akbar sfida tibqa' dik tat-talent. "Hemm bżonn nies b'ċertu ħiliet li jaħdmu f 'dawn it-teknoloġiji ġodda. Hawn nuqqas kbir fuq livell Ewropew u Dinji jekk tidħol fuq il- qasam tat-teknoloġija, hemm skills li huma rari u dik hi l-akbar sfida. Il-vantaġġ pożittiv hu li ħafna mill-iskills ta' dan il-qasam huma trasferibbli. Jiġifieri jekk xi ħadd jaħdem fil- gaming diġà għandu ħafna għarfien biex jaħdem fis-settur tal-Artificial Intelligence jew Blockchain, kulma jkollu bżonn hu 'top-up course'." Daqshekk Blockchain Island jew din spin politika? Dlonk nistaqsih hux inkwetanti l-fatt li xi kumpaniji tal-blockchain qed jagħlqu hekk kif riċentament il-kumpanija Coinone Global Exchange, kumpanija mill-Korea t'Isfel, ħabbret li se tagħlaq l-operat tagħha f 'Malta f 'Settembru li ġej. Hu jirrispondi u jgħid, "ninsab informat b'xi tliet kumpaniji li s'issa għalqu. Skont l-aħħar figuri mill-MFSA, f 'Malta hawn 700 kumpanija differenti f 'dan il-qasam. Ma tistax tiġbor kollox f 'daqqa. Din hi normali f 'industrija ġdida u anke fl-industrija wiesgħa inġenerali, mhix xi ħaġa kbira," sostna Schembri. Apparti minn dan, hu qal ukoll li ċertu kumpaniji qed jagħlqu u jmorru pajjiżi oħra minħabba r-regolamenti robusti ta' Malta. "Hemm kumpaniji li qed imorru l-Estonja, li mxiet fuq il-passi tagħna, iżda naqqset rekwiżit importanti - dak tal-fondi kapitali." Huwa kompla jispjega kif sabiex kumpanija li topera f 'dan il-qasam tiftaħ f 'Malta jeħtieġ li jkollha minn tal-anqas €750,000 f 'kapital, iżda kif fl-Estonja din hi aktar miftuħa. "Fl-Estonja dan ir-rekwiżit hu ta' €2,500 jiġifieri prattikament miftuħa għal kulħadd. Jekk kumpanija mhix kapaċi jkollha €750,000 f 'kapital u trid 'tilgħab' bi flus in-nies, jiena mhux se naċċettaha." Fuq l-istess nota huwa nsista li bħala pajjiż sejrin tajjeb ħafna ekonomikament u għalhekk ma rridux nagħmlu xi ħaġa biex nieħdu lura l-frott f 'qasir żmien iżda li mbagħad erba' snin oħra jiddispjaċina. 'Blockchain u crypto currencies huma differenti' Mal-ILLUM Schembri jagħżel li jenfasizza d-differenza bejn blockchain u crypto currencies. "Aħna tawna t-titlu ta' Blockchain Island u mhux Crypto Island. Qed naħdmu l-aktar għat- teknoloġija u mhux il-muniti diġitali. Eżempju Zuck, belt fl- Isvizzera, ħadet it-titlu ta' 'Crypto Valley' għaliex tiffoka fuq din it- teknoloġija." Huwa żied jgħid li fil-futur qrib il- pubbliku se japprezza l-benefiċċji ta' din it-teknoloġija, b'eżempju wieħed ikun fis-settur tal-edukazzjoni fejn iċ-ċertifikati kollha se jkunu fuq il-blockchain u b'hekk aktar aċċess garantit u bla ebda possibbiltà li jintilef. Iżda mhux biss, hekk kif bl-użu tal- istess teknoloġija, sal-aħħar ta' din is-sena r-reġistru tal-kumpaniji se jkun kollu fuq is-sistema blockchain u Artificial Intelligence, b'aċċess 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa. Iżda jekk din it-teknoloġija se tibqa' magħna u tintensifika ruħha, x'qed isir biex nedukaw lill-pubbliku ġenerali dwarha? Huwa jirrispondi u jgħid, "bdejna b'kampanja edukattiva ta' lingwaġġ li jinftiehem minn kulħadd u li jispjega dan il-kunċett. Apparti minn hekk, qed noffru programmi edukattivi fl-MCAST u fl-Università ta' Malta. Apparti li emendajna numru ta' korsijiet biex jibdew jinkludu modules b'rabta ma' din id-dinja." X'se naraw fl-edizzjoni li jmiss tad-Delta Summit? Naqilbu ftit id-diskors u nitkellmu dwar l-avveniment annwali 'Delta Summit' li qiegħed dejjem iżid fil-popolarità u l-konkorrenza internazzjonali. Intervista illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Ismu tista' tgħid sar sinonimu mad-dinja vibranti tat-teknoloġija innovattiva. Iżda jinsab inkwetat fuq xi kumpaniji li qed ixolju? U għalfejn il-banek għandhom jadattaw? U x'inhuma l-aspirazzjonijiet politiċi tiegħu? L-ILLUM tintervista lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri 'Poġġejna isem Malta fuq il-mappa u Ninsab kuntent l-kariga li għandi, nieħu gost naħdem ha, u se nibqa' naħdem sabiex inġib riżultati, m'hemm l-ebda aspirazzjonijiet partikolari Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019