Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

fl-4 ta' Settembru tal-1971. Artal quddiem il-vara tal-Bambina Minħabba dak li tkellimna dwaru, jiġifieri l-fatt li din il-vara hija Inkurunata u għalhekk sagra aktar minn kwalunkwe xbieha oħra, quddiemha ma jitpoġġewx sempliċiment gandlieri bix-xemgħat, kif isir kważi kullimkien, iżda fil-ġranet tal-festa jintrama quddiemha artal. Tant hu hekk li ċ-ċelebrazzonijiet tan-Novena, jiġifieri l-Kant tas-Salve Reġina u l-Antifona, il- quddiesa tal-warda u anke wħud mill-quddies ta' nhar it-8 ta' Settembru, ma jsirux fuq l-artal maġġur, iżda fuq dan l-artal quddiem din ix- xbieha Inkurunata. Matul dan l-istaġun tal-festa, rajna din il-karatteristika fil- festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Fil-fatt, dawn iż-żewġ xbihat devoti, huma l-uniċi tnejn fil- gżejjer Maltin li quddiemhom, fil-ġranet tal-festa, jintrama artal u li fuqu tiġi ċċelebrata l-Quddiesa. Bażilika Monument tal- Assedju Kif għidna, mal-Maltin, il-festa tal-Bambina hija magħrufa aktar bħala l-Vitorja u aktar u aktar fl-Isla fejn il-Kolleġġjata u Bażilika ddedikata lit-Twelid tal- Madonna ġiet imwaqqfa bħala monument tar-rebħa fuq il-Mislem. L-ewwel ġebla ta' din il-Knisja tpoġġiet fit-8 ta' Settembru tal-1595, wara li fl-1581 l-Isla saret parroċċa indipendenti u dak iż-żmien l-uniku knisja li setgħet taqdi din il-funzjoni kienet dik iddedikata lil San Ġiljan. Kif inhu xieraq, din il-knisja hija l-għożża tas-Sengleani u s-Sagristan Gino Parnis flimkien mat-tim tiegħu jaraw li ma jkun jonqosha xejn. Fil-fatt, tidħol meta tidħol f 'din il-Bażilika, tolqtok l-indafa. Tkellimna ma' Parnis li spjega magħna kif għalkemm il-festa tiġi ċċelebrata f 'Settembru, minn Ġunju jibdew bit-tfarfir tal- knisja, minn fuq sa isfel nett. Malli jidħol Awwissu, ftit ftit il-Bażilika tibda tilbes il-libsa tal-festa u dan bis-saħħa tal- voluntiera li meta s-Sagristan isejħilhom, ikunu lesti biex jgħinuh. Parnis spjega kif matul is-sena jsir ħafna xogħol fil- knisja iżda apparti minn hekk ikun għaddej xogħol ieħor, li ma jidhirx, ta' restawr ta' diversi opri li jżejnu l-Bażilika fil-ġranet tal-festa. Semma, kif fost proġetti oħra, bħalissa għaddej proġett biex jiġu rranġati l-imħażen fejn jintrefa' l-armar tal-festa u dalwaqt se tkun qed terġa' tinżebagħ mill-ġdid il-knisja kollha u jsirilha dawl ġdid. Dawn fost proġetti oħra li hemm ippjanati għal din il- Kolleġġjata. Tal-armar iħejju biex jarmaw ix-xatt b'20 bandalora ġdida Anke jekk l-enfasi tal-festa tal-Bambina fl-Isla huma aktar iċ-ċelebrazzjonijiet interni, l-Għaqda Festi Esterni Marija Bambina taħdem matul is-sena mhux biss biex torganizza festa esterna xierqa u dinjituża, iżda anke biex tlibbes it-toroq tal-Belt Senglea. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Kurt Bonello, responsabbli mill-armar, li tkellem dwar ix-xogħol li sar matul l-aħħar sena mill- voluntiera. Bis-saħħa ta' din il-ħidma fis-skiet, din is-sena se jkun qed jitkompla l-proġett ta' armar ġdid fi Triq l-Arċisqof Mattei. Din is-sena se jinħareġ pavaljun ġdid, żewġ bandalori sfumati u anke pittura ġdida. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-pavaljuni fi Triq il- Maċina. Bonello spjega kif apparti armar ġdid, ikun għaddej ħafna xogħol ta' manutenzjoni. Fil-fatt ġew irrestawrati l-iskudi li jintramaw fejn ix-xbieha ta' Malta u anke fuq l-erba' kolonni ta' Triq il-Vittmi tal- Gwerra. Mistoqsi xi proġetti qed iħejju għas-snin li ġejjin, Bonello spjega kif is-sena d-dieħla se jkunu qed jibdew proġett kbir ta' 20 bandalora ġdida għax-xatt, fost proġetti oħra. Il-Banda La Vincitrice qed tħejji tmien bandisti ġodda Tkellima wkoll ma' Rodney Muscat, Kaxxier tal-Banda La Vincitrice, il-banda ċittadina tal-Isla, li spjega kif apparti s-sehem attiv tal-banda fiċ- ċelebrazzjonijiet li jsiru f 'din il-belt, fosthom il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir, il-banda tiffoka ħafna fuq l-aspett mużikali. Fil-fatt, preżentament, il- banda qed tgħallem lil tmien studenti. Bla dubju ta' xejn, il-festa hija l-aktar żmien impenjattiv għall-Banda La Vincitrice. Muscat spjega kif minkejja li s-Soċjetà mhix l-organizzatur tal-festa, bi ftehim mal- parroċċa, torganizza hi l-kunċert annwali tal-4 ta' Settembru u l-marċ ta' filgħodu tas-7 ta' Settembru. Apparti minn hekk tieħu sehem ukoll fi ġranet oħra tal-festa. L-Isla fuq l-għatba ta' tliet anniversarji importanti Fl-2021 l-Isla se tkun qed tiċċelebra tliet anniversarji importanti. F'sena waħda biss se tiċċelebra l-100 sena minn meta l-Knisja Kolleġġjata saret Bażilika Minuri, il-100 sena mill-Inkurunazzjoni u l-150 anniversarju mit- twaqqif tal-Banda La Vincitrice. Il-Kaxxier tas-Soċjetà ħeġġeġ lill-komunità tal-Isla biex tħejji ruħha u tieħu sehem fl-attivitajiet li se jfakkru dawn l-anniversarji, waqt li ħeġġeġ lil dawk is- Sengleani li jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom biex jidħlu membri fi ħdan is-Soċjetà. 15 Festi Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum inkurunata mis-Sengleani... X'se jsir illum fl-Isla? 9am: Quddiesa solenni tal-festa 5pm: Għasar Solenni 6pm: Quddiesa 7pm: Purċissjoni bil- Vara Inkurunata tal- Bambina Fejn aktar qed tiġi ċċelebrata l-Bambina? Apparti l-Isla, il-festa tat- Twelid tal-Verġni Marija qed tiġi ċċelebrata wkoll fil-lokalitajiet tan-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra. L-Insinji tal-Bażilika u l-istatwa ta' Malta rebbieħa fl-isfond (Mark Micallef Perconte) In-niċċa tal-Bambina fi żmien il-festa (Mark Micallef Perconte) Pavaljuni tad-dawl li jżejnu Triq il-Vitorja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019