Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
F l-aħħar rapport maħruġ mill-ERA, ġie rrapportat kif Malta kellha titjib fil-bijodiversità, fil-kwalità tal-arja u tnaqqis ukoll fin-numru ta' infrazzjonijiet fil-konfront tal-ambjent. Madankollu, it-triq hija twila biex verament nipproteġu u nżidu l-ispazji ħodor f 'pajjiżna. Matul dawn l-aħħar xhur kien hawn ħafna kontroversji u protesti jgħajtu għall-protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tax-xogħlijiet li qegħdin isiru sabiex jitwessgħu t-toroq Maltin. Ir-realtà hija li ż-żieda fil-popolazzjoni u l-użu ta' karozzi privati toħloq konġestjoni kbira fit-toroq tagħna. Meta dawn ġew ippjanati, ma kien hemm l-ebda ħsieb lejn il-futur. Għaldaqstant, ix-xogħol fit-toroq huwa inevitabbli sabiex is-sitwazzjoni tittafa fil- preżent. Madanakollu, għandu jkun hemm pjan li mhux biss inaqqas l-ammont ta' karozzi u għalhekk l-emissjonijiet li dawn iġibu magħhom, imma wkoll pjan biex jinħolqu iktar spazji ħodor ma' dawk li diġà ġew inawgurati. Huwa importanti li nfasslu pjan fejn l-ekonomija, l-ambjent u l-komunità jimxu id f 'id għal futur aħjar. Il-ħtieġa ta' revoluzzjoni ambjentali ġewwa pajjiżna Apparti li joffru d-dell, is- siġar jassorbu ammont kbir ta' dijossidu tal-karbonju. Huwa għalhekk li għandna bżonn ammonti ikbar ta' siġar f 'lokalitajiet li huma l-aktar suxxettibli għal dan it-tip ta' tniġġis. Malta tinstab f 'bidla ambjentali, fejn is-sjuf tagħna qegħdin jitwalu u fejn qed nesperjenzaw temperaturi iktar għolja u maltempati mhux previsti. Madanakollu miżuri ta' mitigazzjoni u adattament mhumiex qegħdin jiġu implimentati sabiex insaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima. Wasal iż-żmien li nippjanaw għall-futur tagħna, futur sostenibbli billi nsibu l-bilanċ ġust bejn it-tkabbir fl-ekonomiji, il-protezzjoni tal-ambjent u l-kwalità tal- ħajja fil-komunità. Filwaqt li l-Ministru Josè Herrera ħadem ħafna biex l-ambjent Malti jieħu spinta, issa hemm bżonn li nimxu pass ieħor u naraw il- ministri tagħna jingħaqdu biex ifasslu pjan sostenibbli favur l-ambjent Malti. Nifhmu li pjan sostenibbli u l-frott tiegħu jieħdu żmien, però dan huwa l-mument fejn nagħtu importanza ikbar lill-ambjent u nieħdu miżuri drastiċi biex nissalvagwardjaw l-ambjent tagħna. X'inhuma l-passi li jmiss? Ir-revoluzzjoni ambjentali għandha tibda billi jkun hemm livell għoli ta' responsabbilità fil-konfront tas-siġar li qed jiġu mħawlin mill-ġdid. Il-poplu għandu jkollu garanzija li dawn is- siġar mhu jiġrilhom l-ebda ħsara. Irridu nżommu f 'moħħna li għalkemm il-bżonn li nwessgħu t-toroq huwa fattur, ma nistgħux noqtlu s-siġar tagħna fil-proċess, hekk kif siġra ġdida ma tista' qatt tissostitwixxi siġra matura. Barra minn hekk, irridu nagħmlu mezz li ferm iktar siġar jiġu miżrugħin f 'żoni bħall-Marsa, Raħal Ġdid, Ħal Qormi u żoni industrijali biex intaffu d-danni tal- emissjonijiet minn karozzi u impjanti industrijali. Apparti minn hekk, bħala komunità, irridu nibdew nesploraw soluzzjonijiet sostenibbli fir-rigward ta' trasport pubbliku. Kull sfera tal-komunità; gvern, oppożizzjoni, NGOs, għandhom jingħaqdu sabiex ifasslu pjan flessibbli għall- futur u jiddiskutu l-possibiltà li nintroduċu tramm. Barra minn hekk, fil-preżent, hemm bżonn li jiżdiedu l-frekwenzi tal-karozzi tal- linja, u l-promozzjoni tar-roti u tal-muturi biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-konġestjonijiet fit-toroq Maltin. It-tieni nett hemm bżonn li niffukaw fuq kreazzjoni ta' spazji ħodor speċjalment issa li l-popolazzjoni kibret f 'daqqa. Huwa provat li spazji ħodor fejn familji u individwi jistgħu jħallu warajhom l-istress li l-ħajja ta' kuljum iġgib magħha, jgħinu sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja u s-saħħa mentali. Kemm-il darba nkunu għaddejjin mit-toroq Maltin u naraw numru ta' għelieqi abbandunati b'ħaxix niexef; għelieqi li mhux qed irendu l-ebda profit lill-proprjetarji. L-idea hawnhekk qiegħda biex hekk kif bħalissa għaddejjin minn surplus, tinħoloq skema b'fond, bl-għan li jinħalqu iktar spazji ħodor billi familji li huma proprjetarji ta' għelieqi abbandunati jkunu jistgħu japplikaw għal kumpens annwali talli jħallu l-Gvern jiżra' numru ta' siġar u pjanti fuq l-art tagħhom. Apparti minn hekk, pass ieħor għandu jkun fil-konfront tal- kuntratturi tal-bini. Hemm bżonn li l-iżviluppaturi ta' blokok ta' appartamenti ġodda jittrasformaw il-bjut f 'roof gardens, biex b'hekk nibdew naraw l-iżvilupp urban jimxi id f 'id mal-ħolqien ta' żoni ħodor u nimmitigaw ftit mid-danni fuq l-ambjent. Fl-aħħar u mhux l-inqas, mezz ieħor biex intejbu l-kwalità tal-arja hija billi nżidu n-numru ta' 'shuttle hubs' bħall-park and ride. Ikun interessanti kieku nibdew proġett pilota fejn kull distrett ikollu 'shuttle hub' mgħammar bi strutturi ta' 'smart parking' fejn ir-residenti tad-distrett ikunu jistgħu jirriservaw il-parkeġġ tagħhom minn ġurnata qabel u servizz ta' 'shuttle' jkun provdut kull 30 minuta lejn il-Belt, Tas- Sliema, Mater Dei u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dawn l-erba' rotot huma l-iktar rotot popolari fir-'rush hours' u permezz ta' dawn is- 'shuttles' inkunu qed innaqqsu numru sostanzjali ta' karozzi mit-toroq tagħna. Il-komunità Maltija għandha llum qabel għada tingħaqad sabiex jinstabu soluzzjonijiet sabiex ikun hemm bilanċ bejn l-iżvilupp li huwa neċessarju għat-tkabbir ekonomiku u l-protezzjoni tal-ambjent, li t-tnejn flimkien joffru lill- popolazzjoni kwalità ta' ħajja aħjar. Soluzzjonijiet jeżistu, għalhekk huwa importanti li ningħaqdu ma' mejda u niddiskutu pjan fattibli għall- futur tal-ġawhra tagħna. Kailyze Attard hija parteċipanta tal-inizjattiva LEAD 17 illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 Opinjoni Pjan sostenibbli għall-ambjent Malti Irridu nżommu f'moħħna li għalkemm il-bżonn li nwessgħu t-toroq huwa fattur, ma nistgħux noqtlu s-siġar tagħna l- proċess KAILYZE ATTARD