Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

W aħda mill- prijoritajiet li naħdmu għaliha fil- Ministeru, hija dik li nagħtu spinta lill-kultura u talent lokali mhux biss f 'pajjiżna, imma wkoll ngħinu biex it-talent Malti nxerrduh b'mod internazzjonali. Fis-snin li għaddew rajna artisti Maltin f 'kull sfera tal- kultura jagħmlu ġieħ lil pajjiżna f 'pajjiżi oħra billi jesponu t-talenti tagħhom u għalhekk it-talent Malti. L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tat kunċerti tista' tgħid madwar id-dinja, dejjem milqugħa b'applaws mistħoqq. L-istess entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru. Għalhekk inħossni kburi li bil-ħolqien ta' opportunitajiet, miżuri meħuda u għajnuna li jagħti l-Ministeru, qed ngħollu 'l fuq it-talent tal-artist Malti. Okkażjoni li tatni pjaċir immens din il-ġimgħa kienet dik li matulha ħabbarna l-produzzjoni lokali Storbju, li x-xogħol fuqha se jibda fi ftit jiem. Produzzjoni Maltija b'artisti Maltin dwar storja mill- passat tagħna u mżewqa wkoll b'artisti ta' fama dinjija l-atturi ta' Hollywood Harvey Keitel u Malcolm McDowell. Ispirat mir-rewwixti ta' Ġunju fl-1919, il-film huwa taħt id-direzzjoni ta' Davide Ferrario (After Midnight, We all Fall Down) u miktub minn Jean Pierre Magro (Bulgarian Rhapsody). Mhux biss se jkun ta' esperjenza eċċellenti għall- artisti Maltin, imma l-film se jxerred parti mill-istorja rikka tagħna madwar id-dinja. Fil-fatt kif qal Davide Ferrario, id-direttur li qiegħed imexxi dan il-proġett, dan il-film huwa opportunità tajba biex il- barranin jifhmu aktar lil Malta u lill-Maltin. Qal ukoll li filwaqt li din hija storja intrinsikament Maltija, jħoss ukoll li hija storja universali. Aħna onorati ferm li nagħmlu parti minn dan il-proġett. Il-film huwa ta' importanza kruċjali għalina minħabba li jirrifletti s-soċjetà, kemm preżenti kif ukoll tal-imgħoddi. Inħoss li huwa d-dmir tiegħi bħala Ministru għall-Kultura li nagħti l-appoġġ għal inizjattiva importanti bħal din u nawgura lit-tim tiegħu l-aħjar possibbli. Għalhekk nappella lill-poplu Malti biex jingħaqad wara din il-produzzjoni u jkun ta' għajnuna bi kwalunkwè mod possibbli. Storbju, huwa prodott minn Aaron Briffa, Pedja Miletic u Jean Pierre Magro, b'artisti Malti fosthom Godwin Scerri, Ryan Debattista, Jane Marshall, Narcy Calamatta, Marc Caboudain, Peter Galea, Jesmond Mizzi u Erica Muscat. Il-produtturi eżekuttivi ta' dan il-film huma Roland Joffe, Shayne Putzlocher u Sara Shaak, u l-film huwa skedat li jinħareġ fil-ħarifa tal-2020. Id-drittijiet ta' distribuzzjoni dinjija ta' Storjbu ġew akkwistati minn Electric Entertainment, il-kumpanija ta' produzzjoni, distribuzzjoni u post-produzzjoni bbażata f 'Los Angeles, filwaqt li Konstantin Ishkhanov mill-Fondazzjoni Ewropea għas-Sapport tal- Kultura kien strumentali bl-appoġġ lejn dan il-film mill- bidu tiegħu. Dan huwa dak li rridu u li qed inressqu 'l quddiem. Li l-artisti kapaċi Malti jħallat it-talent tiegħu flimkien ma' dak ta' sħabu fuq livell internazzjonali, mhux biss għall-esperjenza personali, imma wkoll biex Malta tkompli tissoda ruħha fuq il-mappa dinjija kulturali. * * * Interessanti ferm hija l-wirja li inawgurajt f 'dal-jiem fil- Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu - Il-Porċellana tal-Inkwiżitur f 'Malta tas-Seklu 18. Wirja li hija mod ieħor kif nitfgħu dawl fuq l-aspetti storiċi ta' pajjiżna li forsi mhumiex daqshekk magħrufa. Hija wirja interessanti li permezz tagħha nesploraw il-ħajja tal-Inkwiżitur permezz tal-porċellana, li kien meqjus bħala materjal tal-elit fis- seklu 18. Parti mill-istrateġija kulturali tagħna hija li niżguraw li l-komunità tagħna jkollha aċċess għall-istorja u l-wirt tagħna, li ffurmawna bħala pajjiż u kif ukoll l-identità tagħna – u permezz ta' inzjattivi ta' din is-sura qegħdin niżguraw li dan ikun verament possibbli. Il-wirja hija mod innovattiv ta' kif qegħdin jiġi ppreżentat materjal arkeoloġiċi misjub fi skavi li saru fl-1998 ta' fossa u kif ukoll minn sejbiet oħra fil-parti tal-ħabs li saru aktar tard. Din il-wirja ġġib flimkien id-dixxipplini tal- arkeoloġija, storja tal-arti u l-antropoloġija storika, u titfa' dawl b'mod speċifiku fuq grupp ta' porċellana bikrija – grupp ta' artefatti privileġġati li jagħtuna l-possibbiltà li nesploraw il- karattersitiċi kulturali u raffinati tal-istabbilment tal-Inkwiżitur f 'Malta tas-seklu 18. Il-wirja tiffoka fuq grupp żgħir iżda importanti tal- porċellana u frammetti ta' artefatti magħmula mill-ġebel misjuba fil-Palazz tal- Inkwiżitur. Apparti li hija wirja li tqanqal kurżità, qed tittella' f 'palazz meraviljuż u ta' min jgħid li huwa wkoll l-unika kumpless Inkwiżitorjali Barokk li għadu miftuħ għall-pubbliku fl-Ewropa. Il-Porċellana tal-Inkwiżitur f 'Malta tas-Seklu 18 hija parti minn studju li għaddej bħalissa li se jirriżulta f 'fehim aħjar tal-istabbilment inkwiżitorjali f 'Malta. * * * Semmejt l-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Din il- ġimgħa flimkien mal-President tar-Repubblika nedejna kemm il-kunċert li bih tiftaħ l-istaġun tagħha l-orkestra – MPOpening Notes li ttella' nhar il-Ġimgħa, u wkoll skema biex tħajjar iktar nies jattendu attivitajiet imtella' mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta u fl-istess ħin permezz tagħha l-pubbliku jgħin lill-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) b'kontribut finanzjarju għax-xogħol li din il-Fondazzjoni qed twettaq ma' dawk l-iktar fil-bżonn. Infaħħar din il-kollaborazzjoni minħabba li tkompli ssaħħaħ il-firxa ta' avvenimenti artistiċi u kulturali ta' dan it-tip li huma disponibbli għall-pubbliku, speċjalment għal kawża ġusta. Apparti li dan il-kunċert huwa żieda sabiħa għall-kalendarju kulturali li dejjem qiegħed jikber u huwa mfittex ħafna minn viżitaturi ta' pajjiżna, kif ukoll Maltin, dan il-kunċert qiegħed jipprovdi wkoll opportunità lil artisti lokali biex jippromovu t-talent tagħhom. L-aġġornament għall-Iskema tal-membri tal-MPO, toffri lill-membri, l-opportunità biex ikunu parti mill-ensemble mużikali nazzjonali ta' Malta għal €10 filwaqt li jibbenefikaw minn biljetti limitati għal €1 u skonti ta' 50%. Id-dħul imur kompletament għall-Malta Community Chest Fund Foundation. * * * Kienet żjara pożittiva hafna dik li għamilt fis-Soċjetà Mużikali Maria Mater Gratiae ta' Ħaż-Żabbar. Matul iż- żjara rajt b'għajnejja l-pjani impressjonanti li din is- soċjetà għandha għall-binja, partikolarment għat-teatru miftuħ uniku li għandha. Dawn iż-żjajjar ngħożżhom għaliex nara fihom frott il- ħidma tal-Ministeru. Għajnuna li nagħtu lill-għaqdiet volontarji mxerrda mal-pajjiż biex ikomplu jmexxu 'l quddiem dak kollu li huwa Malti. * * * Illum il-Ħadd qed infakkru festa għalina l-Maltin u Għawdxin kollha, Jum il- Vitorja. Mal-ewwel nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba. Dalgħodu jkun hemm iċ- ċerimonja uffiċjali fil-Belt Valletta, fil-Forti Sant'Anġlu u wkoll fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata. Hija wkoll opportunità biex wieħed iżur il-Forti Sant'Anġlu fejn hemm ġurnata ta' attivitajiet kulturali. U għal dawk li huma dilettanti, jistgħu jsegwu wkoll ir-Regatta Nazzjonali li ssir fil- Port il-Kbir. U dan huwa s-sabiħ tax- xogħol li nagħmlu. Wara proġett kbir ta' restawr, erġajna għaddejna l-Forti Sant'Anġlu lura lill-poplu, biex igawdi l-Patrimonju Kulturali rikk li għandna f 'pajjiżna. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 18 Opinjoni Talent Malti fuq livell internazzjonali Parti mill-wirja 'Il-Porċellana tal- Inkwiżitur f 'Malta tas-Seklu 18'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019