Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
Sports 25 BRANDIN Paiber - pedina importanti għal Floriana li lagħab ħafna mit-tfulija u ż-żgħożija tiegħu fl- Arġentina fejn hemmhekk beda jilgħab b'mod professjonali. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol trawmet bis-saħħa ta' missieri li kien plejer. Kont immur narah jitħarreġ mat-timijiet li lagħab magħhom kif ukoll fil-partiti li kien jilgħab. Kont ngħid li xi darba xtaqt insir bħalu. Għadda ż-żmien u ninsab nilgħab il-futbol kif dejjem xtaqt. X'taħseb dwar dak kollu li wrejt s'issa ma' Floriana? Naħseb li kemm ili ma' Floriana sa minn Jannar illi għadda qed nilgħab tajjeb. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? U taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naħseb li l-futbol Malti llum il-ġurnata huwa ħafna aħjar mis-snin l-oħra minħabba li kull tim jista' jirbaħ lil ħaddieħor. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma tantx naqbel mal- idea ta' 11-il plejer barrani minħabba li timijiet kbar ser iġibu plejers ta' ċertu kalibru filwaqt li dawk li forsi għandhom baġit limitat ma jkunux jistgħu jagħmlu l-istess ħaġa. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Nemmen li hemm plejers li jiġu jilagħbu fil-futbol Malti u kapaċi jagħmlu d-differenza għalkemm irridu nammettu li mhux kollha jistgħu jagħmlu dan. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Jogħġbuni ħafna l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u l-Hibernians Stadium. Personalment ma naqbilx li l-kampjonat Premier jintlagħab fi grawnds b'wiċċ sintetiku iżda fuq dak naturali. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Mhux faċli li tkun plejer tal-futbol bħalma ħafna jaħsbu. Ma tistax torqod tard, trid toqgħod attent x'tiekol u jkun hemm ġranet fejn ma tistax toħroġ mal- ħbieb minħabba li l-ġurnata ta' wara jkollok it-taħriġ. Madankollu li tilgħab il- futbol hi xi ħaġa verament sabiħa għalkemm trid taħdem għal din il-karriera. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal- futbol? Nirringrazzja lill-Bambin li jien plejer full time. Jien twelidt f 'Malta iżda lgħabt ħafna mit-tfulija u ż-żgħożija tiegħi fl-Arġentina u hemmhekk bdejt nilgħab b'mod professjonali. Ġejt hawnhekk, jien Malti iżda ironikament ngħodd bħala barrani. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill- kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Nixtieq li niġi mgħajjat mat-tim nazzjonali, dik hija l-ħolma tiegħi. Qatt ma kelli ċ-ċans li nilgħab għal Malta għax tlaqt l-Arġentina meta kelli 10 snin. Min- naħa tiegħi jien qed nagħti dak kollu li naf sabiex forsi l-kowċ Ray Żażu Farrugia jinnutani u jgħajjatli. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? It-tir tiegħi huwa li nkompli nikber dejjem aktar u nara jirnexxilix nagħmel il-qabża fil- kwalità. Naf li hawn plejers Maltin li jilagħbu barra minn Malta u nixtieq li nagħmel bħalhom. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Li nista' ngħid hu li trid taħdem qatigħ speċjalment jekk l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb. Huwa hemmhekk fejn trid tagħti l-mija fil-mija tiegħek għax imbagħad l-affarijiet jiġu waħedhom u tasal fejn trid. Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 | illum 'Trid taħdem qatigħ speċjalment jekk l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb' Cristian Antony Muscat It-tir tiegħi huwa li nkompli nikber dejjem aktar u nara jirnexxilix nagħmel il-qabża l- kwalità. Naf li hawn plejers Maltin li jilagħbu barra minn Malta u nixtieq li nagħmel bħalhom