Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841
Sports 30 illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Jiena minn dejjem kont bniedma sportiva. Kont involuta fil-ġinnastika kif ukoll fl-atletika, naħdem ukoll bħala personal trainer u group fitness instructor. B'hekk l-isport dejjem kien għal qalbi, tista' tgħid illi l-body building għażel lili u mhux jien għażilt lilu. Kollox beda meta mort għand Susan Borg illi llum hija l-kowċ tiegħi. Jien mort għandha biex tgħinni b'dieta biex nagħmel photoshoot, peressli kont se niftaħ l-istudio tiegħi, u darba fost l-oħrajn semmietli l-kompetizzjoni. Jien lanqas kelli idea għal xiex kont dieħla, u ftit tal-ġimgħat qabel saqsietni jekk kellix kollox lest għall-kompetizzjoni fosthom kostum u żarbun. Ovvjament jien ma kellix idea, u spiċċajt xtrajt kollox second hand. Ħaġa wara l-oħra u qabel ma biss naf x'kien laqatni kont irbaħt il-Kampjonat ta' Malta, u awtomatikament kelli nirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Ċipru. Dakinhar ġejt it-tielet fil- kategorija tal-amatures! Wara dik il-kompetizzioni tħajjart nerġa' nikkompeti fil-World Fitness Federation European Championships 2018 fejn ħadtha aktar bis-serjetà u rnexxieli nirbaħ il-Kampjonati Ewropej u ngħatajt l-opportunità li niġi promossa għal-livell ta' 'PRO'. Jien aċċettajt, u b'hekk issa sirt nirrappreżenta lil Malta fl-ogħla livell ta' dan l-isport, u nikkompeti ma' atleti illi jipprattikaw din id-dixxiplina full- time. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek meta riċentament ikklassifikajt fit-tielet post fil-Kampjonati Mondjali? Sewwa qed tgħid li kienet esperjenza inkredibbli u unika. Li tikkompeti mal- aqwa atleti fid dinja u tirrappreżenta lil pajjiżek huwa l-aqwa unur li jista' jkollok. Il-fatt illi mbagħad jirnexxielek tikseb riżultat daqshekk pożittiv huwa straordinarju. Meta wasalt għar-reġistrazzjoni lejlet il-kompetizzjoni ħassejtni daqsxejn mwerwra meta ndunajt kemm kien hemm kompetituri fil-klassi tiegħi - aktar minn 40 tfajla minn pajjiżi differenti mid-dinja kollha. Fuq il-palk tal-finali kont waħda minn 13-il tfajla kollha tal-aqwa livell fid dinja. It-tir tiegħi kien illi nikkwalifika bħala waħda mill-aqwa 6. Xħin indunajt illi kont ilħaqt it-tielet post kont emozzjonata ħafna. Li tkun fuq il-podju u jirnexxielek tgħolli l-bandiera Maltija ħdejn dawk tal- Amerika u tal-Awstralja hija xi ħaġa fenomenali. Dan l-aħħar kont impenjata f 'xi kompetizzjonijiet oħra hux hekk? Iva, kelli żewġ kompetizzjonijiet ferm importanti matul din is-sena. L-ewwel kelli mmur l-Ingilterra eżattament fil-belt ta' Manchester fejn ikkompetejt b'suċċess fil-kampjonati Ewropej tal- Bikini Models. Irnexxieli niġi fl-ewwel post u għalija dan kien sodisfazzjoni enormi meta tqis li kien hemm kompetizzjoni iebsa. Lanqas laħqu għaddew tletin ġurnata meta ħadt sehem f 'avveniment ieħor prestiġġjuż, din id-darba l-Universe Championship li sar fil-Korea t'Isfel. Kienet sfida ferm iebsa minħabba li kont qed nikkompeti ma' parteċipanti li rebħu din il-kompetizzjoni darbtejn. Kont veru anzjuża iżda bl-għajnuna t'Alla mort tajjeb ukoll minħabba li spiċċajt fil-ħames post meta kkompetew 16-il mudella tal-bikini b'kollox. Dawn kollha huma mudelli professjonali u dan il-fattur aktar kabbar il-prestiġju tal-kompetizzjoni. Dan is-sajf għaddejtu xi ftit mistrieħa mid-dieti u t-taħriġ għalkemm issa bil-mod il-mod se nixħet ħarsti lejn il-Messiku fejn se nkun qed nirrappreżenta lil Malta fil-kampjonati tad-dinja tal-Bikini Models. Qed nerfa' l-enerġija kollha sabiex immur tajjeb f 'dan l-avveniment. Qed ninnota li l-vjaġġi li tagħmel huma kemxejn twal. Iva mija fil-mija. Ommi tgħidli qisek sejra vaganza iżda verament ma jkunx il-każ. Trid tistrieħ sew qabel kull kompetizzjoni u l-vjaġġ fih ħafna strapazz. Biex tgħaxxaqha jien ma tantx indum fil-pajjiż li nkun fih u għalhekk kemm nieħu sehem u nerġa' niġi lura Malta minħabba impenji ta' xogħol. Dan jagħmel il-biċċa xogħol iktar diffiċli minħabba li jkollok perjodi twal fejn tkun qed tivvjaġġa minn post għall-ieħor. Hemm stress enormi iżda jien inħoss li jekk trid tagħmel dak li tħobb verament, ikollok tagħmel is-sagrifiċċji. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Lanqas xejn. Il-bodybuilding aktar jirrikjedi dixxiplina milli saħħa fiżika. Il-membri tal-ġurija jkunu qed ifittxu simetrija, żvilupp, definizzjoni kif ukoll estetika. Ma jfissirx illi l-bodybuilding huwa biss għal nies ta' statura kbira. Illum il- ġurnata huwa miftuħ għal kulħadd. Int tieħu sehem fil-kategorija 'Bikini Fitness'. X'differenzi jgħaddu bejn din il-kategorija u kategoriji oħra fil- bodybuilding? Il-bikini fitness hija l-kategorija illi togħġob lili. L-isport fih diversi kategoriji skont il-qies tal-kompetituri. Ovvjament kulħadd ikollu l-kategorija illi tkun togħġob lilu. Il-kategorija tiegħi ma tirrikjedix il-massa ta' muskolu iżda tirrikjedi li l-atleta tidher soda fil-muskolu, proporzjonata u kunfidenti fil-preżenza tagħha fuq il-palk. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu seem f 'din il-kategorija kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji oħra tal- bodybuilding? It-taħriġ fiżiku jiddiversifika skont il-kategorija jew l-isport li wieħed ikun qed jikkompeti fih. Jekk l-għan tiegħi kien li nidher toned kemm jista' jkun, jien kont indaħħal bilanċ ta' weight training u ftit cardio biex jgħinni nonqos u naħraq ix-xaħam żejjed. Huwa importanti li wieħed jgħid illi d-dieta għandha rwol importanti daqs it-taħriġ fejn tidħol din id-dixxiplina. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Huma dixxiplini kompletament differenti minn xulxin. Il-bodybuilding huwa dixxiplina ffukata fuq l-estetika u forma filwaqt illi l-weightlifting u l-powerlifting huma ffukati fuq is- saħħa. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Hekk hu. Il-bodybuilding huwa maqsum f 'żewġ staġuni fis-sena. Fi Staġun A jkun hemm il-kampjonat nazzjonali ta' Malta illi dis-sena sar fit-18 ta' Mejju, fejn min ikkwalifika mar jirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Manchester fl-Ingilterra għall- European Championships. Ġimagħtejn wara l-Europeans ikun hemm ukoll il-Universe illi dis-sena saru ġewwa l- Korea, fejn hemmhekk iltaqgħu l-aqwa atleti ta' madwar id-dinja illi jkunu kkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni. Huwa importanti li wieħed jinnota li hawn diversi federazzjonijiet lokali u internazzjonali u kull federazzjoni jkollha l-kampjonati tagħha. Issibu għajnuna minn SportMalta u mill-Kumitat Olimpiku Malti? 'Il-body building għażel lili Cristian Antony Muscat Leanne Bartolo - bikini fitness model tal-ogħla livell li riċentament għamlet unur u ġieħ kbir lil pajjiżna permezz ta' diversi kompetizzjonijiet internazzjonali importanti u prestiġjużi li rebħet. Hija bikini fitness model tal-ogħla livell. Riċentament għamlet unur u ġieh kbir lil pajjiżna permezz ta' diversi kompetizzjonijiet internazzjonali importanti u prestiġjużi li rebħet. Hija wkoll edukatriċi. LEANNE BARTOLO