Illum previous editions

ILLUM 8 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1163841

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 8 ta' Settembru 2019 8 Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi ĦAFNA ħaddiema barranin, l-aktar dawk fis-settur tal- kostruzzjoni, qed joffru sfidi akbar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni fuq il-post tax-xogħol. Dan qalu Melhino Mercieca, kelliem tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol, meta l-gazzetta ILLUM tkellmet miegħu dwar l-aħħar statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u li turi kif fuq perjodu ta' ħames snin, 21 ħaddiem tilef ħajtu. Mercieca saħaq li filwaqt li f 'kull settur jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni, insista li ċertu setturi joffru riskji akbar, fosthom is-setturi tal- kostruzzjoni. Kien hawn li Mercieca spjega kif waħda mill-isfidi li qed jiffaċja dan is-settur huma l-ħaddiema barranin. Fi kliemu, "minħabba problemi ta' komunikazzjoni, ikun hemm sfidi akbar fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni." Minkejja dan, Mercieca nnota kif l-inċidenti fuq il- post tax-xogħol mhumiex qed jiżdiedu iżda qed jonsqu. "Bla ma nnaqqsu mis- sensittività tal-effetti negattivi li l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol iġibu magħhom, irid jiġi ppreċiżat li meta wieħed janalizza l-istatistika fuq medda wiesgħa ta' snin u mhux fuq perjodu żgħir, ir-rata tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol qed tonqos." Fil-fatt, Mercieca, għamel referenza għall-aħħar Rapport Annwali tal-Istess Awtorità u li juri kif l-inċidenti qed jonqsu, tant li kien hemm snin fosthom fl-2003 u l-2004 fejn l-inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol laħqu t-12-il każ. Għaliex ħafna inċidenti fost kumpaniji żgħar u self employed? L-ILLUM analizzat din l-istatistika tal-NSO u minnha rriżulta li l-maġġoranza tal-inċidenti fatali li seħħew fl-aħħar snin seħħew f 'kumpaniji żgħar li ma jħaddmux aktar minn disa' persuni jew inkella fost dawk li jaħdmu għal rashom. Din il-gazzetta staqsiet lil Mercieca dwar x'qiegħed iwassal biex dawn il-kumpaniji żgħar jesperjenzaw diversi inċidenti. Huwa saħaq li huwa fatt magħruf li postijiet tax-xogħol żgħar huma aktar esposti għal riskji ta' inċidenti u korrimenti fuq il-post tax- xogħol u dan minħabba diversi fatturi, fosthom in-nuqqas ta' informazzjoni, taħriġ u implimentazzjoni tar- regolamenti. "Dan ma jridx jiġi interpretat li dawn il-postijiet tax-xogħol huma inqas lesti li jipproteġu l-ħaddiema tagħhom, iżda dan in-nuqqas hu marbut ma' riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani kif ukoll nuqqas kbir ta' kompetenza fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol," insista l-kelliem. Mercieca insista li dan il- fenomenu mhux limitat għal Malta biss iżda hu esperjenza madwar l-Unjoni Ewropea tant li ġie rifless ukoll fl- istrateġija tal-UE dwar is- Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020. "Irid jiġi nnutat ukoll li l-maġġoranza assoluta tal- ħaddiema huma mpjegati mal-mikro-intrapriżi u l-intrapriżi ta' daqs żgħir," fakkar l-uffiċjal. 'Ir-regolamenti hemm bżonn ikunu ċari' Iżda allura għandna nserrħu rasna għax dan mhux fenomenu ta' Malta biss? Assolutament le, ikompli jwieġeb Mercieca. Insista li l-Awtorità minn dejjem saħqet fuq l-importanza li r-regolamenti jkunu ċari u dan sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-regolamenti b'mod iktar ċar u faċli. Kompla jisħaq li l-istess Awtorità taħdem b'mod kontinwu biex jiġu żviluppati għodod biex jassitu lill- kumpaniji żgħar u anke lil dawk li jaħdmu waħedhom fl- implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni. Mistoqsi biex jagħti xi eżempji konkreti, Mercieca semma t-tqassim ta' gwidi prattiċi li saru b'lingwaġġ sempliċi biex ikun jista' jifhimhom kulħadd. Dawn il-linji gwida jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol. Iżda apparti minn hekk, Mercieca spjega kif l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol taħdem ukoll b'mod kontinwu mal- Aġenzija Ewropea għas- Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u fost dawn semma l-ħolqien tal-Online Interactive Risk Assessment. X'inhi eżatt? Il-kelliem spjega kif waħda mill- isfidi li kumpaniji żgħar u dawk li jaħdmu waħedhom jesperjenzaw hija l-evalwazzjoni tar-riskju. "Permezz ta' din l-għodda, min jaħdem għal rasu kif ukoll il-mikro-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar, ikunu jistgħu jagħmlu l-evalwazzjoni tar-riskju b'xejn u b'mod iktar faċli," spjega Mercieca waqt li fakkar fl-għadd ta' seminars li jiġu organizzati flimkien mal-Aġenzija Ewropea biex jiġu indirizzati diversi suġġetti li jolqtu b'mod dirett lil dawn il-kumpaniji żgħar u persuni li jaħdmu waħedhom. Anke jekk ħafna drabi n-nuqqas ta' informazzjoni hija l-kaġun ta' ħafna mill- inċidenti, Mercieca insista li l-maġġoranza tal-inċidenti jseħħu sempliċiment minħabba nuqqas tal- implimentazzjoni tar- regolamenti, partikolarment fejn tidħol l-evalwazzjoni tar-riskju, il-ħatra ta' persuni kompetenti sabiex jassistu lill min iħaddem (project supervision fil- każ ta' kostruzzjoni), l-implimentazzjoni tal- miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni u provvedimenti li jikkonċernaw it-taħriġ, superviżjoni u informazzjoni. Issib imbagħad, ikompli Mercieca, li jkun hemm min juża prattiċi u sistemi ħżiena u li mhumiex konformi mar- regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol. Imma anke l-ħaddiem għandu responsabbilitajiet Anke jekk tkellimna fit-tul dwar min iħaddem u min jaħdem għal rasu, Mercieca fakkar li r-regolamenti tas- saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ipoġġu wkoll obbligi fuq il-ħaddiema wkoll. Fil-każ tal-kostruzzjoni, fakkar li hemm obbligi wkoll fuq il-klijent u anke l-project supervisor. "Importanti li dawn il- persuni jkunu infurmati fuq l-obbligi tagħhom," insista Mercieca. Iżda qed isir biżżejjed infurzar? Iżda faċli tappella u tirregola. Qed isiru spezzjonijiet biżżejjed? Mercieca jwieġeb fil-pożittiv u saħaq li waħda mir-raġunijiet għat-tnaqqis fir-rata ta' korrimenti jew imwiet fuq il-post tax-xogħol hija riżultat, fost oħrajn, tal-ispezzjonijiet li jsiru fuq il-postijiet tax-xogħol. "L-OHSA żiedet in-numru ta' spezzjonijiet li jsiru fuq il-postijiet tax-xogħol kemm ta' natura proattiva kif ukoll spezzjonijiet marbuta mal- investigazzjoni ta' ilmenti jew inċidenti fuq il-post tax- xogħol," saħaq Mercieca. Mistoqsi x'jinkludu l-azzjonijiet legali li tieħu l-Awtorità f 'każ ta' ksur tar-regolamenti, Mercieca saħaq li mhux l-ewwel darba li kien hemm kumpaniji li twaqqfilhom ix-xogħol, ħruġ ta' multi amministrattivi, kif ukoll azzjoni legali fil-Qrati. Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol Ħaddiema barranin joffru sfida akbar Madanakollu, Melhino Mercieca mill- OHSA jisħaq mal-ILLUM li l-korrimenti u l-inċidenti fatali fuq il-postijiet tax- xogħol qed jonqsu u mhux jiżdiedu Ħaddiema: Problemi ta' komunikazzjoni jistgħu joffru sfidi akbar fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni Melhino Mercieca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 September 2019