Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 'L-omosesswalità ħalliet ħerba fil-Knisja' Ma' Dun David ma nistgħu qatt naqblu fuq il-mod kif jitkellem fuq il-komunità LGBTIQ, aktar u aktar għax bi kliemu jidher qed iwaqqa' ċ-ċajt lil dawn il- persuni. Għamilthielu ċara mill-ewwel li mhux se nippermetti li jwaqqa' għaċ-ċajt l-isem ta' din il-komunità. "Qed tgħidli li tkellem lil kulħadd. Ma taħsibx li bi kliemek qed twaqqa' għaċ- ċajt u tweġġa' li dawn in-nies?" staqsejtu. "Qatt mort Gay Pride? Taf kemm jattakkawhom lill-qassisin u lis-sorijiet. Taf kemm jgħadduna biż-żmien," wieġeb. Iżda fakkartu li hu saċerdot u aktar minn kulħadd irid jomgħod kliemu. Ma jaħsibx li esaġera? "Le," weġibna bla ma ħasibha. "Jiena qed nara minn dawn l-iskandli li hawn fil-Knisja, Kardinal 'l hemm u Isqof 'l hawn. Insemmilek biss lill-Kardinal McCarrick. X'ħerba ġabet fil-Knisja l-omosesswalità tiegħu," insista Dun David. Kompla jgħid li hu daħal is-Seminarju ta' 23 sena. "Rajt minn ġewwa x'hemm, il-gay subculture fis-seminarji ... f 'Ruma. X'ħerba ħalliet l-omosesswalità fil-Knisja. Hemm ifferuċjajt fuq din il- kwistjoni," saħaq. Waqqaftlu u nsistejt miegħu li ma jistax iqabbel dak li għamel il-Kardinal McCarrick ma' relazzjoni bejn koppja LGBTIQ. Dak li għamel McCarrick huwa ħażin għax kien min kien, kiser iċ-ċelibat u abbuża seminaristi. Huwa McCarrick il-ħażin, mhux l-omosesswalità. "Jekk int Nisrani u trid tgħix ta' Nisrani obbdi l-kmandamenti," insista Dun David. 'Jilbsu staten u spelizez u jimxu bil-boyfriend magħhom' Erġajt staqsejtu kif jista' jgħid persuna li twieldet gay li qed tikser il-kmandamenti. "L-omosesswalità ma ħalaqhiex Alla," weġibni u meta bqajt nissikkah, qalli ċar u tond li "l-omossesswalità hija dnub." Il-Knisja iżda tgħid li Alla huwa mħabba. L-imħabba hija xi ħaġa sabiħa u tajba. Allura kif jista' jgħid lil żewġt irġiel li jħobbu lil xulxin li l-imħabba ta' bejniethom hija dnub. "Trid tkun veru mħabba," saħaq Dun David. "Allura qed tgħid li mħabba bejn raġel u raġel jew mara u mara ma tistax tkun ta' vera?" erġajt staqsejtu. "Tista' tkun, iżda ma tistax tkun imħabba erotika." Dun David dilettant tal-festi. Jekk iħares ħarsa madwaru jinduna li hemm ħafna rġiel gay li huma involuti fil-festi u jarmaw fil-knejjes. Lil dawn, meta jiltaqa' magħhom x'se jgħidilhom? Mhux qed innaffarhom? "Mimlijin bihom," wieġeb Dun David. "Jilbsu staten u spelizez u jimxu bil-boyfriend magħhom ... skandlu għall-abbatini. Jirreċtaw ta' Kristu. Din ipokrezija kbira." Wara li qal dan kollu, biex jiċċara dak li jemmen fih saħaq: "Jien m'iniex kontra l-omosesswali. Jien kontra l-omosesswalità." Żeffen mill-ġdid il-Katekiżmu tal- Knisja. Saħaq li kitbu qaddis, il-Papa Ġwanni Pawlu II. "Fejn qiegħda d-diskussjoni fuq l-omosesswalità? Wara l-istupru, il-fornifikazzjoni, il-pornografija?" saħaq Dun David. "Tippretendi li mmur kontra t-tagħlim tal-Papa?" kompla jistaqsi, anke jekk, ngħiduha kif inhi, ma ddejjaqx imur kontra l-Papa meta jfaħħar il-politika ta' Salvini. 'Ma niħdux riskji fis-seminarji...' Dejjem skont Dun David, il-Papa Franġisku u l-Papa Benedittu appellaw biex il-Knisja "ma tiħux riskju" u ma ddaħħalx omosesswali fis-seminarji. Fakkartu li anke qassis straight jista' jiżbalja. Wara kollox kien hemm każijiet ta' saċerdoti li stupraw nisa. "Imma l-maġġoranza kienu kollha rġiel ma' subien," baqa' jinsisti Dun David, kważi kważi jħallat żewġ affarijiet li mhux relatati, jiġifieri l-omosesswalità u l-pedofelija. Għal mistoqsija waħda wara l-oħra dwar jekk jaħsibx li qed iweġġa' persuni u Nsara bħalu, Dun David wieġeb biss li hu jieħu pjaċir b'min jgħidlu l-verità. "Dawn il-gays ħadu kollox. Iż-żwieġ, li jrabbu t-tfal. Mhux kuntenti dawn? Neħħejna l-missier u l-omm minn fuq iċ-ċertifikati. Meta tikber ma għandekx dritt tkun taf min hu l-missier bijoloġiku tiegħek?" kompla jgħid. L-Arċisqof qatt ma ġibidlu l-attenzjoni? Jien u nagħmel l-intervista ħassejtni aktar qed nitkellem ma' politiku milli ma' qassis. Dun David ma jibżax li jiċċensurawh bħalma ċċensuraw lil Patri Mark Montebello? "L-Isqof diġà ħa d-distanza minni. Staqsiha lilu mhux lili," saħaq. "Minn meta mort għand Lowell għaddew ġimgħat. L-Isqof kellmek?" staqsejtu. "Qatt," qal Dun David. Waqt Xarabank qal ukoll li jekk l-Arċisqof jagħtih il-permess, joħroġ għall-politika. Qed jaħsibha jikkontestax? "Le. Jien għaddej tajjeb. Filgħodu nqum, nieħu toast bil-bajda u te mmur inqaddes nofs siegħa u mbagħad neħodha relax. Jien xi rridu dak l-inkwiet," qal Dun David. 'Kulħadd ixerred id-dmugħ tal-kukkudrilli għall-mewt ta' Daphne' Fl-aħħar nett tkellimna miegħu fuq il-legalizzazzjoni tal-kannabis mediċinali u d-dikriminilizzazzjoni tal-kannabis rikreattiva. Skont Dun David, minn dawn, se jispiċċaw ibatu l-bdiewa li qegħdin bil-qbiela, għax skontu l-Gvern se jispiċċa jagħti artijiet sħaħ lil dawk il-korporazzjonijiet kbar li lesti biex ikabbru l-kannabis f 'Malta u jesportawha fl-UE. "Anke f 'din il-ħaġa qed jgħadduna biż- żmien," saħaq Dun David. "Dawn kienet tgħidhom Daphne, li kulħadd ixerred id-dmugħ tal- kukkudrilli għal mewtha, iżda fil-fond ta' qalbhom jifirħu li marret id-dinja l-oħra, inkluż ħafna Nazzjonalisti, għax huma l-iżjed li qed jaqilgħu flus, inkluż mill-passaporti," temm jgħid Dun David. "Ma hemm xejn li hu moħbi li ma jinkixifx." Intervista Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum omosesswalità ... ħalliet ħerba fil-Knisja' Dawn kienet tgħidhom Daphne, li kulħadd ixerred id-dmugħ tal- kukkudrilli għal mewtha, iżda fil- fond ta' qalbhom jifirħu li marret id- dinja l-oħra, inkluż ħafna Nazzjonalisti, għax huma l-iżjed li qed jaqilgħu flus, inkluż mill- passaporti Ritratt: James Bianchi Nota Editorjali: Biex niċċaraw. Din il-gazzetta hija assolutament kontra wħud mill-argumenti li qed jagħmel Dun David Muscat. Minkejja dan, temmen li ideat bħal dawn li semgħuhom tant Maltin u Għawdxin għandhom ikunu sfidati. Biex inwieġbu: hija tal-mistħija li qassis, illi suppost jgħallem l-imħabba lejn il-proxxmu, f 'din l-intervista qiegħed jappella biex l-immigranti jintbagħtu lura l-Libja, mingħajr eċċezzjoni, għat-tortura u l-ksur sfaċċat tad-drittijiet umani. Tfittxija sempliċi fuq l-internet turik eżatt x'martirju qed jgħaddu minnu ħafna immigranti f 'dan il-pajjiż. X'kontradizzjoni! Dun David juża t-tagħlim kattoliku fejn irid u fejn jaqbillu. Għall- omosesswalità jikkwota lill-Papa, imma fejn tidħol il-ħajja u d-dinjità umana ta' raġel jew mara sewda, għal dawk addio Papiet u Kattoliċiżmu! Imbagħad, iċ-ċirasa fuq il-kejk. Iwaħħal fl- omosesswalità għal qassisin omosesswali jew pedofeli. L-ewwel nett jekk lanqas biss tgħallem id- differenza bejn omosesswalità u l-pedofelija, għandu bżonn jerġa' jmur l-iskola tan-nuna! It-tieni nett, jekk hemm xi ħadd li jaħti għall- qassisin omosesswali, hija l-Knisja stess li oppressat l-omosesswalità għal deċenji sħaħ. Tant li ħafna omosesswali sabu refuġju taħt l-ispellizza biex jaħbu min huma!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019