Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum Sports 25 F'EKU tat-telfa minima iżda diżappuntanti ta' 1-0 li t-tim nazzjonali Malti sofra kontra l-Gżejjer Faroe fil-jiem li għaddew, tkellem il-president tal-MFA Bjorn Vassallo. Waqt li esprima d-diżappunt tiegħu, huwa qal li bl-ebda mod ma jistgħu jieqfu f 'dan l-istadju iżda minflok spjega l-pjanijiet tal-MFA hekk kif imfissra fl-istrateġija 'Vision 2027' biex jitjieb il-livell tat-tim nazzjonali kif ukoll tal-plejers Maltin kemm permezz ta' pjan li jibda jagħti l-frott f 'qasir żmien kif ukoll għall-pjan fit-tul. Dawn il-pjanijiet jinkludu tibdil fl- istrateġija taċ-Ċentru Tekniku li se jkun qed jibda bl-impjieg immedjat ta' Direttur Tekniku ġdid, l-introduzzjoni ta' programmi ġodda ta' żvilupp, u t-twaqqif ta' fondazzjoni ġdida li se tkun qed tħares l-iżvilupp tal-futbol. Il-president tal- MFA tkellem ukoll rigward pjanijiet biex klabb Malti jibda jilgħab fil-Kampjonat Taljan Lega Pro biex plejers Maltin ikunu jistgħu jitħarrġu u jilagħbu f 'livell professjonali. Fi kliemu: "l-aspettattiva għall-partita kontra l-Gżejjer Faroe kienet għolja hekk kif il-perċezzjoni ġenerali kienet li konna se naffrontaw tim tal-livell tagħna, imsaħħa wkoll mill-fatt li konna għelibna lill-istess tim matul Marzu li għadda. Naqsam id-diżappunt tal-pubbliku kemm rigward ir-riżultat kif ukoll il-wirja tal-plejers Maltin li ma kinitx waħda mixtieqa. Waqt li ninsabu konxji mil-limitazzjonijiet tagħna, u f 'dan il-kuntest, it-tattiċi tagħna fil-logħbiet kontra timijiet kbar jiġu mifhuma, din kienet partita fejn it-tim tagħna kien mistenni li jirbaħha iżda dan ma kienx il-każ u għalhekk ħriġna ferm diżappuntati. Madankollu, il-president tal-MFA żied li għalkemm huwa jinsab ferm diżappuntat, ma kienx sorpriż bir-riżultati tat-tim nazzjonali. Huwa stqarr li: "ilna niddiskutu u niddibattu l-limitazzjonijiet tal-futbol Malti għal diversi snin. Fil-kampanja ta' qabel l-elezzjoni għall-president tal-MFA, iż-żewġ kandidati kienu ddisksutew pjanijiet għall-futur, fejn enfasizzaw l-importanza li jogħla l-livell tat-timijiet nazzjonali. L-ebda president jew organizzazzjoni ma jistgħu jiggarantixxu xejn ħlief l-implimentazzjoni ta' pjan fit-tul biex jiġi prodotti plejers Maltin aħjar kif ukoll xi miżuri veloċi. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn it-tim nazzjonali tal- Gżejjer Faroe, huma kellhom xejn inqas minn disa' plejers li jilagħbu barra mill-pajjiż, waqt li aħna kellna biss tnejn. L-iskop ta' kollox huwa li jkollna approċċ professjonali. Aħna qed nikkompetu fl-ogħla livell iżda qed nibqgħu lura. Dan jagħmilha imperattiv għalina biex nimplimentaw l-proġetti ppjanati - mhux ħa nieqfu hawn! Bjorn Vassallo żied li biex dan kollu jsir huwa neċessarju sforz kollettiv - "Ma nistgħux nagħmlu dan kollu waħedna iżda diġà kellna diskussjonijiet ta' suċċess mal-awtoritajiet relevanti li se jkunu qed jappoġġjawna biex nimplimenetaw dawn il- proġetti. Huwa tkellem ukoll rigward il-pożizzjoni tal-kowċ tat-tim nazzjonali Ray Farrugia fejn stqarr li f 'dan ir-rigward mhix kwistjoni li nippontaw subgħajna lejn persuna jew tnejn. Fi kliemu: "Ray Farrugia għandu kuntratt sa tmiem din is-sena kalendarja. Se nkunu qed nevalwaw is-sitwazzjoni wara l-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 u għandna żmien suffiċjenti biex nagħmlu dan, hekk kif il-kompetizzjoni li jmiss tat-tim nazzjonali se tkun qed tibda lejn nofs is-sena d-dieħla. Intant, meta rrefera għal stqarrija maħruġa mis-South End Core fuq il-media soċjali, Vassallo, qal li jifhem il-frustrazzjoni tagħhom, iżda reġa' saħaq li l-MFA għandha pjan fit-tul li għandu jħalli l-frott mixtieq fit-tim nazzjonali. L-ebda president jew organizzazzjoni ma jistgħu jiggarantixxu xejn ħlief l-implimentazzjoni ta' pjan fit-tul biex ikollna plejers Maltin aħjar It-tim nazzjonali Malti ... x'inhi t-triq 'il quddiem? Cristian Antony Muscat It-tim nazzjonali Malti u l-President tal-MFA Bjorn Vassallo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019