Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
ILGAZZETTA ILLUM tista' tiżvela li l-Pulizija qed tinvestiga numru ta' marki li nstabu mad- djar fis-Swieqi u li allegatament jintużaw minn gangs kriminali u professjonali fis-serq. Residenti mwerwra li tkellmu ma' din il-gazzetta, spjegaw kif din il-ġimgħa skoprew numru ta' taħżiż mal-proprjetà tagħhom (ara ritratti). Jidher li fil-kriminalità organizzata, dawn il-marki jintużaw mill-ħallelin meta jkunu qed jippjanaw is- serqiet tagħhom. Hu mifhum li dawn is-sinjali jfissru diversi affarijiet fosthom jekk id-dar tinsabx protetta bil-kameras tas-sigurtà u alarm, jekk hix dar li diġà nsterqet u saħansitra marka speċifika biex tiddistingwi dar 'fqira' minn waħda 'sinjura'. L-ILLUM għamlet kuntatt mas-Sindku tas-Swieqi, Noel Muscat li meta mistoqsi fuq din l-affari kien pront jispjega li għalkemm hu personalment ma kienx informat bl-aħħar sejbiet, din mhix l-ewwel darba li saru rapporti simili fil-lokalità. Mal- ILLUM huwa qal li reċentement saret laqgħa bejn il-Pulizija u l-lokalità li fiha ġew diskussi materji relatati fosthom dawk ta' aktar rondi mill-Pulizija tad- distrett. Ta' min jinnota li skont l-aħħar informazzjoni ppubblikata tul is- sena li għaddiet seħħew 20 serqa fis-Swieqi. Il-ħallelin kienu kapaċi jiftħu l-bieb f 'ħames sekondi Kif qal is-Sindku, din mhux l-ewwel darba li dan it-taħżiż mad-djar ġie konness ma' attività kriminali organizzata. Fl-2014, l-inħawi ta' Tas-Sliema u San Ġiljan kienu 'tterrorizzati' minn numru kbir ta' serqiet. F'dawn is-serqiet ukoll kienu ntużaw dawn is-sinjali. Wara investigazzjoni intensiva, il-Pulizija kienet ressqet il-Qorti grupp ta' kriminali magħmul minn żewġ irġiel mill-Ġorġja, ieħor mill-Polonja u żewġ nisa mill-Kyrgzstan u l-Litwanja mixlija b'28 serqa minn 24 appartament. F'serqa waħda minn appartament huma kienu ħadu €50,000 f 'deheb, ġojjelli u oġġetti oħra. Fil-Qorti kien ġie żvelat kif, dawn il-ħames persuni kienu jagħmlu parti minn organizzazzjoni kriminali barranija li tagħmel dawn it-tip ta' reati u li membri ta' din l-għaqda jkollhom tattoo biex ikun magħruf il-grad tagħhom fi ħdan l-għaqda. Ġie magħruf ukoll kif wieħed mill- membri kellu l-kapaċità jiftaħ il-bieb f 'ħames sekondi u dan mingħajr żgass. L-aħħar żvolta f 'dan il-każ kienet propju l-ġimgħa l-oħra meta l-Pulizija ppubblikat avviż dwar mara implikata f 'dan is-serq li sparixxiet minn Malta wara li ngħatat il-libertà proviżorja. Adilet Shakirgazieva, issa tinsab fil-lista ta' Europol bħala t-18-il mara l-aktar imfittxija fl-Ewropa. illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 8 Aħbarijiet Din il-ġimgħa numru ta' residenti s-Swieqi skoprew taħżiż mad-djar tagħhom, li allegatament jintużaw mill- ħallelin -istadju tal-ippjanar tas-serq tagħhom Il-Pulizija tinvestiga marki 'suspettużi' mad-djar fis-Swieqi lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter