Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Ċintura, xerrduha l-Patrijiet Agostinjani. Hija devozzjoni antika ħafna. Skont it-tradizzjoni, il- Madonna, liebsa libsa twila sempliċi u b'ċintura tal-ġild mal-qadd tagħha dehret lil Santa Monika, omm Santu Wistin, li kienet għadha kemm tilfet ir-raġel u li kienet imnikkta ħafna bil-ħajja li kien qed jgħix binha li kien abbanduna t-tagħlim Nisrani li rabbietu fih. Jingħad li f 'din id-dehra, il-Madonna neħħiet iċ-ċintura minn ma' qaddha u biex tikkonsla lil Monika tatha l-istess ċintura biex tilbisha hi. Talbitha biex tilbisha kontinwament biex tiftakar li hi tinsab kontinwament magħha. Meta binha Wistin ikkonverta, ħeġġietu biex anke hu jilbes din iċ-ċintura. Illum, iċ-ċintura hija simbolu tal-konsolazzjoni. Il- patrijiet Agostinjani jilbsuha ma' qaddhom fuq it-tonka tagħhom. L-Ordni Agostinjan jiċċelebra l-festa tal-Madonna taċ-Ċintura fl-4 ta' Settembru. Bandiera ġdida u xogħlijiet kbar fil-każin Biex ifakkru dawn iż-żewġ anniversarji importanti, il- partitarji tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta ma baqgħux b'idejhom fuq żaqqhom u l-ħidma, matul l-aħħar sena, ma waqfitx. Il-President tal-Għaqda Mużikali, Omar Xuereb spjega mal-ILLUM li kif kien xieraq, sar xogħol kbir fil-każin, fejn fost oħrajn, it-taraġ imponenti tiegħu nkesa b'irħam ġdid. Iżda x-xogħol ma waqafx sal-każin. Sadanittant il- voluntiera kienu qed jaħdmu fuq l-armar li jarma t-toroq tal-Gudja fil-ġranet tal-festa taċ-Ċintura, fosthom saru xi xogħlijiet il-kolonni tal- pilandri tal-pjazza u anke ġew irħamati mill-ġdid l-pilandri u t-trofej tat-triq biswit il-każin. Apparti minn hekk, bħal- lum ġimgħa, iżżanżnet ukoll bandiera ġdida għall-każin, li d-disinn tagħha huwa tal- mibki Renzo Gauci. Monument ġdid lill- Madonna taċ-Ċintura Iżda Xuereb saħaq kif il-festi lanqas mhuma se jieqfu llum malli tidħol il-purċissjoni. Fil- fatt, l-Għaqda Mużikali Marija Assunta firxet l-attivitajiet tagħha matul is-sena kollha. Fit-22 ta' Ġunju li għadda organizzaw Programm Mużikali li ċċelebra dawn iż- żewġ anniversarji importanti u se tkun qed tkompli bl-attivitajiet tagħha anke f 'Novembru, fejn fid-29 se ttella' Akkademja Mużikali fil-Knisja. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu qed jagħlqu bil-kbir nhar it-8 ta' Diċembru. Fi kliem il-President Omar Xuereb, dakinhar, f 'jum l-Immakulata Kunċizzjoni, taċ-Ċintura se jiċċelebraw festa kbira oħra li se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha bi kxif ta' monument f 'ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura, fil-qalba ta' Ġnien Raymond Caruana. 13 Festi Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum l-istaġun tal-festi fil-Gudja X'se jiġri llum fil- Gudja? 9:15am: Quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku 11:00am: Marċ tradizzjoni ta' filgħodu mill-Għaqda Mużikali Marija Assunta 6:15pm: Għasar solenni 7:00pm: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna taċ- Ċintura li matulha jingħad ir-Rużarju Nhar il-Ġimgħa l-Bormliżi jibdew jiċċelebraw... Il-festi din is-sena l-festi baqgħu għaddejjin bla nifs. Nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Novembru, kważi xahar aktar kmieni mis-soltu, il-Bormliżi se jibdew jiċċelebraw festa kbira lill- Immakulata Kunċizzjoni. Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa se jsir il-ħruġ tal-vara tal- Immakulata Kunċizzjoni min-niċċa tagħha biex nhar il-Ħadd li ġej tħalli Bormla lejn Birkirkara biex ikun iċċelebrat il-75 anniversarju mill-pellegrinaġġ nazzjonali tad-19 ta' Novembru tal-1944. Id-dettalji kollha ta' dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jinsabu fuq is-sit illum.com.mt Il-faċċata tal-każin u l-bandiera l-ġdida Dettall mill-istandart prim tal-fratellanza Il-Madonna taċ-Ċintura waqt il- purċissjoni quddiem il-każin. Jidhru l-fratelli taċ-Ċintura u l-planċier tal-banda

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019