Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
Sports 31 l-bajda minħabba li biex ikolli guidedog irrid nagħlaq 18-il sena. Naqbad ukoll is-servizz tat-trasport pubbliku waħdi. S'issa qed inħossni komdu bl-istikka l-bajda xorta. Kemm tgħinek it-teknoloġija li teżisti llum il-ġurnata? Għandi t-teknoloġija Call li tgħinni ferm u llum il-ġurnata hawn anke applikazzjonijiet fuq il-mowbajl li jgħinuni ħafna fil-ħajja ta' kuljum. Jien min-nofs tal-għajn ma narax għalkemm ninqeda ħafna minn mal- ġnub. Kif tmorru bħala ħbieb fit-tim? Aħna dejjem nippruvaw nkunu aktar magħqudin minħabba li nafdaw lil xulxin. Għalina ma teżistix diżabbiltà u xejn mhu impossibbli. Fuq nota xi ftit ċajtiera ngħidlek li llum ma fadal ħadd normali għalkollox. Hemm xi avveniment internazzjonali li tibqa' tiftakar kemm ilek tipprattika l-isport? Konna morna l-Italja f 'La Spezia u trattawna veru tajjeb. Kien esperjenza sabiħa u ġdida għalija u kien hemmhekk fejn ħadt l-ewwel midalja tad-deheb. Kien mument li ma ninsa qatt. X'tixtieq tara aktar mis-soċjetà fir-rigward tal-persuni neqsin mid- dawl? Fadal xi jsir għalkemm saru ħafna avvanzi. In-nies inġenerali jridu jitgħallmu aktar. Fost l-oħrajn jekk jaraw persuna nieqsa mid-dawl ma jibqgħux fin-nofs iżda jwarrbu ħalli tgħaddi. Anke xi kultant tara nies jixħtu l-iskart f 'nofs il-bankina. Dawn kollha huma ostakli li jistgħu jkunu ta' periklu għal nies bħal dawn. Ġieli ħassejtek iddiskriminat? Meta kont iżgħar ma kinitx faċli iżda biż-żmien tħossok iktar aċċettat. Ommi ħadmet ferm sabiex jien niġi inkluż dejjem aktar. Illum il-ġurnata nħoss li l-affarijiet avvanzaw ferm. Għada pitgħada ser tkun qed tidħol iktar bis-sħiħ fid-dinja tax-xogħol? X'taħseb dwarha? Qed nipprova nsib xogħol tajjeb u li nkun għal qalbi. Li hu żgur hu li l-għalliem tal-għawm tiegħi Keith Bartolo jixtieqni ħafna miegħu u jien qed nistinka sabiex nasal fejn nixtieq. Kif irnexxielek tagħmel l-eżamijiet tal-livell ordinarju? Ridt nirsisti ferm biex nasal għalihom. Sibt l-għajnuna għax kelli scribe u anke lettur li mbagħad jiktiblu. Xtaqt ġibt l-eżamijiet tal-Malti iżda ma rnexxilix filwaqt li ġibt il-marka 5 fit-Taljan. X'taħseb li ser ikun il-futur tiegħek? Jien ser nibqa' naħdem b'determinazzjoni sabiex il-ħolm tiegħi jirnexxi. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ għal dawk in-nies li qed jgħaddu minn xi problemi fiżiċi L-ewwel u qabel kollox trid taċċetta l-problema u tiġġieled kontra l-kurrent. Bil-frażi "Jaħasra, miskin" m'int ser tasal imkien. Jien nipprova kollox u ma naqtax qalbi. miskin' m'int ser tasal imkien għandu determi- Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum L-ewwel u qabel kollox trid taċċetta l-problema u tiġġieled kontra l-kurrent. Bil-frażi 'Jaħasra, miskin' m'int ser tasal imkien. Jien nipprova kollox u ma naqtax qalbi