Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 L-immigranti, il-barranin u l-popolazzjoni kien l-aktar suġġett li l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwaru u li dwaru kkritika lill-Gvern. Ikkwota ċifri ta' kemm jaħdmu barranin f 'pajjiżna, pjuttost indiskriminament u mingħajr ma (għall-ewwel) għamel distinzjoni bejn Ewropej u immigranti minn pajjiżi terzi. Fakkar illi aktar nies, ifisser aktar pressjoni. Huwa xebbah l-effett tal-popolazzjoni fuq l-infrastruttura ma' dik ta' dar iffullata u qal li l-unika soluzzjoni tal-Gvern hija li 'jkabbar l-ekonomija bil-barranin.' Dan il-punt huwa interessanti. L-ewwel nett il-barranin ġew pajjiżna propju għax l-ekonomija kibret u kien hawn ix-xogħol u mhux l-ekonomija kibret u kien hawn ix-xogħol għax ġew il-barranin. Din hija differenza netta u importanti, anke jekk il-miġja tal-barrani tat xi ftit ta' imbuttatura lill-konsum privat. Tajjeb ninnotaw ukoll iżda li hemm ċerta dipendenza fuq il-barranin, speċjalment fejn jirrigwarda proprjetà, is-suq tal-buy-to-let, il-kostruzzjoni u oħrajn. Huwa vera wkoll illi kieku kellhom jitilqu l-barranin kollha issa stess, hawn setturi li jieħdu daqqa kbira għax id-domanda tonqos waħda sew. Għalhekk wieħed tajjeb jistaqsi jekk jitilqu dawn l-immigranti min se jissodisfa d-domanda għall-mijiet ta' impjiegi li qegħdin fih huma? Dan allura jġibna għat-tieni punt. Jekk Delia jrid inqas, imma iktar kwalità fejn jidħlu barranin, kif se jagħmel dan? Kif se jasal għal din il-mira? U kif se jilħaq l-għan li 'jnaqqas il-barranin'? Inaqqas ir-ritmu ekonomiku biex ma jkunx hawn ħafna xogħol u l-barranin jitilqu? Tkun politikament u ekonomikament suwiċidali. Jitlob li Malta titlaq miż-żona Shengen? Tkun diffiċli li tikkonvinċi lill-UE li Malta tkun l-unika pajjiż li ma tkunx parti minn dan l-arranġament fil-blokk politiku (ir- Renju Unit se jitlaq mill-UE u numru ta' pajjiżi oħrajn għaddejjin mill-proċess biex jissieħbu). Jiġifieri fuq din il-kwistjoni jista' jkun li Delia qed jifhem il-burdata tal-poplu, imma qed jonqos milli joffri viżjoni għaż-żmien li ġej jew għat-tul. Fin-nuqqas ta' dan, ħafna illi ma jaqblux mal-politika ta' integrazzjoni ta' Muscat qed jersqu lejn l-estrem li qed joffri soluzzjonijiet radikali jew ma jivvutawx. Adrian Delia sfida lill-PM Muscat biex ineħħi l-possibbilità li l-Gvern jaħtar deputati minn tiegħu fit-tmexxija ta' diversi entitajiet pubbliċi. Meta wieħed iħares lejn din l-isfida prima facie, probabbilment jiddeċiedi li hija tajba. Hija prattika ħażina (biex ma ngħidux ġenn) li deputati jew anke uffiċjali ta' partit jitpoġġew fit-tmun ta' entitajiet importanti u kardinali, bil- kunsiderazzjoni ewlenija tkun l-affinità politika u l-lealtà. Dan apparti li toħloq problema ta' kunflitt ta' interess, meta inti trid tiskrutinja l-istess Gvern li inti parti minnu. Il-problema b'Delia hija li meta kien fil-Gvern il-PN kien ħoloq il- preċedent permezz ta' Jeffrey Pullicino Orlando li tpoġġa bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCAST). Gvern Laburista uża dan il-preċedent biex għamel liġi li permezz tagħha deputati jitpoġġew fit-tmun ta' xi entitajiet. Il-probabbilità hija li xi mkien fis-snin li ġejjin din il-liġi se tiġi taħt skrutinju qalil, Malti u Ewropew (diġà ġiet ikkritika mill-Kummissarju għall- Istandards), u allura Delia qed jieħu deċiżjoni politika pożittiva li jinvesti f 'din il-kwistjoni. Ma setax jonqos li Delia jibda d-diskors tiegħu bl- inċidenti li seħħew f 'Ħal Far ftit sigħat biss qabel. Delia kien b'saħħtu u għamel punt pjuttost pożittiv meta rrimarka illi l-Gvern għamel konferenza għax fetaħ karreġġjata mbagħad m'għamilx waħda wara inċident bħal dak. Għandu raġun u ma setgħetx kienet kumbinazzjoni li ma saritx konferenza minn Gvern li r-relazzjonijiet pubbliċi għalih huma tant ċentrali. Mhux talli hekk, talli l-Gvern u l-awtoritajiet lanqas biss irreaġixxew jekk mhux sigħat wara. Il-Pulizija dehru sigħat wara (kien diġà sebaħ u kważi l-11 am), iż-żona tal-madwar ma kinitx issiġillata għall- fini ta' sigurtà, il-Ministru ma deherx Ħal Far u aktar. Fil-verità, is-sitwazzjoni tat lil Delia opportunità tad-deheb biex jikkritika l-mod kif inħadmet l-operazzjoni. Minflok huwa ta interpretazzjoni partikolari dwar l-istqarrija tal-Gvern li qalet illi kienu involuti 300 immigrant u mhux iktar. Huwa donnu ried jakkuża lill-Gvern illi ried inaqqas is-serjetà tal-każ jew jeżonera lill-immigranti. Apparti li dan huwa argument fjakk, il-Gvern għandu d-dmir li fl-istqarrijiet tiegħu jkun preċiż, korrett, onest u mhux sensazzjonali (tiftakru l-każ tal-eks Ministru Manuel Mallia?) Il-Gvern huwa fid-dmir li jara li kwistjoni bħal din ma tikbirx wisq għax malajr ikollu sitwazzjoni ħafna ikbar f 'idejh. Minkejja li t-tixbihat ma' raħal u stadjum tal-futbol kienu tajbin, Delia jeħtieġ joqgħod attent ħafna li ma jirkibx iżżejjed fuq ir-rabja ta' bħalissa għall- voti. L-ewwel nett għaliex il-mewġa ta' bħalissa tista' tkun b'saħħitha, iżda momentarja u għax jekk allaħares qatt jerġa' jkun hemm inċident ta' mibegħda bħalma diġà kien hawn (il-qtil ta' Lassana Cisse) hemm periklu politiku serju li jpoġġi parti mit-tort fuq ħoġru. Dan huwa suġġett sensittiv ħafna u jeħtieġ ikun trattat b'kawtela enormi. Ir- riperkussjonijiet soċjali u anke politiċi jistgħu jkunu kbar. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Delia: progress tajjeb u riskju ADRIAN Delia, fir-risposta tiegħu għall-Baġit kellu diskors tajjeb, li xi minn daqqiet kien fih stqarrijiet jew ċifri mhux korretti b'tonalità ġeneralment monotana, għajr f 'xi ftit punti partikolari meta qam l-entużjasmu fost il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista hekk kif Delia kien qiegħed jitfa' l-batuti lejn il-Gvern. Kollox ma' kollox, Delia għafas fuq dawk il-fallimenti u nuqqasijiet tal- Gvern b'suċċess, iżda naqas milli jagħti indikazzjoni iktar ċara ta' viżjoni alternattiva għal dik tal-Gvern, għall-inqas fuq kwistjonijiet ċentrali bħall-barranin, il-kirjiet u l-politika ekonomika tal-pajjiż. Hawn huma ftit mill-punti li Delia tkellem dwarhom flimkien ma' analiżi ċkejkna għal kull wieħed minnhom. u importanti, anke jekk il-miġja tal-barrani tat xi ftit ta' imbuttatura lill-konsum privat. Tajjeb ninnotaw ukoll iżda li hemm ċerta dipendenza fuq il-barranin, speċjalment fejn jirrigwarda proprjetà, is-suq tal-buy-to-let, il-kostruzzjoni u oħrajn. Huwa vera wkoll illi kieku kellhom jitilqu l-barranin kollha issa stess, hawn setturi li jieħdu daqqa kbira għax id-domanda tonqos waħda sew. Għalhekk wieħed tajjeb jistaqsi jekk jitilqu dawn l-immigranti min se jissodisfa d-domanda għall-mijiet ta' impjiegi li qegħdin Dan allura jġibna għat-tieni punt. Jekk Delia jrid inqas, imma iktar kwalità fejn jidħlu barranin, kif se jagħmel dan? Kif se jasal għal din il-mira? U kif se jilħaq l-għan li 'jnaqqas il-barranin'? Inaqqas ir-ritmu ekonomiku biex ma jkunx hawn ħafna xogħol u l-barranin jitilqu? Tkun politikament u ekonomikament suwiċidali. Jitlob li Malta titlaq miż-żona Shengen? Tkun diffiċli li tikkonvinċi lill-UE li Malta tkun l-unika pajjiż li ma tkunx parti minn dan l-arranġament fil-blokk politiku (ir- Renju Unit se jitlaq mill-UE u numru ta' pajjiżi oħrajn għaddejjin mill-proċess biex jissieħbu). Jiġifieri fuq din il-kwistjoni jista' jkun li Delia qed jifhem il-burdata tal-poplu, imma qed jonqos milli joffri viżjoni għaż-żmien li ġej jew għat-tul. Fin-nuqqas ta' dan, ħafna illi ma jaqblux mal-politika ta' integrazzjoni ta' Muscat qed jersqu lejn l-estrem li qed joffri soluzzjonijiet radikali jew ma jivvutawx. Pullicino Orlando li tpoġġa bħala jitpoġġew fit-tmun ta' xi entitajiet. għandu d-dmir li fl-istqarrijiet tiegħu jkun preċiż, korrett, onest u mhux sensazzjonali (tiftakru l-każ tal-eks Ministru Manuel Mallia?) Il-Gvern huwa fid-dmir li jara li kwistjoni bħal din ma tikbirx wisq għax malajr ikollu sitwazzjoni ħafna ikbar f 'idejh. nkejja li t-tixbihat ma' raħal u stadjum tal-futbol kienu tajbin, Delia jeħtieġ joqgħod attent ħafna li ma jirkibx iżżejjed fuq ir-rabja ta' bħalissa għall- voti. L-ewwel nett għaliex il-mewġa ta' bħalissa tista' tkun b'saħħitha, iżda momentarja u għax jekk allaħares qatt jerġa' jkun hemm inċident ta' mibegħda bħalma diġà kien hawn (il-qtil ta' Lassana Cisse) hemm periklu politiku serju li jpoġġi an huwa suġġett sensittiv riperkussjonijiet soċjali u anke Delia: progress tajjeb u riskju tal-Partit Nazzjonalista hekk kif Delia kien qiegħed jitfa' l-batuti lejn il-Gvern. Kollox ma' kollox, Delia għafas fuq dawk il-fallimenti u nuqqasijiet tal- Gvern b'suċċess, iżda naqas milli jagħti indikazzjoni iktar ċara ta' viżjoni alternattiva għal dik tal-Gvern, għall-inqas fuq kwistjonijiet ċentrali bħall-barranin, il-kirjiet u l-politika ekonomika tal-pajjiż. Hawn huma ftit mill-punti li Delia tkellem dwarhom flimkien ma' analiżi ċkejkna għal kull wieħed minnhom. L-immigrazzjoni u l-barranin Backbenchers u jobs for the boys Rewwixta f 'Ħal Far

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019