Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 Iċ-ċifri għadhom juru li eluf ta' ħaddiema, żgħażagħ u pensjonanti għadhom qegħdin fir-riskju ta' faqar. Huwa ċar li apparti l-faqar, illum dawk li jaqilgħu mal-€1,100 - €1,500, ukoll qed isibu problemi biex jieħdu self għal dar, pereżempju. Il-prezzijiet tal-kirjiet u l-prezzijiet tal-ikel li dejjem jogħlew, qed jitfgħu iktar pressjoni fuq il-but ta' minoranza konsiderevoli. Minkejja dan, Muscat xorta kien b'saħħtu bil-fatti tal-miżuri f 'idejh li wettaq dan il- Gvern matul is-snin; childcare b'xejn, roħs fid-dawl u l-ilma (li qed ikun ikkontestat mill-PN u numru ta' nies minħabba żbalji), tapering tal-benefiċċju tal-qgħad, iż-żidiet fl-in-work benefit, ċekk kull sena f 'rifużjoni ta' taxxa, żieda inkrementali, f 'kull Baġit, tal-pensjonijiet u benefiċċji tal-wens, stabbilità akbar fil-prezz tal-gass u l-iskema tal-first time u s-second time buyers, fost bosta oħrajn. Muscat jinsab minn fuq għaliex kuntrarjament għal dan il-Gvern, il- gvernijiet preċedenti, anke dak Laburista ta' Alfred Sant, kienu jsegwu formola ta' Baġits b'taxxi u miżuri mhux popolari fil- bidu tal-leġiżlatura u 'Baġits tal-elezzjoni' lejn l-aħħar. Min jiftakar l-1998, jiftakar sew lil Sant jgħid li l-Gvern kien beda jiżra' ż-żerriegħa għas-siġra (Baġits b'taxxi, fosthom kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla) biex imbagħad jinqata' l-frott. Fil-verità, il-frott la qatgħu Sant u definittivament lanqas Lawrence Gonzi, li mexxa l-pajjiż fi sfond ta' kriżi internazzjonali. Muscat, min-naħa l-oħra wettaq miżuri pożittivi u bi ħsieb, filwaqt li għandu element ta' fortuna illi qed imexxi fi sfond ta' qawmien u stabbilità ekonomika madwarna. Dan jagħtih iċ-ċans li jiftaħ iktar idejh u jwettaq miżuri monetarji li bihom jista' jgħin lill-fqar u dawk fix-xifer tiegħu. Ma setax jonqos li Muscat jitkellem ukoll dwar dak li ġara f 'Ħal Far. Hawnhekk Muscat kien ukoll b'saħħtu u bbilanċjat bejn dak li ġara u l-bżonn ta' ġustizzja. "Mhux aċċettabbli li ġara... kundannabbli... ma rridux nagħtu riħ lill-populiżmu," qal Muscat. Dan huwa kollu sew u xieraq u tagħti serħan il- moħħ li l-PM huwa konsistenti f 'din il-kwistjoni. Li ma jagħtix serħan il-moħħ, u allura r-rabja ġġustifikata, hija l-mod kif saret l-operazzjoni bil-Pulizija ma jidhru mkien qabel il-11am tal-għada filgħodu, b'assenza totali tal-Ministru fuq il-post u xejn informazzjoni uffiċjali sa sigħat wara li seħħet din ir-rewwixta. Anke jekk din kienet parti mill-istrateġija tal-Pulizija jew il-Gvern, in-nuqqas ta' informazzjoni kompliet tirrabja lin-nies. Biex tgħaxxaq, il-Qorti tat sentenzi ta' sitt ġimgħat lil dawk li ammettew li kienu parti minn din ir-rewwixta. Din is-sentenza, għalkemm hija indipendenti mill-eżekuttiv u finali, kompliet tirrabja lin-nies bil-kbir. Kliem Muscat seta' kien qawwi u inklussiv. Imma żgur li għad irid jagħmel iktar minn hekk biex jikkalma r-rabja ta' bosta, inkluż partitarji tiegħu. Muscat kien fl-aqwa tiegħu meta tkellem dwar il-persuni b'diżabiltà f 'relazzjoni max- xogħol, suġġett ieħor li fih Muscat għandu vantaġġ politiku għax ġab riżultati, b'qgħad baxx. Il-Baġit ħabbar illi persuni b'diżabiltà li ma jistgħux jaħdmu se jibdew jingħataw il-paga minima. Miżura soċjali u pożittiva ħafna li tħalli lil Muscat fuq quddiem fuq dan is-suġġett li ftit li xejn messu Delia. Il-Prim Ministru kellu argument tajjeb ħafna dwar il- barranin, argument iżda li probabbilment ftit għamel biex jikkalma r-rabja evidenti ta' ħafna nies, inkluż ta' ħafna Laburisti li wħud minnhom, forsi għall-ewwel darba fi snin, ħarġu qatta' bla ħabel kontra l-partit u l-Gvern b'mod pubbliku. Muscat irrefera għall-argument li qed nagħmlu fl- istess sezzjoni f 'paġni 4 u 5, jiġifieri dak dwar ir-rabta bejn l-ekonomija u l-immigrazzjoni. L-argument dwar il-ħanut li ma jkunx sejjer tajjeb u allura jdaħħal il-barranin biex isolvi l-problema ta' nuqqas ta' xogħol ireġi u le. Ireġi għax vera, il-barranin mhumiex il-fattur li jiddetermina ekonomija tmurx tajjeb jew le, imma l-investiment u l-innovazzjoni jiddeterminaw. Imma min-naħa l-oħra ma jreġix għax ħaddiema f 'ħanut f 'termini ta' flus huma spiża (bil- paga li probabbilment mhux se jonfquha fil-ħanut stess) filwaqt li barranin f 'ekonomija huma spiża u dħul, għax qed jaqilgħu paga, u jonfquha fil-pajjiż filwaqt li jużaw is-servizzi wkoll. F'ħanut m'hemmx din iċ- ċirkolazzjoni tal-flus, hemm servizz u ħlas ta' dak is- servizz u daqshekk. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Konvinċenti, jitlifha fuq il-pushback JOSEPH Muscat illum sar politiku ta' esperjenza u stuż li jwassal id- diskors tiegħu b'mod eċċellenti u għaldaqstant, il-mod li bih jgħaddi l-messaġġ huwa wieħed effettiv u pjuttost konvinċenti. Dan ma jfissirx illi d-diskors b'risposta għal dak ta' Delia kien perfett, la fil-kontenut u lanqas fil-mod ta' kif twassal. Fil-fatt għal mument wieħed deher irrabjat u kważi kważi isteriku. Kollox ma' kollox iżda, kien diskors tajjeb ħafna li poġġa lid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista f 'pożizzjoni antipatka, jekk mhux imbarazzanti, speċjalment meta kien qiegħed jinnota żbalji numeriċi u fattwali tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Faqar u fatti Rewwixta f 'Ħal Far B'diżabiltà u bil-paga minima Barranin u immigranti iż-żidiet fl-in-work benefit, ċekk kull sena f 'rifużjoni ta' taxxa, żieda inkrementali, f 'kull Baġit, tal-pensjonijiet u benefiċċji tal-wens, stabbilità akbar fil-prezz tal-gass u l-iskema tal-first time u s-second time cat jinsab minn fuq għaliex kuntrarjament għal dan il-Gvern, il- gvernijiet preċedenti, anke dak Laburista ta' Alfred Sant, kienu jsegwu formola ta' Baġits b'taxxi u miżuri mhux popolari fil- bidu tal-leġiżlatura u 'Baġits tal-elezzjoni' lejn l-aħħar. Min jiftakar l-1998, jiftakar sew lil Sant jgħid li l-Gvern kien beda jiżra' ż-żerriegħa għas-siġra (Baġits b'taxxi, fosthom kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla) biex imbagħad jinqata' l-frott. Fil-verità, il-frott la qatgħu Sant u definittivament lanqas Lawrence Gonzi, li mexxa l-pajjiż fi sfond ta' kriżi internazzjonali. Muscat, min-naħa l-oħra wettaq miżuri pożittivi u bi ħsieb, filwaqt li għandu element ta' fortuna illi qed imexxi fi sfond ta' qawmien u stabbilità ekonomika madwarna. Dan jagħtih iċ-ċans li jiftaħ iktar idejh u jwettaq miżuri monetarji li bihom jista' jgħin lill-fqar u dawk fix-xifer tiegħu. uffiċjali sa sigħat wara li seħħet din ir-rewwixta. Anke jekk din kienet parti mill-istrateġija tal-Pulizija jew il-Gvern, in-nuqqas ta' informazzjoni ex tgħaxxaq, il-Qorti tat sentenzi ta' sitt ġimgħat lil dawk li ammettew li kienu parti minn din ir-rewwixta. Din is-sentenza, għalkemm hija indipendenti mill-eżekuttiv u finali, kompliet tirrabja lin-nies bil-kbir. em Muscat seta' kien qawwi irid jagħmel iktar minn hekk biex jikkalma r-rabja ta' bosta, inkluż tajjeb jew le, imma l-investiment u l-innovazzjoni jiddeterminaw. Imma min-naħa l-oħra ma jreġix għax ħaddiema f 'ħanut f 'termini ta' flus huma spiża (bil- paga li probabbilment mhux se jonfquha fil-ħanut stess) filwaqt li barranin f 'ekonomija huma spiża u dħul, għax qed jaqilgħu paga, u jonfquha fil-pajjiż filwaqt li jużaw is-servizzi wkoll. F'ħanut m'hemmx din iċ- ċirkolazzjoni tal-flus, hemm servizz u ħlas ta' dak is- servizz u daqshekk. b'risposta għal dak ta' Delia kien perfett, la fil-kontenut u lanqas fil-mod ta' kif twassal. Fil-fatt għal mument wieħed deher irrabjat u kważi kważi isteriku. Kollox ma' kollox iżda, kien diskors tajjeb ħafna li poġġa lid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista f 'pożizzjoni antipatka, jekk mhux imbarazzanti, speċjalment meta kien qiegħed jinnota żbalji numeriċi u fattwali tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019