Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 22 Films fiċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 OTTU huwa kangarù ċkejken, jgħix fil-but t'ommu. Darba waħda, ta' żgħiru li hu, ittawwal barra mill-but u ħares lejn id-dinja li hemm barra. Imma x-xemx kienet qawwija wisq! Kien hemm wisq storbju! Kollox kien veru tal-biża'! U malajr daħal jiġri lura fil-but t'ommu l-kangarù – aħħ, kemm kien iħossu mkenni hemm ġew! X'joħroġ jagħmel? Ottu ma jridx jikber huwa ktieb dwar l-ansjetà li jafu jħossu t-tfal biex jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom. Il-ġenituri ta' tfal ċkejknin li ma jkunux iridu jitilqu lill-mamà u lill-papà minn taħt għajnejhom, se jirrelataw immedjatament ma' din l-istorja. Fil-fatt, jekk inti ġenitur li ġieli inkwetajt it-tfal tiegħek hux qed jibqgħu wisq dipendenti fuqek, jew inkwetajt dwar in-nuqqas ta' kunfidenza ta' wliedek biex jesploraw id-dinja ta' madwarhom, meta dal- ktieb għandu jinżel mal-lista ta' qari qabel l-irqad magħhom. Ottu l-kangarù ċkejken, huwa l-karattru ideali biex jgħin lit-tfal jifhmu aħjar li l-indipendenza mill-ġenituri mhix ħaġa tal-biża', u li l-mamà u l-papà dejjem se jkunu hemm għalihom u għalhekk li tipprova tesplora ftit għal rasek taf tkun esperjenza sabiħa. Kitba tal-awtriċi Franċiża Elizabeth de Lambilly, b'illustrazzjonijiet ta' Jérôme Peyrat u addattament għall- Malti ta' Clare Azzopardi, Ottu ma jridx jikber huwa ktieb li t-tfal se jirrelataw miegħu huma u jrabbu l-kuraġġ biex joħorġu lil hinn miż- żona "safe" tad-dar. Dan il-picture book jesplora dubji dwar din l-ansjetà tas-separazzjoni mill-ġenituri, u jwassal messaġġ b'saħħtu anki lill-ġenituri: li huwa owkej li t-tfal jimxu bil-pass tagħhom fil-mixja tagħhom lejn l-indipendenza. Fl-istess ħin, it-tfal se jidentifikaw ma' Ottu u jħossuhom rassikurati mill-fatt li l-istorja tgħid lill-ġenituri kemm it-tfal għandhom bżonn iħossuhom komdu biex jibdew iħarsu lil hinn. Il-fatt li jkunu jafu li, jiġri x'jiġri, il-ġenituri tagħhom dejjem se jkunu hemm jistennewhom jagħtihom il-kuraġġ biex – kif għamel Ottu – jibdew ikunu iżjed indipendenti mingħajr dik l-ansjetà tal-firda. Ottu ma jridx jikber maħsub għal etajiet diversi. Tfal li għadhom ċkejknin se jieħdu gost li l-ġenituri jaqrawhulhom, u tfal ftit ikbar se jħossuhom kburin li kapaċi jaqrawh weħidhom. U dan fi żmien f 'ħajjithom meta jibdew ma jqattgħux il-ġurnata kollha mal-ġenituri għax jibdew imorru l-iskola u jkunu anki ma' sħabhom. Dan il-ktieb jagħmel parti mis- sensiela Id-Dinja Maġika ta' picture books bl-annimali, l-istess sensiela li fiha karattri popolari bħal Rosetta Banana, Kukku l-Kukkudril u anki Lupu Lupettu fost l-oħrajn. Ottu ma jridx jikber jinsab għall- bejgħ mill-ħwienet tal-kotba jew online minn merlinpublishers.com Ottu ma jridx jikber The Informer Ta' Elizabeth de Lambilly Illustrazzjonijiet ta' Jérôme Peyrat Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi