Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Din l-imħabba bdiet minn meta kont żgħir. Minn dejjem kont inħobb l-isport u arani niddeffes u nidħol f 'diversi attivitajiet li kienu jiġu organizzati fl-iskola. Kif bdejt tipprattika l-atletika? Minn dejjem kont nieħu pjaċir niġri filwaqt li nagħmel esperjenzi ma' nies ġodda. Nibqa' niftakar il-mument meta mort nikkompeti barra minn Malta u għaddejt minn esperjenza sabiħa. Kont mort Milan u hemmhekk tajt wirja denja. Ninsab sodisfatt b'dak li rnexxieli nagħmel. Imbagħad kellek opportunità tilgħab il-futbol hux hekk? Il-futbol huwa sport fejn ukoll jidħol ħafna l-ġiri u taħdem bħala tim. Għeni niltaqa' ma' ħbieb ġodda u veru ħadt pjaċir. X'ħassejt meta skorjajt wieħed mill- gowls fil-finali f 'Sardenja? Konna qed nilagħbu din il-finali u konna 4-2. Jien skorjajt il-ħames gowl u wara wasal is-sitt wieħed sabiex irbaħna bl-iskor finali ta' 6-2. Mal-gowl tiegħi bdejt nisma' l-għajjat ta' ferħ t'ommi. Kważi kważi kont qed nistħajjilha bħala 'capo ultra' għax ma waqfitx tagħtini l-kuraġġ meħtieġ. X'inhi l-pożizzjoni favorita tiegħek fil-futbol? Inħobb nilgħab bħala winger għalkemm imbagħad jekk il-kowċ ikun iridni xi mkien ieħor naf nadatta sew. Kif jirnexxilek tilgħab il-futbol? Nuża ħafna s-sensi tiegħi b'mod partikolari s-smigħ u l-ħass. Wara kollox mhux bilfors trid tuża għajnejk biex tilgħab. Int twelidt nieqes mid-dawl? Iva kont nieqes mid-dawl kompletament. Ta' tliet snin imbagħad bdejt nara mill-ġnub u kont immur għall-kura kull sena. Il- ġenituri tiegħi ddeċidew li jiktbuni f 'xi klabb sportiv u dan il-fatt għeni ħafna sabiex insaħħaħ il-karattru tiegħi. Tħossok milqugħ minn sħabek? Inħossni milqugħ ħafna minn sħabi. Qegħdin grupp ħelu ħafna u niċċajtaw ħafna flimkien. Inħobbu wisq lil xulxin anke għax nagħmlu kuraġġ lil xulxin. Tħoss li l-ħiliet tiegħek huma b'saħħithom fil-logħob? Iva u ċertu ħiliet kapaċi nagħmilhom aħjar. Is-sensittività tgħinni ħafna u meta jkollok ir-rieda tasal fejn trid. Jien imdorri nipprova kollox u qatt ma naqta' qalbi. Kif tarah il-qasam tad-diżabbiltà f 'pajjiżna? Naħseb li għad fadal ħafna affarijiet x'jitranġaw. Fost l-oħrajn il-bankini fit-toroq iridu jkunu aktar aċċessibbli u anke kif jaqsmu t-triq. Aħna noqogħdu fiċ-ċentru tal- Imsida u allura tista' taħseb kemm hu diffiċli biex tivvjaġġa speċjalment meta tkun fil-kundizzjoni tiegħi. Kif tagħmel għall-iskola? Għall-bidu ma kinitx faċli u sforz kemm irsistiet ommi wasalt fejn wasalt. Illum il-ġurnata ma ngergrux. Issa għandi 17-il sena u l-problemi li kellna fil-bidu bdew jissolvew ftit ftit. Kif jirnexxilek tlaħħaq bejn skola u xogħol? L-ewwel u qabel kollox trid tkun organizzat u ma titlifx ħin. Issa spiċċajt mill-iskola u rnexxieli nġib l-eżami tat-Taljan fil-livell ordinarju. Kont tipprattika xi sport ieħor? Iva, kont nipprattika l-għawm, iżda ma tantx domt wisq għax kont inħoss il-bard speċjalment fix-xitwa. Kemm għenuk Special Olympics Malta? Nista' ngħidlek li allaħares ma kinitx Anna Calleja għalija u għal nies oħra bħali. Anna hi mara b'qalb tad-deheb li tatna ċans inwettqu l-ħolma tagħna u nipprattikaw l-isport favorit tagħna. Il-fatt li nsiefru kull tant żmien tgħinna ħafna. Kont l-iżgħar tifel fil-grupp u ħassejtni ferm kuntent magħhom. Kemm titkellmu mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà (KNPD)? Insibu ħafna għajnuna mingħandhom. Nitkellmu ħafna maċ-chairman Oliver Scicluna u bħalissa qed jgħinni sabiex insib xogħol. Il-KNPD laqgħuni ħafna u tawni diversi opportunitajiet. X'taħseb dwar l-importanza li jagħtu l-mezzi tax-xandir Maltin lill-atleti bi bżonnijiet speċjali? Naħseb li hemm bżonn li jkollna aktar aħbarijiet dwarna u ningħataw aktar ħin fl-aħbarijiet sportivi ewlenin. Aħna bħal kull atleta ieħor, ukoll inġibu l-unuri lejn pajjiżna apparti li nieħdu t-taħriġ b'serjetà kbira. Jeżisti grupp tal-persuni neqsin mid-dawl f 'Malta? Hawn il-grupp tal-guidedogs. Ġieli nqdejt permezz tal-guidedog? Bħalissa jien noħroġ bl-istikka Bil-frażi 'jaħasra, miskin' Cristian Antony Muscat Liam Stafrace - futboler żagħżugħ li għalkemm huwa nieqes mill-vista, għandu determinazzjoni tal-azzar. Jifforma parti minn Special Olympics Malta. Huwa futboler żagħżugħ Għalkemm huwa nieqes mill-viżta, għandu nazzjoni tal-azzar Jifforma parti minn Special Olympics Malta LIAM STAFRACE Meta kont iżgħar ma kinitx faċli iżda biż- żmien tħossok iktar aċċettat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019