Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

Minn Yendrick Cioffi TLIET ġimgħat wara li ċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju, ir-raħal tal- Gudja reġa' qed jiċċelebra, din id-darba l-festa tal- Madonna taċ-Ċintura. Għall-partitarji tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta, il-festa ta' din is-sena hija waħda speċjali hekk kif qed jiċċelebraw l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tas-soċjetà mużikali u l-75 sena mit- twaqqif tal-banda. Il-gazzetta ILLUM niżlet il-Gudja biex tiċċelebra mal- Gudjani l-festa li tista' tgħid tniżżel is-separju fuq l-istaġun tal-festi fil-Gudja, li b'kollox jiċċelebra bi kbir tliet festi Marjani. Mitt sena ta' storja iżda mhux biss... L-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja taf il-bidu tagħha lis-sena 1919, iżda ta' min isemmi li qabel, fil-Gudja diġà kien hemm iċ-Circolo Musicale Santa Marija, li kien twaqqaf fl-1883 iżda li minħabba diversi raġunijiet kellu jagħlaq il-bibien tiegħu fl-1915. Madanakollu, fl-1919, erbat irġiel mill-Gudja, Abram Zammit, Loreto Theuma, Giuseppi Gatt u John Baldacchino bdew diskussjonijiet bil- għan titwaqqaf għaqda mużikali ġdida li tgħin fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa, kemm dik titulari, jiġifieri ta' Marija Assunta (Santa Marija) u anke l-festa tal-Madonna taċ-Ċintura. Fl-istess sena, jiġifieri fis-16 ta' Mejju, infetħu l-bibien tal-binja li kellha sservi bħala s-sede taċ-Circolo Musicale Indipendenti. Dik is-sena stess, is-Surmast Ferdinandu Falzon kien waqqaf orkestra. Fl-1936, iċ-Circolo Musicale Indipendente biddel ismu biex issa beda jissejjaħ: Għaqda Mużikali Re Edwardu VIII. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, is-sede tal-Għaqda Mużikali ngħatat lill- awtoritajiet ċivili biex fiha jingħataw kenn ir-refuġjati, wara l-ewwel attakki mill-ajru tal-11 ta' Ġunju tal-1940. Sentejn wara, jiġifieri fl- 1942, il-binja ġarrbet ħsarat estensivi wara li ntlaqtet mill- bombi, tant li d-dokumenti kollha spiċċaw meqruda. Ftit ftit, l-Għaqda Mużikali bdiet terġa' tqum fuq saqajha. Fl-10 ta' Settembru tal-1943, is-Surmast Anthony Micallef ingħata l-inkarigu biex tkun iffurmata banda li kienet inawgurata f 'Awwissu tal- 1944 biex l-għaqda mużikali reġgħet bidlet isimha għall- Każin tal-Banda Madonna tal-Konsolazzjoni. Kien fl-1993, jiġifieri madwar 26 sena ilu, li l-Każin tal-Banda Madonna tal- Konsolazzjoni reġa' biddel ismu għal dak tal-lum, jiġiferi l-Għaqda Mużikali Marija Assunta. Minn fejn ġejja d-devozzjoni lejn taċ- Ċintura? Id-devozzjoni lejn il- Madonna, tant hija qawwija, kbira u mifruxa, li l-Knisja tiċċelebraha b'diversi titli differenti u li ħafna minnhom kienu mxerrda minn ordnijiet reliġjużi. Il-Franġiskani xerrdu d-devozzjoni lejn l-Immakulata Kunċizzjoni, id- Dumnikani lejn il-Madonna tar-Rużarju, il-Karmelitani lejn il-Madonna tal-Karmnu. Id-devozzjoni lejn il- Madonna tal-Konsolazzjoni, magħrufa wkoll bħala taċ- 12 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 Festi Taċ-Ċintura tniżżel is-separju fuq l-istaġun Illum il-Gudja qed tiċċelebra l-festa tal-Madonna taċ-Ċintura, din is-sena waħda speċjali għax qed tfakkar il-100 sena mit-twaqqif tal- Għaqda Mużikali Marija Assunta u l-75 anniversarju mit-twaqqif tal- banda Bħal kull festa oħra ċċelebrata f 'Malta u Għawdex, fiċ-ċentru ta' kollox wieħed isib il-vara li tkun il-mimmi ta' għajnejn il- partitarji. Xejn inqas għall-partitarji tal-Madonna taċ-Ċintura tal- Gudja. "Viva l-Pupa ta' Marsilja" tismagħhom jgħajtu malli l-vara tal-Madonna taċ-Ċintura tiċċaqlaq minn fuq il-bankun biex tibda t-triq tagħha madwar it-toroq tal-Gudja. Il-vara tal-Madonna taċ- Ċintura tal-Gudja ġiet ordnata fis-sena 1890. Din inħadmet għand id-ditta 'Galard et Fils' ta' Marsilja u minn hemm ġejja l-għajta li llejla tismagħha żgur jekk iżur il-purċissjoni fil-Gudja. Ta' min isemmi li anke jekk f 'Malta kien hawn diversi artisti li ħadmu ħafna vari titulari mill- isbaħ, fiż-żmien li qed nitkellmu dwaru kien kiber l-interess f 'dawn l-istatwi li kienu qed jinħadmu f 'Marsilja. Il-ħlewwa tagħhom bdiet tiġbed ħafna parroċċi, b'mod partikolari dawk Għawdxin biex jordnaw l-istatwa titulari tagħhom minn Marsilja. Fost dawn wieħed isib l-istatwa ta' Santa Marija taż-Żebbuġ, il-Madonna ta' Loreto ta' Għajnsielem, San Lawrenz ta' Għawdex u oħrajn. Wara li l-frattelanza tal- Madonna taċ-Ċintura kienet għamlet talba formali biex taħdem statwa tagħha u l-awtoritajiet tal-Knisja laqgħu t-talba, saret l-ordni, biex il-vara waslet il-Gudja sentejn wara, jiġifieri fl-1892. Minn dakinhar baqgħet tinżamm b'tant għożża u devozzjoni fil-Knisja Arċipretali ta' Santa Marija tal-Gudja. Il-vara tal-Madonna taċ-Ċintura 'Viva l-Pupa ta' Marsilja' ... hekk jgħajtu taċ-ċintura

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019