Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
Sports 26 illum Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 'Itfgħu moħħkom hemm u taslu fejn tixtiequ ... mhux fil-futbol biss' minn Cristian Antony Muscat NEVIN Portelli - plejer żagħżugħ ta' Tarxien Rainbows li m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ fl- isport li tant iħobb - il-futbol. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol minn dejjem kienet għax dejjem kont tarani nilgħab il-futbol ta' età żgħira, dejjem bil-ballun f 'saqajja... l-ħin kollu. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala tim tal- minors ta' Birkirkara? Matul l-aħħar staġun kont qed nilgħab ma' Birkirkara, mal-under 19s u wettaqna xi ħaġa speċjali meta rnexxielna nirbħu Section A. Dan kien mument speċjali għalija għax skurjajt il-gowl rebbieħ fl-aħħar minuta tal-ħin barrani kontra l-Pietà permezz ta' freekick! Issa qiegħed ma' Ħal Tarxien b'self mingħand Birkirkara! Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Iva, naqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Id-differenza tat-timijiet ta' taħt u ta' fuq ma tinħassx għax kull logħba hija differenti u ġġorr storja magħha. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jien naqbel mal-introduzzjoni ta' 11-il barrani f 'tim għax barra minn Malta jistgħu jilagħbu bi 11- il barrani, allura għaliex Malta le? Jekk aħna l-Maltin, irridu nilagħbu fl-iskawdra tat-tim li tkun miegħu, trid tirsisti u turi li inti aħjar. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Jien naħseb li hemm barranin li huma ta' livell inqas minn ċerti Maltin u hemm barranin li għandhom livell akbar minn ċerti Maltin. Fl-aħħar mill-aħħar, min hu tajjeb ħa jilgħab. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Jien kuntent bil-grawnds li għandna Malta. Iżda, kieku jkollna tnejn oħra mhux ħa ngorr! X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Il-kontroll tar-referis huwa vera tajjeb. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji li jrid jagħmel plejer huma dieta tajba u mistrieħ kif suppost. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Jien dejjem insib ċans biex immur għax-xogħol u biex dejjem nattendi għat-taħriġ. Jekk le, naraw kif ħa nirranġaw! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Jien minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li nkun wieħed mill-aqwa plejers f 'Malta! Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi liż-żgħażagħ huwa: "Taqtgħu qalbkom qatt! Jekk tpoġġi moħħok hemm u tgħid li tixtieq tasal, tasal fejn trid! Tisimgħux minn nies li ħa jipprovaw ibaxxukom. Itfgħu moħħkom hemm u taslu fejn tixtieq qalbkom mhux fil-futbol biss imma fil-ħajja ġenerali. Nevin Portelli