Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Delia jagħmel aċċenn partikolari fuq il-faqar u anke l-akkomodazzjoni soċjali. Bħalma għamel diversi drabi, Delia ffoka l-aktar fuq dawk li huma foqra u staqsa l-mistoqsija klassika: 'fejn hu s-surplus?' Fil-verità din il-mistoqsija hija indirizzata lil dawk li mhumiex qed ilaħħqu mal-ħajja, speċjalment dawk il-persuni li jinsabu f 'kera u/jew li għandhom paga baxxa. Hija mistoqsija rettorika magħmula biex toqros u tnaqqas mill-preġju tas-surplus. Qed taħdem? Mhux neċessarjament. Il-Gvern adotta strateġija intelliġenti li jqassam il-flus f 'kull Baġit b'numru ta' miżuri u inizjattivi fiskali. Dan iktar qed jagħti l-impressjoni li jekk 'mhux qed nieħu llum, taħt dan il-Gvern se nieħu xi ħaġa, xi darba.' Dan ifisser li mhux neċessarjament se taħdem din it-tattika użata diversi drabi minn partiti differenti, bħalissa. Hawn perċezzjoni, mibnija xi ftit jew wisq fuq ir-realtà, illi dan il-Gvern qed jagħti u jżid diversi benefiċċji. Min- naħa l-oħra kien hawn perċezzjoni wkoll, mibnija xi ftit jew wisq fuq ir-realtà, illi l-Gvern preċedenti kien qed jieħu (kontijiet tad-dawl u l-ilma, żieda fil-prezzijiet tal-gass...). Dan jagħmilha diffċli biex Delia jkun konvinċenti fuq dan is-suġġett, biżżejjed biex jirbaħ il-voti, anke jekk għad hawn eluf ta' ħaddiema u pensjonanti li għadhom qed jgħixu fil-faqar jew fix-xifer tiegħu. Delia jmiss ma' kwistjoni li qed tweġġa' lil minoranza ta' nies li jgħixu waħedhom jew inkella li għandhom pagi baxxi jew medji- baxxi. Huwa ħareġ b'saħħtu fil-housing għaliex minkejja diversi tħabbiriet dwar 1,700 appartament ta' akkomodazzjoni soċjali, sitt snin minn meta kien elett il-Gvern preżenti, il- proċess għadu pjuttost lura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma ż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà u rrimarka sarkastikament illi 'tant qed jaqilgħu l-ħaddiema li lanqas jifilħu jitfgħu depożitu fuq post'. Il-Kap tal-PN qed iwiegħed id-dritt ta' saqaf fuq rasek. Għal darb'oħra hawnhekk Delia kien b'saħħtu u tefa' l-melħ fuq ferita partikolari li qed tweġġa' sew numru ta' nies. Imma x'inhi s-soluzzjoni? Fir-realtà Delia ftit għandu għażliet dwar il-prezzijiet tal-proprjetà għajr miżuri intervenzjonisti li jiddeterminaw il-prezzijiet. Jista' iżda, jekk l-affarijiet ma jimxux bil-pass mixtieq min-naħa tal-Gvern, jaħseb biex għall- elezzjoni jwiegħed proġetti kbar, flimkien mal-privat jekk hemm bżonn, għal akkomodazzjoni soċjali u anke affordabbli bi proġezzjonijiet ċari ta' spejjeż u miri ta' tlestija. Għal xi ħin Delia tkellem dwar ir-rapport Egrant magħmul mill-Imħallef Aaron Bugeja, li minnu sa issa nafu l-konklużjonijiet. Dawn jgħidu li ma hemm ebda prova li tgħaqqad din il-kumpanija ma' Michelle Muscat. Delia jakkuża lill-Avukat Ġenerali li qed iħares biss l-interess tal-Gvern u jgħid illi r-rapport qiegħed għand il-Partit Laburista kollu imma mhux għand l-Oppożizzjoni. Il-kwistjoni ta' Egrant fir-rigward tal-familja Muscat sa issa tidher eżawrita, ta' min jew għal min kienet miftuħa din il-kumpanija fil-Panama għadha mistoqsija li għad trid tiġi mwieġba. Għalissa Delia jista' biss jistenna u jittama li hemm sentenza jew paragrafu li jitfgħu xi forma ta' dubju jew indikazzjoni ġdida dwar Egrant jew id-declaration of trust. Sadanittant iżda, jista' jagħmel gwadann legali u anke politiku billi jirbaħ il-'ġlieda' biex ikollu kopja tar-rapport dwar Egrant. Trid jew le, l-iżvelar ta' pagi eżorbitanti lil nies li huma meqjusin 'ta' ġewwa' qatt ma tinżel tajjeb u ma tantx tagħti xi impetu politiku pożittiv lill-partit ikkonċernat. Delia, kif mistenni, għamel kapital politiku mill-istorja illi Kurt Farrugia illi ngħata pakkett ta' €179,000 fil-Malta Enterprise. Kif mistenni kien effettiv, speċjalment fid-dawl tal-fatt illi la Farrugia u lanqas il-Gvern ma rreaġixxew jew innegaw l-istorja ta' The Sunday Times. Delia juża l-istqarrija ta' Muscat fil-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew meta wiegħed li l-Gvern se jagħmel lil kulħadd 'sinjur żgħir'. B'sarkażmu effettiv u sa issa rari għal Delia, il-Kap tal- PN elenka 's-sinjuri żgħar ta' Muscat'. Fosthom kien hemm Ali Sadr Hasheminejad, sid il-bank Pilatus li għandu lista ta' akkużi ta' frodi fil-konfront tiegħu fl-Istati Uniti, numru ta' Russi, Ċiniżi u Iżraeliti li xtraw il-passaporti Malti u li qed ikunu akkużati bi frodi u ħasil ta' flus, fost l-oħrajn. Tnejn mill-aktar kuntratti imbarazzanti u dubjużi li għamel Gvern Laburista huma dawk mal-kuntratturi Ġordaniżi għall-ħolqien tal- American University of Malta (AUM) u dak mal-Vitals Global Healthcare. Jgħid x'jgħid hawn Delia (jew kwalunkwe mexxej ieħor) se jkun b'saħħtu, speċjalment fir-rigward tal-AUM li sa issa għadha lura ħafna biex tilħaq il-miri stabbiliti fil-kuntratt, xi ħaġa aċċettata minn Deputat tal-Gvern ukoll. Minkejja li l-kuntratt u l-intriċċi madwar l-VGH jibqgħu li huma, jista' jkun li t-tlestija tax-xogħol fuq l-iskola ta' Barts tnessi xi ftit mir-rabja u l-mistoqsijiet dwar kumpanija mmexxija minn xi ħadd anonimu. Delia, bosta drabi ried isaħħaħ l-impressjoni ta' Grupp Parlamentari Laburista illi huwa segwaċi għami ta' Muscat. Huwa għamel dan bl-użu, mhux darba, ta' kliem bħal 'il-kor' u 'jirrepetu bħall-pappagalli'. Fil-verità, jista' jkun li kien qed jipprova jinża' minn fuqu l-impressjoni ta' kap li m'għandux l-appoġġ tal-Grupp Parlamentari tal-PN. Dan qed jagħmlu billi jipprova jbiddel l-immaġini ta' partit magħqud qaqoċċa wara Muscat, għal Grupp Parlamentari li fil-fatt qed isegwi lil Muscat b'mod għami u mingħajr sens ta' individwalità. Meta jagħmel dan qed jipprova allura jagħti l-impressjoni li n-nuqqas ta' qbil fil-Grupp Parlmentari Nazzjonalista huwa frott persuni li qed jaħsbu iktar b'mod individwali u li għandhom aktar libertà jgħidu dak li jħossu. L-aħħar sentejn juru li dan mhux il-każ u li d-diviżjonijiet fil-PN huma bil-wisq aktar fondi minn sempliċiment 'libertà' u 'moħħ miftuħ'. 5 Aħbarijiet Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum riskju perikoluż fuq il-barranin Delia jagħmel aċċenn partikolari fuq il-faqar u anke l-akkomodazzjoni soċjali. Bħalma għamel diversi drabi, Delia ffoka l-aktar fuq dawk li huma foqra u staqsa l-mistoqsija klassika: 'fejn hu s-surplus?' Fil-verità din il-mistoqsija hija indirizzata lil dawk li mhumiex qed ilaħħqu mal-ħajja, speċjalment dawk il-persuni li jinsabu f 'kera u/jew li għandhom paga baxxa. Hija mistoqsija rettorika magħmula biex toqros u tnaqqas mill-preġju tas-surplus. Qed taħdem? Mhux neċessarjament. Il-Gvern adotta strateġija intelliġenti li jqassam il-flus f 'kull Baġit b'numru ta' miżuri u inizjattivi fiskali. Dan iktar qed jagħti l-impressjoni li jekk 'mhux qed nieħu llum, taħt dan il-Gvern se nieħu xi ħaġa, xi darba.' Dan ifisser li mhux neċessarjament se taħdem din it-tattika użata diversi drabi minn partiti differenti, bħalissa. Hawn perċezzjoni, mibnija xi ftit jew wisq fuq ir-realtà, illi Delia jmiss ma' kwistjoni li qed tweġġa' lil minoranza ta' nies li jgħixu waħedhom jew inkella li għandhom pagi baxxi jew medji- baxxi. Huwa ħareġ b'saħħtu fil-housing għaliex minkejja diversi tħabbiriet dwar 1,700 appartament ta' akkomodazzjoni soċjali, sitt snin minn meta kien elett il-Gvern preżenti, il- proċess għadu pjuttost lura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma ż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà u rrimarka sarkastikament illi 'tant qed jaqilgħu l-ħaddiema li lanqas jifilħu jitfgħu depożitu fuq post'. qed iwiegħed id-dritt ta' saqaf fuq rasek. Għal l-melħ fuq ferita partikolari li qed tweġġa' sew numru ta' nies. Imma x'inhi s-soluzzjoni? Fir-realtà Delia ftit Għal xi ħin Delia tkellem dwar ir-rapport Egrant magħmul mill-Imħallef Aaron Bugeja, li minnu sa issa nafu l-konklużjonijiet. Dawn jgħidu li ma hemm ebda prova li tgħaqqad din il-kumpanija ma' Michelle Muscat. Delia jakkuża lill-Avukat Ġenerali li qed iħares biss l-interess tal-Gvern u jgħid illi r-rapport qiegħed għand il-Partit Laburista kollu imma mhux għand l-Oppożizzjoni. Trid jew le, l-iżvelar ta' pagi eżorbitanti lil nies li huma meqjusin 'ta' ġewwa' qatt ma tinżel tajjeb u ma tantx tagħti xi impetu politiku pożittiv lill-partit ikkonċernat. Delia, kif mistenni, għamel kapital politiku mill-istorja illi Kurt Farrugia illi ngħata pakkett ta' €179,000 fil-Malta Enterprise. Kif mistenni kien effettiv, speċjalment fid-dawl tal-fatt illi la Farrugia u lanqas il-Gvern ma rreaġixxew jew innegaw l-istorja ta' The Sunday Times. Tnejn dubjużi li għamel Gvern Laburista huma dawk mal-kuntratturi Ġordaniżi għall-ħolqien tal- American University of Malta (AUM) u dak mal-Vitals Global Healthcare. Jg mexxej ieħor) se jkun b'saħħtu, speċjalment Delia, bosta drabi ried isaħħaħ l-impressjoni ta' Grupp Parlamentari Laburista illi huwa segwaċi għami ta' Muscat. Huwa kliem bħal 'il-kor' u 'jirrepetu bħall-pappagalli'. Fil-verità, jista' jkun li kien qed jipprova jinża' minn fuqu l-impressjoni ta' kap li m'għandux l-appoġġ tal-Grupp Parlamentari tal-PN. Dan qed jagħmlu billi jipprova jbiddel l-immaġini ta' partit magħqud qaqoċċa wara riskju perikoluż fuq il-barranin Il-faqar u l-perċezzjonijiet Id-dritt ta' saqaf fuq rasek Egrant: dak li nafu u li ma nafux Kurt Farrugia u l-meritokrazija Università u tliet sptarijiet Pappagalli u korijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019