Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
Tkompli minn paġna 1 … Camilleri kien jirrappreżenta l-ħaddiema fil-kapaċità tiegħu ta' Segretarju tat- Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fil-General Workers' Union. Huwa qal ukoll li kien hemm l-istess ġlieda biex dak iċ-ċentru jingħalaq. "Qabel kien miftuħ u jidħlu nies li mhumiex residenti hemmhekk u joħolqu inkwiet mar-residenti l-oħra li huma kwieti u qatt ma jaqilgħu inkwiet." It-Tnejn illi għadda, ammont kbir ta' pulizija armati, daħlu fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far fejn seħħet ir-rewwixta matul il-lejl tal-Ħadd li għadda. Il- Pulizija arrestaw 'il fuq minn 100 persuna. Eventwalment mal-100 persuna tressqu l-Qorti akkużati b'pataflun ta' akkużi fosthom li għamlu ħsara kriminali, ma obdewx l-istruzzjonijiet tal-Pulizija u li kisru l-paċi pubblika. Uħud minnhom inżammu taħt arrest filwaqt li oħrajn li wieġbu ħatja ntbagħtu sitt ġimgħat ħabs. Jiem wara l-GWU u l-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ltaqgħu biex jiddiskutu l-inċidenti li seħħew u qablu fuq il-ħtieġa ta' aktar sigurtà għall-ħaddiema tal-AWAS kif ukoll għall-istess residenti fiċ-ċentri operati mill-istess aġenzija. Iż-żewġ naħat qalu li se jibqgħu f 'komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan it-titjib. 'Din mhix kwisjtoni ta' immigranti … Maltin f 'dawk il-kundizzjonijiet l-istess kienu jagħmlu' Madanakollu, mal-ILLUM Camilleri jgħid li ċ-ċentru miftuħ ilu mwaqqaf 10 snin sħaħ u qatt ma kien hemm problemi bħall-irvell vjolenti tat-Tnejn li għadda. "Il-problema u l-paniku li qajjem dak li kien fis-sakra ġejja mill-fatt li għandek konċentrazzjoni ta' nies bi sfond kulturali differenti kollha f 'post wieħed u f 'kundizzjonijiet li mhumiex l-aħjar." Żied jgħid li din mhix kwistjoni ta' immigranti għaliex kieku l-persuni li jgħixu ġoċ- Ċentru Miftuħ kienu Maltin, xorta kien ikun hemm tensjoni simili. Apparti minn dan, mal- ILLUM Camilleri saħaq li l-kummenti ta' mibegħda fuq il-midja soċjali qed jaffetwaw it-tensjonijiet fil-pajjiż. Camilleri spjega li l-idea li l-immigranti jinsabu msakkrin u maqtugħin mir-reazzjonijiet tagħna tal-midja soċjali 'hi żbaljata'. "Dan hu Ċentru Miftuħ u mhux Ċentru tad-Detenzjoni. L-immigranti mhumiex imsakkrin hemmhekk u ma jgħixux ġo bozza, għalhekk il- kummenti ta' mibegħda li qed isiru fuq il-midja soċjali qed ikomplu jżidu t-tensjoni." Żied jgħid li, "għandek immigranti li qatt m'għamlu xejn u qed jaqraw li rridu naħarquhom u nisparawlhom. Ma rridux ninsew li xahrejn ilu nqatel persuna li qatt m'għamel xejn, la qatt ipparteċipa fl-irvellijiet, iżda xorta nqatel. Il- maġġoranza assoluta tagħhom huma nies kwieti u jridu jgħixu fil-paċi," sostna Camilleri. Ta' min jinnota li din il- ġimgħa twaqqfet taqsima li se tiġġieled l-atti kriminali relatati mal-mibegħda. Minkejja kollox din it-taqsima mhix se tkun qed tiffoka fuq il-midja soċjali, fejn fil-fatt qed isiru ħafna minn dawn il-kummenti vili. Apparti minn dan, fid- diskors Parlamentari tiegħu għar-replika tal-Baġit, il-Prim Ministru Joseph Muscat, għamel aċċenn partikolari għall-istess argument ta' kliem ta' mibegħda filwaqt li appella sabiex l-irvell ma jintużax bħala arma li tamplifika l-vuċi tal- politika estrema f 'pajjiżna. 2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jkunu bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Xlokk Lvant forza 4 għal 5 Baħar Ħafif għal moderat Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita, bir-ragħad u buffuri tar-riħ Viżibilità Tajba bil-ħalbiet tax-xita Riħ Grieg Lvant forza 2 għal 3 Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat Imbatt Ftit li xejn agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - CLASSIFIEDS 18 maltatoday FEJQAN SPIRITWALI AFRIKAN FEJQAN QAWWI SPIRITWALI, MENTALI U FIZIKU Fejqan spiritwali qatt ma jsir minn persuna normali. Dan isir dejjem min Alla billi jinqeda b'persuna biex jasal u jfejjaq lill-marid. Jien nista nghin f'hafna problemi li jaffettwaw il-hajja taghna ta kuljum: l-imħabba, xorti ħażina, black magic, ghedewwa u relazzjonijiet. Jien psikika qawwi u ta esperjenza ghax gej min grupp ta Afrikani li ghandna informazzjoni kbira fuq fejqan spiritwali u jmorru lura hafna generazzjonijiet. ĊEMPEL FUQ WHATSAPP +356 9968 6636 Email: aodiakhaby@gmail.com Jien nista nghinek, cempel fi x' hin trid, toqghodx tbati fis-silenzju. SHIEKH 'L-immigranti ma jgħixux ġo bozza... Qed jaqraw il- kummenti ta' mibegħda' Jeremy J. Camilleri