Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882
P att Ġdid Aħdar (Green New Deal) hi tweġiba għall- kriżijiet li qed tiffaċċja s-soċjetà tagħna. Għandu jkollu l-mira li jirrikonċilja l-istil ta' ħajjitna – kif ngħixu, kif nipproduċu u x'nikkunsmaw – mal-limiti prattiċi u fiżiċi tad-dinja madwarna. Hu vjaġġ li jista' jittrasforma l-ħajja f 'kull settur b'riformi radikali li jorbtu katina flimkien. Bħala riżultat nistgħu ngħixu f 'iktar armonija man-natura. Matul is-sena d-dieħla għandna nisimgħu dwar in-nisġa ta' strateġija għal Patt Ġdid Aħdar fl-Unjoni Ewropea. Ursula von der Leyen, għandha mira ambizzjuża: trid li jkollha pjan dwar dan il-Patt Ġdid Aħdar lest għad-diskussjoni fi żmien mitt jum minn meta l-Kummissjoni Ewropea l-Ġdid tibda tiffunzjona. Dan bla dubju jkollu effett fuq kull pajjiż membru tal-Unjoni. Nistennew għaldaqstant li matul is-sena jkollna l-proposti tal-Gvern Malti wkoll f 'dan is-sens. Din hi triq li l-Ħodor Ewropej ilhom imexxu 'l quddiem għal bosta snin u mhix koinċidenza li din il-viżjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-Ġdida qed tieħu sura hekk kif il- Grupp tal-Ħodor fil- Parlament Ewropew kiber sostanzjalment fid-daqs. Il-Patt Ġdid Aħdar hu dwar ferm iktar mit-tibdil fil-klima. Huwa wkoll dwar il-mudell ekonomiku li hu l-kawża tad-degradazzjoni ambjentali madwarna. Fil-kummenti tiegħu huwa u jagħlaq id-diskussjoni dwar il-Baġit, il-Prim Ministru, pereżempju, spjega li l-qalba għall-karozzi tal-elettriku tfisser ferm iktar milli sempliċiment nimpurtaw il-karozzi u li niżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għalihom. Tfisser ukoll it-tmiem tat-taxxi tar-reġistrazzjoni tal-karozzi kif ukoll it-taxxi li jinġabru mill-bejgħ tal-petrol u d-diżil li dwarhom l-istima għas-sena 2020 hi ta' €157 miljun, skont l-estimi tal- Baġit li l-Ministru tal-Finanzi ppreżenta reċentement fil- Parlament. Ma' din is-somma wieħed irid jikkunsidra wkoll it-taxxa li tinġabar mar- reġistrazzjoni tal-karozzi li għas-sena 2020 hi stmata li tlaħħaq €55 miljun kif ukoll il-liċenzji tat-triq li jitħallsu kull sena, huma stmati li jlaħħqu €85 miljun oħra fis-sena finanzjarja 2020. Dan ifisser li fis-sena 2020, €297 miljun mid-dħul tal- Gvern ser ikun dipendenti fuq il-karozzi, prinċipalment fuq karozzi privati. Sa mill- 2018 bħala inċentiv favur l-introduzzjoni ta' karozzi bl-elettriku kienet introdotta eżenzjoni mit-taxxa tar- registrazzjoni. Dakinhar ukoll kienet tħabbret eżenzjoni ta' ħames snin fuq il-liċenzja tat-triq għal dawn il-karozzi. L-impatt tal- elettrifikazzjoni, għaldaqstant imur lil hinn mill-klima. Hemm impatt ukoll fuq il-finanzi pubbliċi għax ikun meħtieġ identifikazzjoni ta' sostitut għal dan in-nuqqas ta' dħul. Hu ċar li l-inkarigu li Frans Timmermans ingħata dwar il-Patt Ġdid Aħdar prinċipalment ser ikun iffukat dwar il-politika tal- klima u kif l-Unjoni Ewropea għandha tilħaq il-mira ta' status carbon neutral sal- 2050. Imma hemm iktar minn hekk ukoll. Ursula von der Leyen fl-ittra tagħha tal- 10 ta' Settembru 2019 fejn tfisser l-oġġettivi li jridu jintlaħqu minn Timmermans tgħid li "għandna nħarsu b'mod iktar wiesa', mill- enerġija li nipproduċu u nużaw, b'inkoraġġiment għal investiment mis-settur privat u appoġġ għat-teknoloġija nadifa, inkluż għat-trasport li nużaw, l-ikel li nikkunsmaw u l-ippakkeġġar li narmu." Dan ser jinkudi wkoll responsabbilità kemm għall- ekonomija ċirkulari kif ukoll għal dik assoċjata mal-qasam marittimu, magħrufa wkoll bħala l-ekonomija l-blu. Ursula von der Leyen tenfasizza wkoll il-mira dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju li tinsisti illi għandhom jiżdiedu tal-inqas sa tnaqqis ta' 50% sas-sena 2030. Tagħmel enfasi partikolari wkoll fuq l-impatti soċjali ta' din il-bidla billi tiffoka fuq il-ħtieġa ta' transizzjoni ġusta prinċipalment f 'dawk ir-reġjuni li huma dipendenti fuq l-industrija, fuq il-faħam, inkella fuq l-industrija tal-enerġija. Ma' dan huwa ppjanat kemm attenzjoni dwar il-ħarsien tal-bijodiversità kif ukoll il-mira li jitrażżan kull xorta ta' tniġġis. Punt interessanti fl- inkarigu ta' von der Leyen lil Timmermans huwa enfasi li l-politika ta' tassazzjoni hi meqjusa bħala għodda essenzjali li għandha tintuża biex jintlaħqu l-miri tal- politika dwar il-klima. Dan ifisser li ser ikun hemm pressjoni sostanzjali fuq il-Gvern Malti biex jikkura l-allerġija li għandu għat- tassazzjoni, b'mod partikolari t-tassazzjoni ambjentali, għodda effettiva u importanti ħafna fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali. Bla dubju ser nistennew il-proposti ta' Timmermans u d-dibattitu mqanqal li ser isegwi! Carmel Cacopardo hu ċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika M adwar sena ilu t-tfajla Greta Thunberg bdiet rivoluzzjoni li malajr xterdet ma' 185 pajjiż. Lejlet il-jum li fih Antonio Guterres sejjaħ lill-Membri tal- Ġnus Magħquda seħħew dimostrazzjonijiet bil-għan li l-gvernijiet jieħdu azzjoni urġenti biex jillimitaw il- għoli fit-temperatura globali għal 1.5 kif kien hemm qbil fil-laqgħa ta' Pariġi tal-2015. Dakinhar seħħet l-akbar protesta dwar il-klima li qatt saret fl-istorja. Fiha saret talba qawwija biex isir pass urġenti mill-gvernijiet ħalli tieqaf il-qasma bejn l-għonja li gerfxu l-atmosfera u l-foqra li jkunu l-ewwel nies li jbatu l-konsegwenzi. X'qaltilhom Greta Greta Thunberg marret New York fejn attendiet il- laqgħa tal-Ġnus Magħquda dwar il-klima u lill-kbarat tad-dinja qaltilhom: "Jiena ma jmissnix qiegħda hawn. Imissni qiegħda l-iskola n-naħa l-oħra tal- oċean. Intant intom ilkoll tiġu għandi biex issibu t-tama. Kif ma tistħux! Intom sraqtuli l-ħolm tiegħi u t-tfulija tiegħi bil-kliem vojt tagħkom. Madankollu jiena fost dawk xortihom tajba. In-nies qed ibatu. In-nies qed imutu. Qed jinqerdu ekosistemi sħaħ. Ninsabu fil-bidu tal-qerda tal-kotra. Kulma tistgħu tgħidu mhux ħlief dwar il- flus u l-ħrejjef ta' progress ekonomiku etern. Kif ma tistħux!? Għal iżjed minn 30 sena, ix-xjenza kienet ċara kristall. Kif ma tistħux tibqgħu tħarsu band'oħra u tiġu hawn u tgħidu li qed tagħmlu biżżejjed, meta l-politika u s-soluzzjonijiet meħtieġa ma jidhru mkien. Fadlilna ċans ta' inqas minn tmien snin u nofs. Qed tgħidu li qed 'tisimgħuna' u li qed tifhmu l-urġenza tagħna, imma minkejja li jiena mnikkta u rrabjata jiena ma nemminkomx. Għax kieku tagħrfu bis-sħiħ dil-qagħda u intant bqajtu ma ħadtux passi, intom tkunu nies ħżiena. U jiena ma rridx nemmen dan." Qatt m'aħna se naħfrulkom "Kif tippretendu li tistgħu ssibu tarf ta' dan billi ġġibu ruħkom bħas-soltu u b'xi soluzzjonijet tekniċi. Bil- livell ta' klima tal-lum kollox ikun spiċċa fi żmien tmien snin u nofs. "Intom qed tonqsuna. Imma ż-żgħażagħ bdew jifhmu t-tradiment tagħkom. Għajnejn il-ġenerazzjonijiet ġejjiena jinsabu fuqkom. U jekk tagħżlu tonqsuna, jiena ngħid li qatt m'aħna se naħfrulkom. M'aħniex se nħallukom tgħadduha lixxa. Sewwasew hawnhekk se naqtgħu linja. Id-dinja qed tqum. U l-bidla ġejja, tridu jew ma tridux." Din it-tfajla Żvediża qanqlet lid-dinja u mhux ftit kienu qed jaħsbu li għandha l-akbar ċans li tirbaħ il- Premju Nobel għall-Paċi. Il-Prim Ministru tal- Etijopja Imma kien hemm ieħor jikkompeti magħha- il- Prim Ministru tal-Etjopja Adij Ahmed, li ngħata l-unur kbir tal-Premju Nobel għall-Paċi "minħabba t-taħbit tiegħu biex jikseb il-paċi u l-koperazzjoni internazzjonali, u b'mod partikulari għall-inizjattiva deċiżiva tiegħu biex isib tarf tal-konflitt tal-fruntiera mal- Eritrea." Hu sar Prim Ministru f 'April 2018 u fi żmien qasir għamel paċi mal-Eritrea, ħeles il-priġunieri politiċi mill-ħabs, għamel apoloġija għall-brutalità statali li wrew dawk li ħakmu qablu u daħħal fil-pajjiż riformi ekonomiċi u demokratiċi. Mhix ċajta tagħmel paċi mal-Eritrea. L-Eritrea fi żmien Mussolini kienet kolonja Taljana, wara l-Gwerra Dinjija saret parti mill-Etijopja, imbagħad saret pajjiż indipendenti imma l-gvernijiet tagħha xejn ma wrew ruħhom b'paċi ġusta maċ-ċittadini tal-pajjiż. Il- pass li ħa l-Prim Ministru tal-Etijopja nittamaw li jiswa wkoll biex il-poplu tal-Eritrea jgħix fil-libertà u fil-ġustizzja. * * * Irrid nifraħ lil Toni Sant tal-bijografija ħelwa li ppubblika tal-komiku Malti Charles Clews, f 'għeluq il- mitt sena mit-twelid tiegħu. Il-ktieb huwa pubblikazzjoni tal-SKS, Sensiela Kotba Soċjalisti. Għandu format eleganti. Fih mal-200 paġna doppja u jfakkar fl-isbaħ ċajtiet ta' Charles Clews u jixhed l-istil edukat u pulit taċ-ċajt tiegħu. Ftakart meta darba kont sejjer il-Bajja ta' San Tumas u fit-triq ilmaħt lil Charles Clews fuq għatba tal-ħwienet li kien hemm u kelli ċans ngħaddi ftit ħin nitkellem miegħu. Kont naħseb li kien minn Bormla imma Sant għarrafna li kien mill-Isla. Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Patt ġdid aħdar Ir-rivoluzzjoni ta' Greta Thunberg CARMEL CACOPARDO