Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

I l-Baġit għas-sena 2020 għall-oqsma tal-kultura u l-ġustizzja, huwa tassew riflessjoni tal-istrateġija u l-filosofija ta' dan il- Gvern għal tkabbir sostenibbli li jagħti kas l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. L-oqsma tal-kultura u l-ġustizzja huma eżempju ċar ta' kif l-investiment li seħħ fis- snin passati wasslu biex illum il-poplu Malti u Għawdxi qed igawdi minn servizzi aħjar tal-ogħla livell u li jaħsbu għall- futur. Dan kollu wettaqnieh għax flimkien ma' numru ta' ħaddiema fil-Ministeru u msieħba, ippjanjana u wettaqna strateġija li għandha f 'qalbha lil Malta. Dan għamilnieh minkejja li kellna naffaċjaw numru ta' sfidi li setgħu jxekklu dan kollu. Xi jfisser il-Baġit għas-setturi tal-Ġustizzja u Kultura? L-2020 se tkun l-ewwel sena sħiħa li fiha l-Aġenzija għas- Servizzi tal-Qrati se tkun qed topera, permezz ta' allokazzjoni finanzjarja li se twassal biex inkomplu ntejbu s-servizzi li noffru anka permezz tal- introduzzjoni ta' nurmu ta' uffiċċji ġodda għall-benefiċju kemm tal-ħaddiema tal-qrati tagħna kif ukoll taċ-ċittadin li jkollu jirrikorri għas-servizzi offruti minnha. Din l-aġenzija se ttejjeb l-effiċjenza u ssaħħaħ l-awtonomija filwaqt li tassigura proċessi ġudizzjarji aktar spediti. Kif tħabbar fl-2019, matul l-2020, se nkomplu bil-proċess ta' separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali. Wara li l-Parlament approva liġi li stabilixxiet l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li jaġixxi bħala konsulent legali ta' dan il-Gvern, il-pass li jmiss huwa li gradwalment l-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali jassumi aktar funzjonijiet prosekutorjali skont l-aħjar prattiċi Ewropej. Matul l-2020 se titlesta binja fi Triq Nofsinhar - Admirality House. Din il-binja se tkun mgħammra bil-faċilitajiet kollha meħtieġa biex l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat ikun jista' jimxi 'l barra mill-Palazz tal-Gran Mastru u l-Main Guard. Għaddej xogħol ukoll biex jinstabu binja għall-Avukat tal-Istat u binja addizjonali għall-Avukat Ġenerali biex ikun jista' jieħu r-responsabbilitajiet tal- prosekuzzjoni bi speditezza. Il-qasam tal-ġustizzja huwa kruċjali għat-tħaddim tas- Saltna tad-Dritt. Huwa wkoll essenzjali li nkomplu naħdmu biex dan il-qasam li huwa pilastru primarju f 'pajjiżna jkun effiċjenti għaċ-ċittadini tagħna. Huwa għalhekk li se nkomplu bil-proċess li bdejna biex permezz tat-teknoloġija diġitali, inkomplu nsaħħu u nimmodernizzaw is-settur tal-ġustizzja, biex iċ-ċittadin jingħata servizz aħjar u nżidu aktar l-aċċessibbilità għall- proċessi ġudizzjarji. Dan se jsir billi sa tmiem is-sena 2020 inkunu nedejna Strateġija ta' Digital Justice li se tagħtina road map għal dwan il- ħames snin li ġejjin – proġett wieħed minn diversi li dan id-dipartiment qiegħed jidħol għalihom. Se nkomplu nippromwovu l-medjazzjoni bħala soluzzjoni alternattiva għat-tiwlim, bl-għan li jitnaqqsu l-kawżi pendenti tal-Qrati fejn hu possibbli. Il-ħidma tkompli wkoll għaliex se nikkonkludu t-trasferiment tal-Uffiċċju tar- Rekords Kriminali u l-Kondotta mingħand il-Pulizija għad- Dipartiment tal-Ġustizzja sabiex il-Korp ikun jista' jiffoka aktar fuq l-ordni pubblika u l-ġlieda kontra l-kriminalità. Se nwessgħu l-poteri tal- Bureau għall-Irkupru tal- Assi, biex inkomplu nsaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Dan il-bureau se nkomplu nsaħħuh ukoll permezz ta' binja ġdida. Rajna li n-Nutar tal-Gvern ikompli jingħata dawk ir- riżorsi meħtieġa biex inkomplu ntejbu l-operat tiegħu, fosthom permezz tal-inklużjoni ta' binja ġdida li diġà qiegħda tiġi rrestawrata, kif ukoll permezz ta' investiment fil-kapital uman - żidna b'25% l-allokazzjoni għall-boroż ta' studju għal dawk li jispeċjalizzaw fil- konservazzjoni tal-kotba u l-karti. Matul l-2020, se nkomplu nsaħħu l-uffiċċju tal-Għajnuna Legali permezz ta' investiment f 'binja ġdida li se tkun tista' taqdi aħjar il-funzjonijiet ta' dan l-uffiċċju li twaqqaf taħt dan il-Gvern u li huwa ta' għajnuna għal dawk li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed biex jingaġġaw avukat privat. *** Il-qasam tal-kultura fl-aħħar snin ra tkabbir fenomenali u se nkomplu nsaħħu din l-istrateġija permezz ta' politika ġdida tal-kultura għas-snin li ġejjin li se tirrifletti l-għanijiet tagħna f 'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir, professjonalità u aċċessibbilità fis-settur. Matul l-2020, se jingħata bidu għall-konsultazzjoni estensiva dwar użu kulturali aħjar ta' Pjazza Teatru Rjal, biex dan l-ispazju jkun jista' jaqdi aħjar ir-rwol tiegħu fl-ekoloġija kulturali u artistika ta' pajjiżna. Se nkomplu naħdmu biex issir reviżjoni tal-lista tentattiva li Malta kienet ressqet lill- UNESCO fl-1989 biex bħala pajjiż inkunu nistgħu nressqu postijiet oħra f 'pajjiżna biex jitpoġġew fuq il-Lista ta' Wirt Dinji. Wara li ressaqna l-ewwel applikazzjoni biex il-ftira u l-arti kulinarja tagħha jkun parti mil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO li nkunu nafu bl-eżitu tagħha fl-2020, din is-sena se nressqu t-tieni applikazzjoni. Għal sena oħra se nkomplu nżidu l-investiment kulturali fiż-żgħar tagħna, għax nemmnu li l-aqwa investiment li tista' tagħmel f 'dan is-settur huwa fit- tfal u ż-żgħażagħ biex inkomplu nkattru udjenzi dejjem akbar u apprezzament aktar wiesgħa lejn l-arti u l-kultura. L-investiment fl-arti kontemporanja qed ikompli dejjem jiġbed numru dejjem akbar ta' artisti ta' fama internazzjonali lejn pajjiżna. Dan l-investiment qed iwassal biex sena wara l-oħra qed inkomplu npoġġu lil Malta b'mod aktar konkret fuq il-mappa tad-dinja artistika. Hawnhekk insemmi l-MICAS bħala l-ewwel spazju nazzjonali ta' Malta ddedikat b'mod esklussiv lill-arti kontemporanja li għandu l-għan li jinġetta enerġija pożittiva fil-kultura Maltija. L-Orkestra Filarmonika Maltija kisbet suċċessi kbar u se nkomplu nsaħħuha b'żieda fl-allokazzjoni finanzjarja għall-akkademja tal-mużika– żieda konsiderevoli ta' 24% b'allokazzjoni ta' kważi kwart ta' miljun Ewro. Ix-xandar nazzjonali se jingħata allokazzjoni ta' ħames miljun biex ikompli jwettaq il-ħidma tiegħu fix-xandir ta' numru wiesa' ta' programmi edukattivi, kulturali, sportivi u kif ukoll ġrajjiet kurrenti. Bi pjaċir ngħid li se nniedu festival internazzjonali tal- kanzunetta Maltija li bih se npoġġu fiċ-ċentru l-mużika u l-kanzunetta Maltija u wkoll jagħti lok ieħor kif il-mużika Maltija toħorġ lil hinn minn xtutna, filwaqt li nkomplu nsaħħu d-dehra ta' Malta bħala ċentru kulturali. Matul l-2019 waqqafna aġenzija ġdida għall- produzzjoni ta' festivals Nazzjonali. Festivals Malta se tingħata allokazzjoni ta' madwar €4 miljuni biex tkun tista' twettaq dawn l-attivitajiet. Komplejna nżidu l-fondi biex inkomplu nkabbru l-kollezzjoni nazzjonali tagħna b'arti maħluqa minn artisti lokali – għal dan l-għan, fl-allokazzjoni li ngħatajna għas-sena 2020, rajna żieda ta' 40%. Hemm ukoll diversi skemi u fondi disponibbli permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti li bihom qegħdin nagħmlu ħafna ġid u nkomplu nsaħħu l-artist u l-kultura. Il-Baġit jagħti għal darba oħra €400,000 għall-Malta Arts Fund. Se nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna lill-NGOs u Intrapriżi Kulturali, kif ukoll il-Cultural Partnerships Agreements li huwa investiment ta' €680,000 f 'madwar 20 organizzazzjoni kulturali Maltija u Għawdxija. Permezz tan-National Fund for Artistic Excellence, se nsostnu l-Professional Development Fund, il-Young Talent Fund – li huwa miżura mwiegħda fil- manifest elettorali – u kif ukoll il-Premju għall-Arti. Hemm ukoll allokazzjoni ta' €200,000 għall-Komunitajiet Kreattivi, fond li fih jipparteċipaw bosta soċjetajiet mużikali u għaqdiet volontarji ta' natura differenti li għandhom għal qalbhom il-kultura. Ir-restawr ma jiqafx, se jsir restawr fuq bosta binjiet ta' importanza nazzjonali, fosthom il-Cottonera Lines, il-Victoria Lines, li diġà beda x-xogħol fuqhom, u fuq Forti Rikasoli. Huwa għalhekk li se nkomplu nwettqu l-proġett li jwassal għall-Inventarju Nazzjonali tal-Patrimonju – dan se jinkludi investiment fit-titjib tal-informatika u pjan ta' diġitazzjoni. Se jsir xogħol ta' skavar u konservazzjoni fuq sit neolitiku li jinsab f 'riskju li jintilef minħabba erożjoni fiż-żona ta' Xrobb l-Għaġin u nkomplu l-iskavi fis-sit ta' Tas-Silġ, bl-intenzjoni li dan is-sit jinfetaħ għall-pubbliku fil-futur u wkoll inkomplu nsostnu d-Dipartiment tal-Wirt Kulturali ta' Taħt il-Baħar. Ħa nkomplu nsaħħu l-wirt kulturali tagħna permezz ta' ħarsien aktar professjonali fuq il-monumenti nazzjonali tagħna, li issa ġew fdati lil Heritage Malta bħala l-Aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali u l-konservazzjoni. Għal dan il-għan, il-Gvern qiegħed iżid l-allokazzjoni għaż-żamma ta' dawn il-monumenti nazzjonali b'44%. It-tħabbira fil-Baġit li l-Gvern daħal fi ftehim għax-xiri ta' Villa Guardamangia li kienet serviet bħala residenza tar- Reġina Elizabetta t-2 niżlet tajjeb. B'dan l-investiment se nitfgħu dawl ġdid fuq l-istorja riċenti ta' pajjiżna u niżguraw li dan il-wirt ma jispiċċax mitluf. Matul l-2020 se nibdew proċess li permezz tiegħu dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal- konservazzjoni u l-patrimonju nazzjonali bħala restawraturi u conservators se jkunu jistgħu japplikaw għall-warrant, biex inkomplu nsaħħu din il- professjoni. Dan huwa ġist ta' dak li hemm ippreparat għas-sena li ġejja. Minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha involuti għax- xogħol siewi li qed nagħmlu. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 18 Opinjoni Servizzi li jaħsbu għall-futur OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019