Illum previous editions

ILLUM 27 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1179882

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2019 | illum Sports 27 MALTA marret tajjeb ferm fil- kampjonat tal-Karate għall-pajjiżi ż-żgħar li sar fl-Iżlanda ftit tal- ġranet ilu meta rebħet numru sabiħ ta' medalji. Fost kulħadd spikkat l-atleta Kim Stanton li rnexxielha tasal sal-finali tas-Seniors u saħansitra rebħet il-midalja tad- deheb f 'din il-kategorija. Kimberly hi atleta ta' 25 sena li għandha għal qalbha ferm dan l-isport. Sa minn meta kienet żgħira ħadet sehem f 'diversi kompetizzjonijiet u rebħet ħafna unuri anke meta rrappreżentajt lil pajjiżna barra minn xtutna. Barra li tipprattika l-karate hi għandha wkoll l-iskola tagħha fejn tikkowċja diversi atleti żgħażagħ sabiex tkompli trawwem aktar imħabba f 'dan l-isport. Ftit tal-ġranet ilu int ħadt sehem f 'kompetizzjoni fl-Iżlanda fejn ksibt suċċess kbir. X'ġara hemmhekk? Iva, kif għedt int jien ħadt sehem fil-kampjonat tal-karate għall-istati żgħar tal-Ewropa li sar fl-Iżlanda. Kienet kompetizzjoni ħarxa fejn kien hemm atleti ta' livell għoli u xejn ma kienet faċli. Irnexxieli nasal sal- finali fejn irbaħt bi tbatija minħabba l-kalibru tal-avversarja tiegħi. B'hekk ħadt il-midalja tad-deheb. Tista' taħseb kemm kont ferħana! Dawk is-sagrifiċċji kollha u sigħat sħaħ ta' taħriġ issarrfu f 'din il-midalja tad- deheb li għalija tfisser ħafna. Kont qed nitħarreġ lejl u nhar f 'ħinijiet impossibbli sabiex nasal ippreparata għal din il-kompetizzjoni. Dan għalhekk kien ifisser xhur sħaħ ta' preparamenti li għall-inqas ħadt il- frott tagħhom. X'kien jinvolvi dan it-tip ta' taħriġ? Kien hemm bżonn ħafna taħriġ fiżiku sabiex inkun fl-aqwa forma possibbli. Imbagħad ħdimt ħafna fuq it-teknika għax biha tkun tista' titgħallem metodi kif tantiċipa l-avversarju. Jien li nieħu sehem fil-kompetizzjoni KATA kont qed immur ħafna fil-gym sabiex nipperfezzjona dak li tgħallimt. Kburija ngħid li rnexxieli nagħmel dan kollu. Minkejja kollox taf kemm taf qatt mhu biżżejjed. Dejjem trid iżżomm saqajk mal-art sabiex tkun dejjem fl-aqwa tiegħek. Milli stajt nara intom tlajtu bħala grupp ta' atleti fejn kienet tirrenja l-għaqda. Tikkonfermali dan? Iva nikkonfermalek dan mija fil-mija. Kellna għaqda kbira f 'dan il- kontinġent Malti u tajna l-għajnuna lil xulxin sabiex naslu għall-għanijiet li fassalna. Il-fatt li konna grupp żgħir kien importanti wkoll. Kważi kważi ħassejtha li kienet il-familja tiegħi f 'dawk il-jiem li qattajna hemmhekk. Inżid ngħid li kellna wirjiet tajbin u dan kollu rebbaħna numru ta' midalji tad-deheb, tal-fidda u anke tal-bronż. Anke dawn l-atleti għamlu sagrifiċċji kbar, taħriġ intensiv u ħafna preparamenti li wkoll taw il-frott. Ħassejna sodisfazzjon kbir li ġibna unur mhux biss personali iżda wkoll lil pajjiżna. Taħseb li l-mezzi tax-xandir qed jagħtukom biżżejjed spazju fl-artikli u l-programmi tagħhom? Onestament naħseb li jistgħu jagħmlu aktar. Aħna li nipprattikaw il-karate nixtiequ li niġu rikonoxxuti aktar minħabba li hemm impenn kbir biex tasal tikkompeti f 'dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet. Aħna nieħdu pjaċir jekk il-mezzi tax-xandir jagħrfu iktar l-impenn u s-sagrifiċċji li nagħmlu sabiex naslu għal dan il-livell. Meta s-suċċess tagħna jiġi espost nagħmlu aktar kuraġġ sabiex naħdmu aktar u nġibu aktar unuri lejn pajjiżna. Kemm hi numeruża l-parteċipazzjoni tal-atleti? Fil-verità dan in-numru hu ndaqs minħabba li għandna kemm nisa kif ukoll irġiel li jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-karate kif ukoll jitħarrġu kontinwament. L-assoċjazzjoni Maltija tal-Karate għandha fi ħdanha 450 membru. Dan hu numru sabiħ u l-għan hu dejjem li nżiduh dejjem aktar. S'issa mixjin fit-triq it-tajba. Sa minn meta kont żgħira int kont tieħu dan l-isport bis-serjetà. Min kienet dik il-persuna li għenitek tasal fejn wasalt? Bla dubju li l-familja tiegħi kienet strumentali sabiex wasalt fejn wasalt. Fost l-oħrajn niftakar li missieri u anke ommi kienu jwassluni għas- sessjonijiet tal-karate. Grazzi wkoll għad-diversi kowċis li kelli bdejt nagħmel titjib wara l-ieħor u dan kollu tani kuraġġ biex nilħaq livelli għoljin. Issa li wasalt s'hawn mhux se nħares lura anzi beħsiebni nkompli ntejjeb dan il-livell. X'inhuma s-sagrifiċċji li atleta tal-karate għandu jagħmel sabiex jirnexxi u jikseb is-suċċess? L-ewwel u qabel kollox irid ikollok il-paċenzja. Trid tiftakar li d-dinja ma saritx f 'daqqa u trid ħafna sabar sabiex tasal fejn tixtieq. Barra minn hekk trid tagħmel taħriġ intensiv u dan jinvolvi ħafna sigħat. Trid litteralment tegħreq, qisu qed joħroġlok id-dmugħ biex verament tkun għidt li tħarriġt tajjeb. Fl-aħħar mill-aħħar dan jagħtik ħafna sodisfazzjon u mentalment tħossok aħjar. Fuq kollox trid toqgħod attenta x'tiekol minħabba li jrid ikollok dieta speċjali. Trid tkun iddixxiplinata biżżejjed biex toqgħod lura minn ċerti affarijiet u mhux darba jew tnejn li jkollok tibqa' ġewwa minħabba li tkun ġejja kompetizzjoni importanti u b'hekk trid tipprepara sew għaliha permezz ta' iktar taħriġ. X'inhuma l-objettivi personali tiegħek? Issa qed inħares lejn il-Polonja minħabba li se nkun qed nieħu sehem f 'kompetizzjoni simili għal dik li kelli fl-Iżlanda. Imbagħad se nkun qed inħares lejn aktar opportunitajiet sabiex dejjem niżviluppa l-kwalitajiet tiegħi. Jien dejjem nibqa' saqajja mal-art għax taf kemm taf qatt mhu biżżejjed. 'Jien dejjem nibqa' saqajja mal-art għax taf kemm taf qatt mhu biżżejjed' minn Cristian Antony Muscat It-tim Malti li ħa sehem fil-kampjonat tal-Karate tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 October 2019