Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196
NEWSPAPER POST Nr 538 • 05 ta' Frar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Jake Grech Ara paġni 34 u 35 Skiet 3 xhur wara allegazzjonijiet li 'heżżew' il-Liċeo, aktar minn 13-il persuna allegatament involuta, u ħadd ma jaf xejn, ħadd ma jrid jitkellem u ħadd ma tressaq Minn Albert Gauci Cunningham GĦADDEW tliet xhur minn meta l-pajjiż kien taħt xokk hekk kif bdew joħorġu allegazzjonijiet mill-aktar gravi ta' abbuż u kompliċità f 'attakk sesswali minn għalliem ta' 33 sena li kien jgħallem fil-Liċeo tal- Ħamrun. Illum iżda, il-każ li qajjem tant għagħa u li kulħadd kien qed jitkellem dwaru nhar is-17 ta' Novembru tas- sena l-oħra jinsab taħt velu ta' omertà hekk kif ftit huma dawk li jafu eżatt x'inhu jiġri. Sorsi mill-Korp tal-Pulizija li tkellmu mal-ILLUM qalu li numru ta' ġenituri tal-allegati vittmi qed jilmentaw li tħallew fil-għama filwaqt li ħadd ma jaf xejn dwar l-investigazzjoni li suppost qed issir, lanqas jekk it-tfal fil-fatt ġewx interrogati jew le. Mal-ILLUM, l-MUT qalet li ngħatat direttiva biex ma titkellimx mal-istudenti jew għalliema dwar il-każ, filwaqt li numru ta' telefonati lit-tmexxija tal-iskola baqgħu mhux imweġbin. Kuntatti ma' ġenituri tal-vittmi, ma wasslu mkien lanqas. Minkejja li fl-allegazzjonijiet, fi tliet stejjer differenti bejn is-17 ta' Novembru 2016 u l-għada, it-18 ta' Novembru jissemmew minn tal-anqas 13-il persuna involuta; ħames vittmi u mill-inqas seba' agressuri flimkien mal-għalliem, s'issa għadu ma tressaq ħadd b'arrest, lanqas l-għalliem li wara 48 siegħa interrogat ingħata 'police bail'. Dan anke jekk l-istess għalliem ta' 33 sena min-Naxxar kien hu li skont is-siti inewsmalta u newsbook, allegatament ordna lil grupp ta' subien biex jabbużaw minn tifla, allegatament żammha f 'rokna sakemm student poġġa l-parti tiegħu ma' wiċċha u f 'każ separat allegatament sakkar tifla f 'kamra ma' seba' subien u qagħad jurihom il- pornografija. Tkompli f 'paġna 8 Muscat jibqa' jirrifjuta li jieħu post Tusk MATUL din il-ġimgħa, kibret bla preċedent il-pressjoni fuq Joseph Muscat biex jaċċetta li jkun kandidat għall-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew f 'każ li ma jkunx konfermat Donald Tusk. Il-mexxejja Ewropej jixtiequ jikkonfermaw lil Tusk fil-kariga, iżda l-fatt li l-Gvern tal-Polonja, il-pajjiż li gej minnu, ma jridux, qed jikkomplika din il-konferma. Muscat qed jirrifjuta u jrid jibqa' Malta. Tkompli f 'paġna 8