Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 6 Ħrafa ħelwa: 'Xogħol f 'Għawdex Darba ħlomna li f 'Għawdex se jkun hemm xogħol biżżejjed għall- Għawdxin...illum 23.5% tal-Għawdxin inkwetati dwar ix-xogħol. L-ILLUM tanalizza għalfejn xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin se tibqa' biss ħolma... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham BEJN kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti jgħid il-Malti. Imma bejn Malta u Għawdex mhux baħar biss jidher li hemm, imma oċean. Id-differenza bejn iż-żewġ gżejjer ma tieqafx biss fuq dak li jidher, fuq il-viżwal, imma tmur lil hinn minn hekk. Tirrelata l-ħsieb politiku u reliġjuż, tirrelata ħafna drabi l-aspettativi, l-immaniġjar tal-flus u l-ħajja ta' kuljum. Il- fliegu li jaqsamna, għalkemm żgħir fid-daqs, xorta jibqa' jilgħab parti importanti mid- differenzi bejn il-Maltin u l-Għawdxin. Iktar mill-persentaġġi ta' popolarità taż-żewġ mexxejja jew min iġib l-aktar voti f 'Għawdex kieku elezzjoni kellha ssir illum (mill-istħarriġ tal-MaltaToday ippubblikat il-Ħadd li għadda), din l-analiżi se tħares lejn dawk l-affarijiet li bħalissa qed jinkwetaw lill-Għawdxin. Se nippruvaw nifhmu għalfejn qed jinkwetawhom u kif dan l-inkwiet (jew in-nuqqas tiegħu) jikkumpara mas- sitwazzjoni f 'Malta. Ix-xogħol, ix-xogħol, ix- xogħol Il-qgħad laħaq livelli baxxi rekord. Fil-fatt, globalment, aktar kmieni dan ix-xahar, tħabbar kif il-qgħad niżel taħt it-3,000 persuna. Skont ċifri maħruġin aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex, jirriżulta wkoll li kien hemm żidiet konsiderevoli ta' impjiegi meta mqabbel mas-sena ta' qabel f 'Għawdex. Fl-2013, imqabbel mal-2012, l-impjiegi żdiedu b'379, fl-2014 b'419 u fl-2015 b'292. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ta' Awwissu 2016, il-qgħad f 'Għawdex biss kien ta' 490, meta dan kien 723 f 'Awwissu 2014. Dan jimmarka tnaqqis ta' 223 persuna. Allura għalfejn fl-istħarriġ li sar, irriżulta li għal 23.5% tal-Għawdxin ix- xogħol huwa problema? Fejn hi l-problema, jekk iċ-ċifri qed juru qgħad li dejjem nieżel? Domanda fjakka waħda sew 'Xogħol f 'Għawdex għall- Għawdxin'. Sabiħa kieku. Tinstema' sabiħ u ddoqq mużika ħelwa f 'widnejn dawk kollha li b'xi mod jew ieħor iridu jqumu mat-tbexbix ta' filgħodu u jaqsmu l-fliegu biex imorru x-xogħol. Kull filgħodu preċett. Imma kemm hija verament realizzabbli din il-wegħda? Kemm verament se jkun hemm biżżejjed xogħol f 'Għawdex biex 'Għawdex isir mutur li jmexxi lil Malta'? Id-demografiċi huma dawk li huma. Il-popolazzjoni Għawdxija qed tixjieħ, iż- żgħażagħ Għawdxin qegħdin dejjem aktar imorru Malta biex jistudjaw, jgħixu, igawdu u eventwalment jiżżewġu wkoll f 'Malta jew inkella jibagħtu lil uliedhom fl-iskola hawn Malta. Jiġifieri d-domanda għall- għalliema, hi li hi. U jekk int għalliem u tixtieq issir Kap ta' Skola, mill-istess numru limitat ta' skejjel għandek minn fejn tagħżel. Dan mhux qed ngħiduh aħna. Rapport tal-Awditur fl-2015 juri li n-numru żgħir ta' studenti fl-iskejjel primarji, inqas mill-medja fil-pajjiż, kienet qed twassal biex kull student Għawdxi fil-Primarja jiswa bejn €2,600 u €9,100. Jekk nieħdu pulizija, nies li jixtiequ jidħlu fl-armata jew persuni li jaħdmu fis-sigurtà. Għal darb'oħra Għawdex limitat. Għandek numru limitatissimu ta' għases u ftit postijiet fejn tgħasses. Ir-rata ta' sigurtà hija għolja u għal grazzja t'Alla, atti kriminali ftit hemm. Kemm se tħaddem pulizija u securities? F'Għawdex, il-kwistjoni ta' disponibbiltà u domanda għadha waħda li ma laħqitx bilanċ. Wisq domanda, ftit jew xejn disponibbiltà ta' xogħol. Għandi xogħol...imma xejn prospetti L-ambizzjoni u l-apiċe tal-karriera diffiċli tintlaħaq Għawdex, sakemm ma jkunx impjieg maċ-Ċivil. Dan ifisser li parti minn dawk it-23.5% jista' jkun li meta qed jgħidu 'xogħol' bħala l-problema tagħhom, qed imorru oltrè mid-disponibbiltà ta' xogħol. Jista' jkun li fil-fatt għandhom impjieg, imma jafu li l-prospetti ta' promozzjoni, titjib jew diversità huma minimi jekk mhux ineżistenti. Min jambizzjona li jitla' l-iskaluni se jsibha diffiċli, għax il-privat nieqes minn Għawdex, u ċ-Ċivil jaħdem bil-qaddisin. Fid-dinja tal-lum, meta l-ambizzjoni u l-impjieg għall- ħajja sar kważi anatema, se jsir dejjem aktar diffiċli li Għawdex iżomm lin-nies f 'Għawdex. Patronaġġ politiku Dejjem kien sigriet magħruf li Għawdex jispeċjalizza xi naqra iktar minn Malta f 'dak li hu patronaġġ politiku jew nepotiżmu. Għal darb'oħra, hija n-natura t'Għawdex stess li tgħin u tkattar dan il-patrunaġġ għax hija gżira żgħira, b'kull lokalità jkollha l-pjazza bħala n-nukleu. Hemmhekk, in-nies jiltaqgħu, jitkellmu u jiddiskutu. Il-Pjazza, il-każini u s-soċjetajiet huma l-postijiet fejn isiru d-dibattiti u d-diskors politiku, fejn nies jgħinu lil xulxin u fejn tinħoloq nisġa ta' relazzjonijiet personali. Dan l-ambjent kolleġġjali, biex insejħulu hekk, joħloq sens ta' obbligazzjoni. Jekk inti persuna taraha u tkellimha kważi kuljum, u jekk mhux lilha, lil xi ħadd li jiġi minnha, se tkun kważi impossibbli li taħrab minn xi forma ta' obbligu jew talba għall-għajnuna. Aktar minn hekk, f 'soċjetà iżgħar fejn l-għeruq soċjali huma b'saħħithom, l-aħbar ta' patrunaġġ tinfirex iktar malajr. Dak jgħid lil dik, li tgħid lil dawk biex imorru għand dak jekk iridu li binhom isib impjieg. Dan mhux neċessarjament fattur Għawdxi. Huwa probabbilment fattur Malti wkoll. Fejn għandek komunità li hija viċin u għandha għeruq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017