Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Sports 32 X'qed jinħema mis-suq tat-trasferimenti PAULO DYBALA - Jidher li r-relazzjoni ta' bħalissa bejn Paulo Dybala u Massimiliano Allegri mhix waħda ottimali u jidher li matul is-sajf li ġej, l-attakkant Arġentin se jkun qed imur jilgħab ma' klabb fi Spanja bl-aktar favoriti jidhru li huma Real Madrid. Madankollu, jidher li l-Bianconeri mhux se jkunu qed iħallu lil dan il-plejer jitlaq kif ġieb u laħaq speċjalment wara t-tluq ta' Paul Pogba ma' Manchester United matul is-sajf li għadda. SEAD KOLASINAC - Chelsea daħlu f 'taħdidiet mad-difensur ta' Schalke 04 Sead Kolasinac. Madankollu, jidher li l-Blues se jkunu qed jaffaċċjaw kompetizzjoni mingħand Juventus biex jakkwistaw lil dan il-plejer li se jkun mingħajr kuntratt sa mis-sajf li ġej. B'hekk, għalkemm Chelsea għandhom tmien punti vantaġġ fuq Arsenal fil-Kampjonat Premier, jidher li xorta waħda, Antonio Conte jrid isaħħaħ it-tim tiegħu fosthom id-difiża waqt li jqis lil dan il-plejer bħala wieħed li jista' jikkontendi postu mad-difensur left-back Marcos Alonso. ROBERTO MANCINI - Hekk kif kuntrarju għall-istaġun li għadda, matul dan l-istaġun West Ham United qed jiddiżappuntaw bil-kbir, jidher li l-Hammers jinsabu f 'taħdidiet bixe ibiddlu l-coach Kroat Slaven Biliic ma' Roberto Mancini. L-aħħar daqqa tal-musmra li tidher li se tkun qed ittemm l-esperjenza ta' Bilic ma' West Ham United kienet it-telfa umijanti ta' 4-0 li soffrew West Hum United kontra Manchester City nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Roberto Mancini kien ukoll fost l-ispettaturi interessati ta' din il-partita f 'Londra. KARIM BENZEMA - Jidher li l-president ta' Real Madrid Florentino Perez jinsab frustrat bl- attakkant Franċiż ta' 29 sena Karim Benzema u b'hekk huwa se jkun qed joffri lil dan il-player kemm lil Arsenal kif ukol lil Chelsea għal somma li għadha mhux magħrufa. Benzema qed jonqos milli jimpressjona mal-Galacticos matul dan l-isitaġun fejn rapporti qed jindikaw li anke l-Franċiżi ta' PSG jinsabu interessati li jakkwistaw lil dan il-plejer. LEANDRO PAREDES - Juventus qed isegwu l-passi tal-midfielder ta' Roma, Leandro Paredes. Il-Bianconeri qed jagħmlu minn kollox biex isaħħu nofs il-grawnd tagħhom hekk kif kulma jmur qed jidhru ċerti xquq f 'dan id-dipartiment. Jidher li Massimiliano Allegri għandu fiduċja kbira f 'Leandro Paredes u t-tim minn Turin qed jippressa biex jakkwista lil dan il-plejer speċjalment wara li fallielu t-tragward ta' Luiz Gustavo mingħand Wolfsburg. GASTON RAMIREZ U KARA MBODJI - Leicester City qed ifittxu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom speċjalment għall-konfronti li jmisshom mill-UEFA Champions League u tefgħu ħarsithom fuq Gaston Ramirez u Kara Mbodji. Skont rapporti, jidher li l-Foxes diġà kellhom offerti għal dawn il-plejers miċħuda minn Middlesbrough u Anderlecht rispettivament iżda jidher li t-tim immexxi minn Claudio Ranieri se jkun qed iżid l-offerta biex jakkwista lil dawn iż-żewġ plejers. SREFAN DE VRIJ U KEITA BALDE DIAO - Huwa fatt magħruf li José Mourinho ftit li xejn jinsab kuntent bid-difiża tiegħu u qed jagħmel minn kollox biex isaħħaħ dan id- dipartiment importanti. Fl-aħħar sigħat huwa tefa' ħarstu fuq il-plejer ta' Lazio, Stefan de Vrij, hekk kif huwa għandu stima kbira lejn dan il-plejer u jarah bħala plejer li jista' jkun strumentali fid-difiża. Iżda mhux biss lil Stefan de Vrij li Mourinho qed isegwi mill-qrib. Dan hekk kif huwa qed isegwi wkoll il-passi tal-attakkant ta' Lazio, Keita Balde Diao, bħala dak li jista' jkun sostitut ideali għal Wayne Rooney, hekk kif kollox qed jindika li dan se jkun l-aħħar staġun ta' Wayne Rooney ma' Manchester United qabel matul is-sajf li ġej iħalli lit-tim minn Old Trafford biex imur jilgħab fiċ-Chinese Super League. minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017