Illum previous editions

illum 5 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/782196

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Frar 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat Sliema W .................. 1 Pembroke A .............. 1 PEMBROKE Athleta tellfu żewġ punti prezzjużi lil Sliema Wanderers meta żammewhom fi draw ta' 1-1. Dan kien it-tieni riżultat pożittiv konsekuttiv għal Pembroke Athleta wara r-rebħa minima ta' 1-0 li kisbu kontra Hamrun Spartans fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Il-kowċ ta' Sliema Wanderers John Buttigieg għażel li jibda mal-ewwel 11 lill-goalkeeper Taljan Giuseppe Sarao bejn il- lasti, lid-difensur Arġentin Leonardo Incorvaia, Gabriel Aquilina u Mandinho, liema plejers ħadu post il- goalkeeper Glenn Zammit, Ryan Spiteri, John Mintoff u s-sospiż Peter Xuereb. Min-naħa l-oħra, il- kowċ ta' Pembroke Athleta, Artim Shaqiri, wettaq erba' tibdiliet hekk kif beda bil- goalkeeper Grieg Argyrs Roppas bejn il-lasti kif ukoll lil Paltemio Barbetti, Brooke Farrugia u Adrian Borg, li ħadu post il-goalkeeper Matthew Calleja Cremona, Owen Bugeja, Zoran Levnaic and Daniane Jawad. Il-Wanderers fetħu l-iskor erba' minuti mill-ftuħ tat- tieni taqsima grazzi għal Frank Temile li wara li rċieva l-ballun minn kross fil-baxx ta' Denni Rocha Dos Santos, tefa' l-ballun fix-xibka. Madankollu, ħames minuti minn tmiem il-partita, Pembroke Athleta salvaw punt meta Raphael Kooh Sona kkonkluda azzjoni personali billi avvanza fil-kaxxa u għeleb lill-goalkeeper Sarao permezz ta' xutt sabiħ minn anglu magħluq. Sliema W. Sarao, Muscat, Temile, Aquilina (Mintoff 86'), Vieira dos Santos Tarlaziz, Pearson, Rocha dos Santos, Calixto Correa Duarte, Scerri (Wisdom 10'), Incorvaia, Farrugia (Spiteri 89') Pembroke A. Roppas (Calleja Cremona 60'), Falzon, Dhrami, Attard, Kooh Sohna, Racic, Djeljilj, Paltemio Barbetti, Andrea Scozzese, Brooke Farrugia (Eboh 82'), Borg Referi Philip Farrugia DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Fil-passat lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows u Valletta. Provda l-assist li minnu Sliema Wanderers sabu x-xibka permezz ta' Frank Temile. Pembroke Athleta jtellfu żewġ punti prezzjużi lil Sliema Wanderers Ritratt: Christine Borg Frank Temile segwit minn difensur ta' Pembroke Athleta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 February 2017